Romantiċiżmu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1: Linja 1:

{{WIP|Zammit1}}


{{quote|Ir-raġuni tagħmilna pupi; l-emozzjoni tagħmilna allat.|[[Friedrich Hölderlin]]}}
{{quote|Ir-raġuni tagħmilna pupi; l-emozzjoni tagħmilna allat.|[[Friedrich Hölderlin]]}}

Reviżjoni ta' 10:36, 4 Lulju 2009


 Ir-raġuni tagħmilna pupi; l-emozzjoni tagħmilna allat. 

 Billi nlibbes dak li hu komuni b'tifsira sublimi; dak li hu ordinarju b'aspett misterjuż; dak li hu familjari bl-impressjoni ta' dak li mhux; dak li hu finit b'sura ta' infinità; b'hekk nirromantiċizza. 

Il-pittura ta' Caspar David Friedrich Der Wanderer über dem Nebelmeer

Ir-Romantiċiżmu kien moviment artistiku, letterarju, intellettwali u li ġie żviluppat fil-Ġermanja fit-tmiem tas-seklu tmintax u mbagħad nfirex madwar l-Ewropa. Ir-Romantiċiżmu kiseb qawwa matul ir-Rivoluzzjoni Industrijali. Ir-Romantiċiżmu kienet dik ir-reazzjoni fejn l-idejat kienu kontra l-Illuminiżmu u li fosthom kienu jiġu minn filosfi tas-seklu tmintax.

Karatteristiċi

Fis-sens bażiku, it-terminu "romantiċiżmu" ġie użat biex jirreferi għaċ ċerti artisti, poeti, kittieba, mużiċisti, kif ukoll politiċi, filosofiċi u ħassieba soċjali tad-tard tas-seklu tmintax sal-bidu tan-nofs ta seklu dsatax.

Ir-Romantiċiżmu rawwem kuxjenza ossessiva dwar is-sbuħija tan-Natura u l-misteri tagħha. In-Natura tinbidel f'dinja animata fejn kull element u kull ħlejqa huma mogħnija b' sensibbiltà li tħoss u taħseb. Ir-Romantiċiżmu wettaq l-emozzjoni u l-esperjenzi sensorji filwaqt li ċaħad ir-raġuni u l-intellett. Ir-raġuni ma tistax tasal biex tagħti tifsira xierqa lil kulma jinħass f'ruħ il-bniedem; għalhekk is-superjorità tas-sentiment. Ir-Romantiċiżmu donnu qed jgħid: "Jien inħoss, allura neżisti."

Ir-Romantiċiżmu enfasizza l-burdati estremi u t-taqbidiet interjuri tal-bniedem. Għalhekk jispikkaw sentimenti qawwija ta' mħabba u mibegħda, ħlewwa u rabja, hena u niket, qlubija u biża', tama u disperazzjoni. Barra li fittex is-sabiħ u l-veru fl-imgħoddi, igglorifika l-passat taħt lenti nostalġika. Ir-Romantiċiżmu:

  • Xeħet ħarstu fuq dak li hu eżotiku, remot, stramb u misterjuż; għalhekk is-sopravvent tal-fantasija.
  • Ħares lejn l-artist bħala forza kreattiva li kapaċi tittraxxendi r-regoli stabbiliti. L-artist romantiku hu bniedem ispirat, ħafna drabi b'ego minfuħ; għalhekk, iqis lilu nnifsu bħala profeta jew viżjonarju.
  • Ippropaga l-kunċett tal-ġenju li jeħodha kontra l-konvenzjoni u l-kunċett ta' l-eroj li jissagrifika ruħu għall-ideali tiegħu.
  • Rewwaħ is-sens ta' nazzjonaliżmu. Il-patrija hija jedd ta' kull ċittadin filwaqt li hu d-dmir ta' kulħadd li jqim lil ġensu.
  • Kebbes interess fil-folklor u l-kultura popolari. Is-sens demokratiku jitlob rispett lejn l-ilsien, it-tradizzjonijiet, il-valuri u l-miti tal-poplu.
  • Ħares lejn id-dinja mhux kif tidher iżda kif xtaqha. Kollox hu trasportat f'dinja alternattiva fejn dak li jgħodd mhuwiex il-materja fiżika iżda l-ispirtu.