Akkademja tal-Malti: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
small intro to add to the list of lanuage authorities in EN wiki
 
Linja 4: Linja 4:
L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti twaqqfet fl-14 ta' Novembru 1920. Wara ħafna żmien bdiet tissejjaħ ukoll l-Akkademja tal-Malti.
L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti twaqqfet fl-14 ta' Novembru 1920. Wara ħafna żmien bdiet tissejjaħ ukoll l-Akkademja tal-Malti.


L-ewwel ħsieb tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti kien li tagħzel alfabett li jkun imħaddem mill-kittieba kollha tal-Malti. L-alfabett kien stabbilit b'mod finali fit-18 ta' Diċembru 1921.
L-ewwel ħsieb tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti kien li tagħżel alfabett li jkun imħaddem mill-kittieba kollha tal-Malti. L-alfabett kien stabbilit b'mod finali fit-18 ta' Diċembru 1921.


==Il-Manwal tal-Ortografija==
==Il-Manwal tal-Ortografija==

Reviżjoni ta' 14:30, 6 Settembru 2005

Introduzzjoni

L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti twaqqfet fl-14 ta' Novembru 1920. Wara ħafna żmien bdiet tissejjaħ ukoll l-Akkademja tal-Malti.

L-ewwel ħsieb tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti kien li tagħżel alfabett li jkun imħaddem mill-kittieba kollha tal-Malti. L-alfabett kien stabbilit b'mod finali fit-18 ta' Diċembru 1921.

Il-Manwal tal-Ortografija

Nħasset ukoll il-ħtieġa li barra alfabett ikun hemm manwal ta' l-ortografija tal-Malti. Dan il-manwal deher fis-sena 1924 u kien jismu Tagħrif fuq il-Kitba Maltija. Kien ktieb li fl-ewwel taqsima kellu regoli ta' l-ortografija u fit-tieni taqsima grammatika qasira li tiswa wkoll biex wieħed jifhem u jħaddem tajjeb ir-regoli ta' l-ortografija. It-Tagħrif inħadem minn Ninu Cremona. Kien stampat mill-Gvern fl-istamperija tiegħu, u kien meqjus bħala l-manwal uffiċjali ta' l-ortografija tal-Malti mill-membri tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti u dawk li jaqblu magħhom.

Fl-1934 l-ortografija tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti saret l-ortografija uffiċjali tal-Gvern u, bil-mod il-mod, ħafna kittieb bdew jimxu fuqha.

Wara l-1934 l-ortografija mgħallma fl-iskejjel kienet dik tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, iżda billi t-Tagħrif qatt ma reġa kien stampat, il-manwali l-aktar komuni kienu ż-żewg grammatiki ta' Cremona, waħda qasira għall-klassijiet iż-żgħar, u l-oħra itwal għall-klassijiet il-kbar.

Fl-1984 inħasset il-ħtieġa li l-Akkademja tal-Malti tagħti xi regoli dwar kliem ta' nisel Rumanz jew Ingliżi li dwaru kważi xejn ma kien hemm fit-Tagħrif. B'hekk ħarġet iż-Żieda mat-Tagħrif. Imbagħad fl-1992 l-Akkademja ħarġet l-Aġġornament tat-Tagħrif.

Kemm iż-Żieda kif ukoll l-Aġġornament kienu dokumenti qosra. It-tnejn kisbu l-approvazzjoni tal-gvern taż-żmien li fih ħarġu, iżda mhux dejjem waslu f'idejn dawk kollha li jiktbu bil-Malti.

Minħabba f'hekk, u billi t-Tagħrif qatt ma kien stampat mill-ġdid, l-Akkademja ħasbet li tiġbor ir-regoli kollha tal-kitba li jinsabu fit-tliet dokumenti li semmenj fi ktieb wieħed għall-kumdita ta' kulħadd. Għalhekk, fl-1998, ħarġet din il-ġabra f'forma ta' ktejjeb.

Referenzi

Akkademja tal-Malti. Regoli tal-Kitba tal-Malti. (1998) Klabb Kotba Maltin. ISBN 99909-75-44-2.