Wikimedia Commons: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m robot Adding: mg:Wikimedia Commons
m robot Adding: os:ВикиКъæбиц
Linja 85: Linja 85:
[[nn:Wikimedia Commons]]
[[nn:Wikimedia Commons]]
[[no:Wikimedia Commons]]
[[no:Wikimedia Commons]]
[[os:ВикиКъæбиц]]
[[pl:Wikimedia Commons]]
[[pl:Wikimedia Commons]]
[[pt:Wikimedia Commons]]
[[pt:Wikimedia Commons]]

Reviżjoni ta' 02:33, 1 Marzu 2009

Wikimedia Commons

Il-Wikimedia Commons (ukoll magħrufa bħala "Commons" jew "Wikicommons") hija repożitorju ta' kontenut ħieles ta' stampi, awdjo u risżorsi multimedja oħra. Commons huwa proġett tal-Fondazzjoni Wikimedia. Riżorsi li jiġu mtellgħa f'dan ir-repositorju jistgħau jiġu użati bħala riżorsi li jkunu ġew imtellgħa fuq proġetti kollha l-oħrjan fuq is-server tal-Wikimedja - dawn jinkludu il-Wikipedija, Wikibooks u Wikinews.

Storja

Il-proġett kien ġie propost minn Erik Möller f'Marzu ta' l-2004. Is-sit elettroniku ġie ppublikat fis-7 ta' Settembru 2004. L-għan ta' dan il-proġett kien li jonqos id-duplikazzjoni ta' l-istess fajls li jiġu mtellgħin fuq wikis differenti. B'hekk ġiet introdotta l-Commons. F'Ottubru 2004 kien ġie implimentat fattur tekniku li bih l-fajls setgħu jiġu wżati fuq kull proġett tal-Wikimedia. L-emblema tal-proġett saret minn Reid Beels. Ġiet addottata fl-2004.

L-emblema tal-Wikimedia Commons bil-mużajk

F'April 2005, Directmedia Publishing, kumpanija minn Berlin li wkoll tippublika l-edizzjoni tal-Wikipedija bil-Ġermaniż fuq DVDs, tagħat għotja ta' 10,000 riproduzzoni ta' pitturi pubbliċi lill-Wikimedia Commons.

Fl-24 ta' Mejju 2005, il-Wikimedia Commons laħaq mal-100,000 fajl multimedjali. Fit-30 ta' Novembru 2006 il-proġett laħaq il-miljun fajl li ttella' fis-sistemà. Biex jiċċelebraw dan l-avvinement hekk prestiġjuż, l-edituri tas-sit għamlu immaġini tal-mużajk tal-Wikimedia Foundation.

Hekk kif iż-żmien kompla jgħaddi, il-funzjoni ta' Wikimedia Commons kiber aktar u implimenta wkoll servizz ġdid ta' mutur ta' tfittxija li jismu MayFlower.

Kwalità

Dan is-sit għandu żewġ mekkaniżmi biex jagħraf il-kwalità tax-xogħol. Waħda hi "Featured pictures". fejn xi xogħlijiet jiġu nominati u membri ta' komunita oħra jivvutaw biex jiddeċiedu jekk jaċċetaw jew le n-nominazzjoni. Dan il-proċess beda f'Novembru ta' l-2004. Proċess ieħor hu "Quality Images" li bdiet f'Ġunju 2006 u għandha proċess eħfef ikkumparat mal-"Featured pictures". F'Jannar 2007 is-sit kellu kompetizzjoni inawgurali "Picture of the Year", għall-"Picture of the Year 2006".

Ħoloq Oħra