Struttura .NET: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 151: Linja 151:
* Klassijiet parzjali
* Klassijiet parzjali
* Metodi anonimi
* Metodi anonimi
* Tavli tad-dejta
* Tabelli tad-dejta


=== Struttura .NET 3.0 ===
=== Struttura .NET 3.0 ===

Reviżjoni ta' 10:30, 12 Awwissu 2009

Stampa:NET h rgb 2.png
L-aħħar logo tal-Istruttura .NET

L-Istruttura .NET tal-Microsoft hija struttura għas-softwer li hija disponibbli ma' ħafna mis-sistemi operattivi tal-Microsoft Windows. Din tinkludi librerija kbira ta' soluzzjonijiet kodifikati biex jiġu evitati problemi komuni tal-ipprogrammar kif ukoll magna virtwali li tmexxi t-twettieq ta' programmi miktubin speċifikament għal din l-istruttura għas-softwer. L-Istruttura .NET hija maħsuba biex tintuża' mill-maġġoranza tal-programmi ġodda maħluqa għall-pjattaforma Windows.

Is-soluzzjonijiet kodifikati illi jiffurmaw il-Librerija tal-Klassi Bażi tal-Istruttura tkopri sensiela wiesgħa ta' bżonnijiet tal-ipprogrammar f'numru ta' oqsma, fosthom l-interfaċċa tal-utent, l-aċċess għad-data, il-konnessjoni mad-databażi, kriptografija, żvilupp tal-programmi għall-internet, algoritmi numeriċi, u netwerks tal-kompjuter. Il-librerija tal-klassi tintuża' mill-programmaturi, illi jikkumbinawha mal-kodiċi tagħhom biex jipproduċu il-programmi.

Programmi miktubin għall-Istruttura .NET jitwettqu f'ambjent tas-softwer illi jmexxi il-bżonnijiet tal-runtime tal-programm. Ukoll parti mill-Istruttura .NET, dan l-ambjent tal-ħintwettieq hu ukoll magħruf bħala ir-Runtime tal-Lingwa Komuni. Is-CLR jipprovdi l-apparenza ta' magna virtwali biex il-programmaturi ,ma jkollhomx għalfejn jikkunsidraw il-kapaċitajiet tal-Unit tal-Ipproċessar Ċentrali speċifiku illi ser iwettaq il-programm. Is-CLR ukoll jipprovdi servizzi oħrajn importanti fosthom is-sigurtà, tmexxija tal-memorja, u kkontrollar tal-eċċezjonijiet. Il-Librerija tal-Klassijiet u s-CLR flimkien jagħmlu l-Istruttura .NET.

Il-verżjoni 3.0 tal-Istruttura .NET hija inkluża ma Windows Server 2008 Windows Vista. Il-verżjoni kurrenti tal-Istruttura tista' tkun installata ukoll fuq is-sistemi operattivi Windows XP u Windows Server 2003. Verżjoni ridotta jew kumpatta tal-Istruttura .NET hija ukoll disponibbli fuq il-pjattaformi Windows Mobile, bl-ismartphones inklużi.

Karatteristiċi prinċipali fid-disinn

Interoperabilità
Minħabba l-operazzjoni bejn programmi ġodda u qodma hija komunament bżonnjuża, l-Istruttura .NET tipprovdi modi biex tiġi aċċeduta funzjonalità li hija implementata fi programmi li huma eżegwiti barra l-ambjent tal-Istruttura .NET. Aċċess għall-komponenti tal-Oġġett Mudell tal-Komponenti (bl-Ingliż Component Object Model (COM)) huwa provdut fin-namespaces System.Runtime.InteropServices u System.EnterpriseServices tal-istruttura; aċċess għall-funzjonalitaà oħra hija provduta bl-użu tal-karatteristika Platform Invocation Services(P/Invoke).
Il-Magna tar-Runtime Komuni
Ir-Runtime tal-Lingwa Komuni (bl-Ingliż Common Language Runtime (CLR)) huwa l-komponent magna virtwali tal-istruttura .NET. Il-fatt illi il-programmi kollha tad-.NET huma eżegwiti taħt it-tmexxija tas-CLR, jiggarantixxi ċertu propjetajiet u komportamenti fl-erjas tal-immaniġjar tal-memorja, sigurtà, u fl-immaniġjar tal-eċċezjonijiet.
Indipendenza Tal-Lingwa
L-Istruttura .NET tintroduċi Sistema Komuni tat-Tipi (bl-Ingliż Common Type System (CTS)). L-ispeċifikazzjoni tas-CTS tiddefinixxi it-tipi tad-dejta kollha li huma possibli u l-binjiet għall-ipprogrammar sapportjati mis-CLR u kif huma jkunu istgħu jew ma jistgħux jinteraġixxu ma xulxin. Minħabba f'din il-karatteristika,l-Istruttura .NET tissapportja t-tpartit ta' istanzi ta' tipi bejn programmi miktuba f'waħda mill-lingwi .NET. Dan hu diskuss f'aktar dettal fl-artiklu Lingwi .NET.
Librerija ta' Klassijiet Bażi
Il-Librerija ta' Klassijiet Bażi (bl-Ingliż Base Class Library (BCL)), parti mill-Librerija ta' Klassijiet tal-Istruttura(bl-Ingliż Framework Class Library (FCL)), hija librerija ta' funzjonalità disponibbli għal-lingwi kollha li jużaw l-Istruttura .NET. Il-BCL tipprovdi klassijiet illi jenkapsulaw numru ta' funzjonijiet komuni, fosthom il-qari u l-kitba tal-fajls, grafika, interazzjoni tad-databażijiet u l-manipulazzjoni tad-dokumenti XML.
Tiftih Simplifikat
L-Istruttura .NET tinkludi karatteristiċi tad-disinn u għodod illi jgħinu fit-tmexxija tal-installazzjoni tas-ssoftwer tal-kompjuter biex jiżguraw illi ma jinterferix ma softwer installat qablu, u illi jikkonforma mal-bżonnijiet tas-sigurtà.
Sigurtà
Id-disinn huwa magħmul biex jindirizza xi wħud mill-vulnerabbiltajiet, fosthom it-tfawwir tal-buffer, illi ġie użat minn softwer malizzjuż. Ukoll, .NET jipprovdi mudell komuni tas-sigurtà għall-programmi kollha.
Portabilità
Id-disinn tal-Istruttura .NET jippermettilha illi teoretikament tkun pjattaforma agnostika, u allura tkun kumpatibbli bejn il-pjattaformi. Dan ifisser, illi programm miktub biex juża l-istruttura għandu jaħdem mingħajr tibdil fuq kwalsiasi sistema li għaliha hija implementata l-istruttura. L-implementazzjonijiet kummerċjali tal-Microsoft tal-istruutura jinkludu l-Windows, Windows CE, u l-Xbox 360. Ukoll, Microsoft tissottometti l-ispeċifikazzjonijiet għall-Infrastruttura tal-Lingwa Komuni (illi tinkludi il-librerija ta' klassijiet ta' ġewwa, is-Sistema Komuni tat-Tipi, u l-Lingwa Komuni tan-Nofs), il-lingwa C#, u l-lingwa C++/CLI lill-ECMA u lill-Organiżżazzjoni Internazzjonali tal-Istandardiżżazzjoni (ISO), li jagħmilhom disponibbli bħala standards miftuħa. Dan jagħmel possibli lill-partiti terzjarji li jikrejaw implementazzjonijiet tal-istruttura u l-lingwi tagħha fuq pjattaformi oħrajn.

Arkitettura

Ħarsa viżwali tal-Infrastruttura tal-Lingwa Komuni (CLI)

Infrastruttura tal-Lingwa Komuni (CLI)

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Infrastruttura tal-Lingwa Komuni.

L-aspetti ġewwinija tal-Istruttura .NET jinstabu ġol-Infrastruttura tal-Lingwa Komuni, jew CLI. L-iskop tas-CLI huwa illi jipprovdi pjattaforma newtrali għall-ftih u t-twettieq tal-programmi, fosthom funzjonijiet għall-kontrollar tal-eċċezjonijiet, ġbir tal-iskart, sigurtà, u interoperabbiltà. L-implementazzjoni tas-CLI tal-Microsoft jgħidulu r-Runtime tal-Lingwa Komuni jew CLR.

Assemblei

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Assemblea .NET.

Il-kodiċi tan-nofs tal-Lingwa Komuni tan-Nofs jew CIL jinstab Assemblei .NET. Kif meħtieġ mill-ispeċifikazzjoni, l-assemblei huma miżmuma fil-format tal-Eżegwibbli Portabbli (PE),komuni fuq il-pjattaforma Windows għall-fajls kollha DLL u EXE. L-assemblea tikkonsisti f'fajl wieħed jew aktar, li minnhom wieħed irid ikun fih il-manifest, li għandu l-metadata għall-assemblea. L-isem komplut tal-assemblea (ma jridx ikun konfuż mal-isem tal-fajl fuq id-diska) fih ismu sempiliċi, l-verżjoni, kultura, u t-token taċ-ċavetta komuni. Il-marka taċ-ċavetta komuni huwa kanċellett wieħed generat meta l-assemblea tiġi kompilata, allura żewġ assemblei bl-istess marka taċ-ċavetta komuni huma garantiti li jkunu identiċi mill-punto di vista tal-istruttura. Ċavetta privata tkun ukoll tkun speċifikata u tkun magħrufa biss lill-ħallieq tal-assemblea u tista' tkun użata biex tiġi msemmija qawwi u biex tiggarantixxi li l-assemblea hija mill-istess awtur meta verżjoni ġdida hija kompilata (hija bżonn biex l-assemblea tkun miżjuda fill-Cache Globali tal-Assemblei).

Metadata

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Metadata .NET.

L-Infrastruttura tal-Lingwa Komuni (CLI) tiddeskrivi lilha nnifisha bl-użu tal-Metadata .NET. Ir-Runtime tal-Lingwa Komuni (CLR) jiċċekja l-metadata biex jiżgura illi l-proċedura korretta tiġi mgħajta. Il-metadata hija normalment iġġenerata mill-kompilaturi tal-lingwi imma l-iżviluppaturi jistgħu jikkrejaw il-metadata tagħhom bl-attributi tagħhom. Il-metadata jkun fiha informazzjoni fuq l-assemblea, u hija ukoll użata biex tiġi implemetata l-abilità tar-riflessjoni tal-Istruttura .NET.

Sigurtà

l-Istruttura .net għandha l-mekkaniżmu tas-sigurtà tagħha b'żewġ karatteristiċi generali: Sigurtà tal-Aċċess tal-Kodiċi (bl-Ingliż Code Access Security (CAS)), u l-validazzjoni u l-verifikazzjoni. Is-Sigurtà tal-Aċċess tal-Kodiċi hija bbażata fuq l-evidenza li hija assoċjata ma l-assembea. Tipikament l-evidenza hija s-sors tal-assemblea (tista tkun installata lokalment jew mniżżla mill-Intranet jew mill-Internet). Is-Sigurtà tal-Aċċess tal-Kowd tuża l-evidenza biex tiddetermina il-permessi mogħtija lill-kowd. Kowd ieħor jista' jsaqsi biex il-kowd li għajjatlu jiġi mgħoti permess speċifiku. Il-mistoqsija tikkawża s-CLR li jsaqsi għall-mixja tal-call stack: kull assemblea ta' kull proċedura fil-call stack hija ċċekjata għall-permess li hemm bżonn; jekk l-assemblea mhix mogħtija l-permess ikun hemm eċċezzjoni tas-sigurtà.

Mrta assemblea hija llowdjata is-CLR jgħmel testijiet varji. Tnejn minnhom huma l-validazzjoni u l-verifikazzjoni. Waqt il-validazzjoni s-CLR jiċċekja illi l-assemblea fiha Metadata u Lingwa Komuniv tan-Nofs (bl-Ingliż Common Intermediate Language jew CIL) validi, u jekk it-tabelli interni hekk humiex korretti. Il-verifikazzjoni mhijiex eżatta ħafna. Il-mekkaniżmu tal-verifikazzjoni jiċċekja biex jara hekk il-kowd jagġmelx affarijiet li mhumiex siguri. L-algoritmu użat humwa conservattiv ħafna; allura ġieli kowd li huwa sigur ma jgħaddix. Kowd mhux sigur jiġi eżegwit biss jekk l-assemblea għandha l-permess biex tiġi mqabbża l-verifikazzjoni, illi ġenaralment tiġri b'kowd installat fuq il-magna lokali.

L-Istruttura .NET tuża id-Dominji tal-Applikazzjonijiet (bl-Ingliż Application Domains jew appdomains) bħala mekkaniżmu t'iżolazzjoni tal-kowd li qed jiġi eżegwit fi proċess. L-appdomains jistgħu jiġi kreati u l-kowd illowdjat jew imneħħi minnhom b'mod indipendenti minn appdomains oħrajn. Dan jgħin biex tizdied it-tolleranza tal-iżbalji tal-programm, minħabba li żbalji f'appdomain wieħed ma ma jaffetwawx l-kumplament tal-programm. L-appdomains jistgħu ukoll jiġi ssetjati independenti bi privileġġi tas-sigurtà oħrajn. Dan jgħin biex tiżdied is-sigurtà tal-programm permezz tal-iżolazzjoni ta'kowd li huwa probabbilment mhux sigur. L-iżviluppatur, imma, għandu jaqsam il-programm f'dominji; dan mhux magħmul mis-CLR.

Librerija ta' Klassijiet

Namespaces fil- BCL
System
System. CodeDom
System. Collections
System. Diagnostics
System. Globalization
System. IO
System. Resources
System. Text
System. Text.RegularExpressions
Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Librerija ta' Klassijiet Bażi u Librerija ta' Klassijiet tal-Istruttura.

L-Istruttura .NET tinkludi sett ta' libreriji ta' klassijiet standard. Il-librerija ta' klassijiet hi organizzata f' ġerarkija ta' Namespaces. Ħafna mill-APIs li huma inklużi huma parti minn namespaces System.* jew Microsoft.*. Dawn il-libreriji ta' klassijiet jimplementaw numru ta' funzjonijiet komuni, bħall-kitba l-qari tal-fajls, grafika, interazzjoni ta' databażi, u l-manipulazzjoni ta' dokumenti XML, fost l-oħrajn. Il-libreriji ta' klassijiet .NET huma aċċessibli mill-Lingwi .NET kollha. Il-librerija ta' klassijiet tal-Istruttura .NET hi maqsuma f'biċċtejn: il-Librerija ta' Klassijiet Bażi u l-Librerija ta' Klassijiet tal-Istruttura.

Il-Librerija ta' Klassijiet Bażi jew BCL tinkludi sett zgħir mill-librerija ta' klassijiet kollha u hija s-sett fundamentali tal-klassijiet li jservu bħala l-API tal- Runtime tal-Lingwa Komuni. Il-klassijiet f' mscorlib.dll u xi wħud mill-klassijiet f' System.dll u System.Core.dll huma ikkunsidrati parti mill-BCL. Il-klassijiet tal-BCL huma proovduti fl-Istruttura .NET kif ukoll fl-implementazzjoniet alternattivi għalih fosthom l-IStruttura .NET Kumpatta, Microsoft Silverlight u Mono.

Il-Librerija ta' Klassijiet tal-Istruttura jew FCL huwa sett ikbar tal-klassijiet tal-BCL u jirreferi għall-librerija ta' klassijiet kollha illi tiġi mal-Istruttura .NET. Tinkludi sett ta' klassijiet espans, fosthom WinForms, ADO.NET, ASP.NET, Mistoqsija Integrata mal-Lingwa, Fondazzjoni tal-Preżentazzjoni Windows, Fondazzjoni tal-Komunikazzjoni Windows fost l-oħrajn. L-FCL hija ikbar fl-iskop mill-libreriji standard għall-lingwi bħas-C++, u hija kumparabbli fl-iskop mal-libreriji ta' klassijiet standard tal-Java.

Immaniġjar tal-memorja

Is-CLR tal-Istruttura .NET jeħles l-iżviluppatur mill-ħsieb li jimmaniġja l-memorja (jallokaha u jilliberaha meta jkun lest); minflok timmaniġja l-memorja hi stess. Sa dan il-punt, il-memorja allokata għall-istantazzjoni tat-tipi .NET (oġġetti) huwa magħmul kontigwament mill-gozz immaniġjat, għadira tal-memorja immaniġjat mis-CLR. Sakemm hemm refernza għall-oġġett, li tista tkun referenza diretta lejn oġġett jew permezz ta' "graph" ta'oġġetti, l-oġġett huwa ikkunsidrat bħala wieħed li qed jiġi użat mis-CLR. Meta m'hemmx referenza lejn oġġett, u ma jistax jintlaħaq jew uzat, isir skart. Imma, xorta jżomm il-memorja allokata lilu. L-istruttura .NET fiha kollettur tal-iskart illi jaħdem perjodikament, fuq proċess separat mill-proċess tal-applikazzjoni, illi jenumera l-oġġetti kollha mhuż użati u jillibera l-memorja kollha allokata għalihom.

Il-kollettur tal-iskart .NET (bl-Ingliż Garbage Collector jew GC) huwa kolletur tal-iskart non deterministiku, li jikkumpatta, jimmarka u jiġbor. il-GC jaħdem biss meta ċertu ammont ta'memorja ġiet użata jew hemm biżżejjed pressa għall-memorja fuq is-sistema. Minħabba li mhux iggarantit meta l-kundizzjonijiet għall-ġbir tal-memorja ser jintlaħqu, ix-xogħol tal-GC huwa non deterministiku. Kull programm .NET għandu sett ta' għeruq, illi jindikaw oġġetti fuq il-gozz immaniġjat (oġġetti immaniġjati). Dan jinkludi r-referenzi lejn oġġetti statiċi u oġġetti iddefiniti bħala varijabli lokali jew parametri tal-metodu kurrentament fl-iskop, kif ukoll oġġetti irreferenzjati mir-reġistri tas-CPU. Meta l-GC jaħdem, iwaqqaf l-applikazzjoni, u għall-kull oġġett irreferenzjat fl-għerq, jenumera l-oġġetti li jistgħu jintlaħqu mill-għerq u jimmarkahom bħala li jistgħu jintlaħqu. Juża l-metadata .NET u r-riflessjoni biex jiskopri l-oġġetti enkapsulati minn oġġett, u mbagħad jimxihom rekursivament. Imbagħad jenumera l-oġġetti fuq il-gozz (illi inizjalment kienu allokati kontigwament) permezz tar-riflessjoni. L-oġġetti mhuz immarkati bħala li jistgħu jintlaħqu huma skart. Din hi l-fażi tal-immarkar. Minħabba li l-memorja okkupata mill-iskart mhi tal-ebda konsegwenza, hija ikkunsidrata bħala spazju vojt. Imma, dan iħalli ħafna spazju vojt bejn l-oġġetti illi inizjalment kienu kontigwi. L-oġġettu imbagħad jiġu ikkumpattati flimkien, permezz tal-memcpy biex jiġi ikkupjati lejn l-ispazju vojt biex jerġgħu isiru kontigwi. Kwalsiasi referenza lejn oġġett invalidata mit-tmexxija tal-oġġett hija rranġata biex tirrifletti l-post il-ġdid mill-GC. Meta l-ġbir tal-iskart ikun lest l-applikazzjoni tkompli.

Il-GC użat mill-Istruttra .NET huwa ġenerazzjonali. L-Oġġetti huma assenjati ġenerazzjoni; l-oġġetti li għadhom kif inħolqu huma parti minn Ġenerazzjoni 0. L-oġġetti li jibqgħu ħajjin wara l-ġbir tal-iskart huma mmarkati Ġenerazzjoni 1, u l-oġġetti ta' Ġenerażżjoni 1 illi jibqgħu ħajjin wara ġbir ieħor huma Ġenerazzjoni 2. L-Istruttura .NET tuża sa oġġetti ta' Ġenerazzjoni 2. Ġenerazzjonijiet għola huma skart miġbur inqas regolarment minn oġġetti ta' ġenerazzjonijiet aktar l-isfel. Dan iżid l-effiċjenza tal-ġbir tal-iskart, għax oġġetti li huma eqdem għandhom ħajja itwal minn oġġetti iġded. Allura, permezz tat-tneħħija tal-oġġetti l-qodma (u allura aktar faċli li jibqgħu ħajjin wara ġabra) oġġetti mill-iskop ta' ġabra li saret, inqas oġġetti ikollhom bżonnn li jiġu iċċekjati u kumpatti.

Standardizzazzjoni u liċenzjar

F' Awwissu 2000, Microsoft, Hewlett-Packard, u Intel ħadmu biex jistandardizzaw is-CLI u lingwa tal-ipprogrammar, C#. Sa Diċembru 2001, it-tnejn kienu ratifikati bħala standards tal-ECMA (ECMA 335 u ECMA 334). L-ISO segwiethom f'April 2003 - il-verżjonijiet kurrenti tal-istandards ISO huma ISO/IEC 23271:2006 u ISO/IEC 23270:2006.

Il-Microsoft u l-imseħbin tagħha għandhom il-brevetti għas-CLI u s-C#, waqt li l-ECMA u l-ISO għandhom bżonn illi l-brevetti essenzjali għall-implementazzjoni ikunu magħmula disponibbli taħt "termini raġonevoli u non-diskriminatorji". Imbarra r-rispettar ta' dawn it-termini, il-kumpaniji qablu biex jagħmlu l-brevetti disponibbli minajr regalità.

Imma, dan ma japplikax għal parti tal-Istruttura .NET illi mhix koperta mill-istandard ECMA/ISO , illi jinkludi Windows Forms, ADO.NET, u ASP.NET. Il-brevetti illi żżomm il-Microsoft f'dawn is-sezzjonijiet jistgħu iwaqqfu implementazzjonijiet tal-istruttura kollha mhux magħmulin mill-Microsoft.

Fit-3 t'Ottubru 2007, Microsoft avżat illi ħafna mil-kodiċi fonti tal-Istruttura .NET Librerija ta' Klassijiet Bażi (li tinkludi l-ASP.NET, l-ADO.NET, u l-Fondazzjoni tal-Preżentazzjoni Windows) kien ser ikun disponibbli mal-aħħar verżjoni tal-Visual Studio 2008 lejn l-aħħar ta' l-2007 taħt fonti maqsum Liċenzja tar-Referenza Microsoft. Il-kodiċi fonti għall-libreriji l-oħrajn fosthom Fondazzjoni tal-Komunikazzjoni Windows (WCF), Fondazzjoni tal-Workflow Windows (WF), and Mistoqsija Integrata mal-Lingwa (LINQ) kienu ser jiġi inkluż ma verżjonijiet futuri. Minħabba li ġie maħruġ taħt il-liċenzja Fonti-Miftuħ tar-Referenza Microsoft ifisser illi dan il-kodiċi fonti huwa disponibbli għall-skopijiet tat-tneħħija tal-iżbalji biss, primarjament biex jiżdied support għat-tneħħija tal-iżbalji integrat tal-BCL fil-Microsoft Visual Studio.

Verżjonijiet

Il-Microsoft bdiet l-iżvilupp fuq l-Istruttura .NET fl-aħħar tas-snin disgħin oriġinarjament taħt l-isem ta'Servizzi Windows tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (bl-Ingliż Next Generation Windows Services (NGWS)). Lejn l-aħħar tas-sena 2000 l-ewwel verżjonijiet beta ta' .NET 1.0 kienu maħruġa.

L-istack tal-Istruttura .NET.
Verżjoni Numru tal-Verżjoni Data tal-Ħruġ Visual Studio Default fil-Windows
1.0 1.0.3705.0 2002-02-13 Visual Studio .NET
1.1 1.1.4322.573 2003-04-24 Visual Studio .NET 2003 Windows Server 2003
2.0 2.0.50727.42 2005-11-07 Visual Studio 2005
3.0 3.0.4506.30 2006-11-06 Windows Vista, Windows Server 2008
3.5 3.5.21022.8 2007-11-19 Visual Studio 2008 Windows 7, Windows Server 2008 R2
4.0 Beta 1 2009-05-20 Visual Studio 2010

Lista aktar kompluta tal-ħarġiet tal-Istruttura .NET tinsab fil-Lista tal-verżjonijet tal-Istruttura .NET.

Struttura .NET 1.0

Din hi l-ewwel ħarġa tal-Istruttura .NET, maħruġa nhar it-13 ta'Frar 2002 u disponibbli għall-Windows 98, Me, NT 4.0, 2000, u XP. Għajnuna mill-Microsoft għal din il-verżjoni waqfet nhar l-10 ta'Lulju 2007, u l-għajnuna estiża waqfet nhar l-14 ta'Lulju 2009.

Struttura .NET 1.1

Dan hija l-ewwel reviżjoni maġġuri tal-Istruttura .NET. Hija disponibbli għalijha bħala pakkett li jista' jiġi distribwit b'xejn jew f'kit tal-iżvilupp tas-softwer, u ġie ippunlikat nhar it-3 t'April 2003. Huwa ukoll parti tat-tieni ħarġa tal-Microsoft Visual Studio.NET (maħruġ bħala Visual Studio .NET 2003). Din hi l-ewwel verżjoni tal-Istruttura .NET inkluża bħala parti mis-sistema operattiva Windows, parti mil-Windows Server 2003. Għajnuna għall-Istruttura .NET Framework 1.1 waqfet nhar l-14 t'Ottubru 2008, u l-għajnuna estiża ser tieqaf nhar it-8 t'Ottubru 2013. Sa minn .NET 1.1 hu komponent tal-Windows Server 2003, għajnuna estiża għal-.NET 1.1 fuq Server 2003 ser tieqaf ma dik tas-sistema operattiva stess - l-14 ta'Lulju 2015.

Tibdiliet f' 1.1 meta kumparat ma 1.0

  • Għajnuna għall-kontrolli ASP.NET mobbli. Qabel add-in għall-istruttura, issa parti minnha.
  • Tibdiliet f-sigurtà - assemblei Windows Forms mħallija jiġu eżegwiti b-mod semi-għafdat mill-Internet, u s-Sigurtà tal-Aċċess tal-Kodiċi f' applikazzjonijet ASP.NET.
  • Għajnuna għall-ODBC u databażijiet Oracle. Qabel add-in għall-Istruttura .NET 1.0, issa parti mill-istruttura.
  • Struttura .NET Kumpatta - verżjoni kumpatta tal-Istruttura kumpatta għall-kompjuters żgħar.
  • Support għall-Protokoll tal-Internet verżjoni 6 (IPv6).
  • Tibdiliet numeruza fl-API.

Struttura .NET 2.0

Maħruġa ma Visual Studio 2005, Microsoft SQL Server 2005, u BizTalk 2006.

  • Il-pakkett distribwibbli 2.0 jista' jiġi mniżżell b'xejn minn Microsoft, u ġie ippublikat nhar it-22 ta'Jannar 2006.
  • Il-Kit tal-Iżvilupp tas-Softwer 2.0 (SDK) jista' jiġi mniżżel b'xejn minn Microsoft.
  • Huwa inkluż bħala parti minn Visual Studio 2005 u Microsoft SQL Server 2005.
  • Il-Verżjoni 2.0 mingħajr Pakkett tas-Servizz hija l-aħħar verzjoni li għandha support għall- Windows 98 u Windows Me. Il-Verżjoni 2.0 bil-Pakkett tas-Servizz 2 hija l-aħħar verżjoni b'support uffiċjali għall-Windows 2000 għalkemm kien hemm xi workarounds mhux uffiċjali ippublikati online li jużaw parti mill-funzjonalità minn Verżjoni 3.5 fil-Windows 2000. Il-Verżjoni 2.0 bil-Pakkett tas-Servizz 2 għandha bżonn ta'Windows 2000 b'SP4 kif ukoll ir-reviżjoni KB835732 jew KB891861, Windows XP b'SP2 jew wara u Windows Installer 3.1 (KB893803-v2).
  • Ħarget ma Windows Server 2003 R2 (mhux installat waħdu).

Tibdiliet f' 2.0 meta kumparat ma 1.1

  • Tibdiliet numerużi fl-API.
  • API ġdid għall-hosting għall-applikazzjonijiet nattivi li jixtiequ jiħħostjaw partijiet tar-runtime .NET. L-API il-ġdid jagħti kontroll fin tal-komportament tar-runtime fil-każ tal-multithreading, allokazzjoni tal-memorja,illowdjar tal-assemblei u aktar (referenza dettaljata). Inizjalment ġiet żviluppata biex tiħħostja b'mod effiċjenti r-runtime f'Microsoft SQL Server, illi jimplementa li-skedatur u l-maniġer tal-memorja tiegħu.
  • Support sħiħ 64-bit għall-pjattaformi tal-ħardwer x64 u IA64.
  • Support tal-lingwa għall-tprogrammar ġeneriku mibni direttament fis-CLR.
  • Ħafna kontrolli oħrajn u irranġata għall-ASP.NET.
  • Kontrolli ġodda għad-dejta b'irbit tad-dejta deklarattiv.
  • Funzjonijiet ġodda tal-personalizzazzjoni għall-ASP.NET, bħas-support għat-temi, skins u partijiet web.
  • Mikro Struttura .NET - verżjoni tal-Istruttura .NET relata mal-inizzjattivaTeknoloġija tal-Oġġetti Personali Intelliġenti.
  • Klassijiet parzjali
  • Metodi anonimi
  • Tabelli tad-dejta

Struttura .NET 3.0

.NET Framework 3.0, formerly called WinFX,[1] was released on 21 November 2006. It includes a new set of managed code APIs that are an integral part of Windows Vista and Windows Server 2008 operating systems. It is also available for Windows XP SP2 and Windows Server 2003 as a download. There are no major architectural changes included with this release; .NET Framework 3.0 uses the Common Language Runtime of .NET Framework 2.0.[2] Unlike the previous major .NET releases there was no .NET Compact Framework release made as a counterpart of this version.

.NET Framework 3.0 consists of four major new components:

Ħoloq Esterni



  1. ^ WinFX name change announcement
  2. ^ http://msdn.microsoft.com/netframework/aa663314.aspx. Miġbur 2008-06-01. Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |accessdate= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)