Emerson Ferreira da Rosa: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 8: Linja 8:
|Pajjiż twelid = [[Brażil]]
|Pajjiż twelid = [[Brażil]]
|Tul = 1.84 m
|Tul = 1.84 m
|Rwol = [[Midfielder]]
|Rwol = [[Midfilder]]
|Klabb kurrenti = [[AC Milan]]
|Klabb kurrenti = [[AC Milan]]
|Numru = 5
|Numru = 5

Reviżjoni ta' 17:43, 21 Jannar 2009

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol Emerson Ferreira da Rosa (Pelotas, 4 ta' April 1976), magħruf sempliċiment bħala Emerson, hu plejer tal-futbol Brażiljan li jilgħab mat-tim Taljan tas-Serie A, AC Milan. Il-laqam tiegħu huwa "Il-Puma" minħabba l-movimenti tajbin u felini li għandu fin-nofs tal-grawnd.

Karriera

Wara li lagħab ma' Bayer Leverkusen, Emerson ingħaqad ma' AS Roma fejn rebaħ il-kampjonat u kif ukoll is-Supertazza Taljana fl-2001. Wara prestazzjoni impressjonanti għal Roma fl-istaġun 2003–04 fejn kemm Juventus kif ukoll Real Madrid urew interess fil-plejer biex jakkwistawh matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Wara saga twila fuq il-futur tiegħu, Roma xtaqu li jbiegħhuh lil Real Madrid minflok lir-rivali Juventus però Emerson xtaq li jmur ma' Juventus, fejn mexa mal-passi tal-kowċ Fabio Capello biex ingħaqad ma' Juventus għal somma ta' madwar 15-il miljun Ewro. Wara żewġ staġuni mat-tim minn Turin, hu ttrasferixxa ma' Real Madrid għal darb'oħra flimkien ma' Capello. Madankollu, minħabba r-relazzjoni xejn tajjeb li kellu ma' Capello u kif ukoll prestazzjonijiet xejn konvinċenti, Emerson wera x-xewqa li jirritorna lura lejn Juventus f'Jannar 2007 anke jekk kien jaf li kien se jsofri minn salarju inqas. Però, sa Mejju, il-prestazzjonijiet mat-tim Madrilen tjiebu, u flimkien mar-riżultati tajbin li kien qed jikseb it-tim, nhar it-12 ta' Mejju 2007 hu ddikjara l-intenzjoni li jibqa' ma' Real. mma, f'konverżazzjoni fuq il-programm tar-radju "El Larguero", il-president ta' Real Madrid, Ramon Calderon, qal li Emerson jista' jħalli lil Real Madrid dak is-sajf flimkien mal-attakant Taljan Antonio Cassano minħabba problemi tekniċi.

Fil-21 ta' Awissu 2007, Milan uffiċjalizzaw l-akkwist tal-Brażiljan.[1] Id-debutt wasal fis-Supertazza Ewropea meta' Milan rebħu lil Sevilla 3–1 nhar il-31 ta' Awwissu.

Internazzjonali

Emerson kien rimpjazzament għal Romário fit-Tazza tad-Dinja 1998. Hu kien se jkun il-kaptan tat-tim Brażiljan fit-Tazza tad-Dinja 2002, però Emerson sofra minn uġigħ fi spallejh biex ħalla l-post tal-kap tat-tim għal Cafu; it-tim Sud-Amerikan irnexxielu jirbaħ l-edizzjoni tal-2002.

Referenzi

Ħoloq esterni

Mudell:Tim ta' AC Milan