Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010: Differenza bejn il-verżjonijiet
Linja 109: | Linja 109: | ||
[[el:Προκριματικά Παγκοσμίου Κυπέλλου Ποδοσφαίρου 2010]] |
[[el:Προκριματικά Παγκοσμίου Κυπέλλου Ποδοσφαίρου 2010]] |
||
[[en:2010 FIFA World Cup qualification]] |
[[en:2010 FIFA World Cup qualification]] |
||
[[fi:Vuoden 2010 jalkapallon maailmanmestaruuskilpailujen karsinnat]] |
|||
[[fr:Tours préliminaires de la coupe du monde de football 2010]] |
[[fr:Tours préliminaires de la coupe du monde de football 2010]] |
||
⚫ | |||
[[hr:Kvalifikacije za Svjetsko prvenstvo u nogometu - Južna Afrika 2010.]] |
[[hr:Kvalifikacije za Svjetsko prvenstvo u nogometu - Južna Afrika 2010.]] |
||
⚫ | |||
[[hu:2010-es labdarúgó-világbajnokság-selejtező]] |
[[hu:2010-es labdarúgó-világbajnokság-selejtező]] |
||
⚫ | |||
⚫ | |||
[[nl:WK voetbal 2010 (kwalificatie)]] |
[[nl:WK voetbal 2010 (kwalificatie)]] |
||
[[pt:Eliminatórias da Copa do Mundo FIFA de 2010]] |
[[pt:Eliminatórias da Copa do Mundo FIFA de 2010]] |
||
Linja 119: | Linja 120: | ||
[[sk:Kvalifikácia na Majstrovstvá sveta vo futbale 2010]] |
[[sk:Kvalifikácia na Majstrovstvá sveta vo futbale 2010]] |
||
[[sv:Kvalspelet till världsmästerskapet i fotboll 2010]] |
[[sv:Kvalspelet till världsmästerskapet i fotboll 2010]] |
||
⚫ | |||
[[tr:2010 FIFA Dünya Kupası Elemeleri]] |
[[tr:2010 FIFA Dünya Kupası Elemeleri]] |
||
[[uk:Чемпіонат світу з футболу 2010 (кваліфікаційний раунд)]] |
[[uk:Чемпіонат світу з футболу 2010 (кваліфікаційний раунд)]] |
||
⚫ | |||
[[zh:2010年世界盃外圍賽]] |
[[zh:2010年世界盃外圍賽]] |
Reviżjoni ta' 13:25, 14 Settembru 2008
Dan l-artiklu għandu informazzjoni dwar avveniment sportiv kurrenti. Il-kontenut jista' jinbidel drastikament hekk kif l-avveniment jipproċedi. |
Fil-proċess ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, is-sitt konfederazzjonijiet tal-FIFA ġew allokati parti kull wieħed tal-31 post li għad baqa' ta' pajjiżi li se jgħaddu, fejn in-numru ta' postijiet hu bbażat skont is-saħħa tat-timijiet f'dik iż-żona partikulari. Id-distribuzzjoni finali kienet din:
- Ewropa (UEFA): 13-il post
- Afrika (CAF): 5 postijiet (L-Afrika t'Isfel ikkwalifikat awtomatikament bħala l-pajjiż ospitu għal total ta' 6 postijiet)
- Amerika t'Isfel (CONMEBOL): 4 jew 5 postijiet
- Asja (AFC): 4 jew 5 postijiet
- Amerika ta' Fuq, Ċentrali u l-Karibew (CONCACAF): 3 jew 4 postijiet
- Oċeanja (OFC) 0 jew post
Kull konfederazzjoni mingħajr ebda numru ta' postijiet żguri, tindika post f'partiti interkontinentali, li tkun ġeneralment logħba eliminatorja bejn tim tal-CONMEBOL u l-CONCACAF, u oħra bejn l-OFC u l-AFC.
F'għeluq tad-dħul tal-applikazzjoni fil-15 ta' Marzu 2007, 204 minn 208 membru tal-FIFA (li jinkludi lill-ospiti tal-Afrika t'Isfel) daħlu fil-fażi preliminarja tal-kompetizzjoni.
Tliet membri taż-Żona Ażjatika, il-Brunej, Laos u l-Filippini, naqsu li jirreġistraw għal dan it-turnew.
Il-Butan kienu aċċettati biex jidħlu fl-aħħar minuta u kienu nklużi fit-tlugħ tal-poloz għar-rawnd preliminarju Ażjatiku. Papwa Gwinea l-Ġdida kienu skwalifikati mir-rawnd preliminarju Oċeaniku, u l-Brunej u l-Filippini kellhom l-applikazzjoni tagħhom miċħuda wara li tilfu l-ġurnata tal-għeluq tal-applikazzjoni. In-numru finali ta' timijiet jegħleb ir-rekord preċedenti ta' 199 tim lura fl-2002.[1]
Timijiet kwalifikati
Dawn it-timijiet ikkwalifikaw s'issa:
Tim | Ikkwalfika bħala | Apparenzi | Apparenzi konsekuttivi | L-aħħar apparenza | L-aqwa riżultat |
---|---|---|---|---|---|
Afrika t'Isfel | Ospitu | 3 | 1 | 2002 | Rawnd 1 (1998, 2002) |
Gruppi ta' kwalifika
Pożizzjonijiet fil-fażi tal-gruppi
Għall-fażi ta' kwalifikazzjoni, il-metodu wżat biex jissepara timijiet li huma l-istess fil-punti hu l-istess għall-konfederazzjoni kollha, kif deċiż mill-FIFA.[2] Jekk xi timijiet jispiċċaw bl-istess numru ta' punti fl-aħħar tal-fażi tal-gruppi, it-timijiet fil-kwistjoni jiġu pożizzjonati skont:
- id-differenza tal-gowls fil-partiti kollha tal-grupp;
- l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti kollha tal-grupp;
- l-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti tal-gruppi bejn it-timijiet konċernati;
- id-differenza ta' gowls mill-partiti tal-gruppi bejn it-timijiet konċernati;
- l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti tal-gruppi bejn it-timijiet konċernati;
- it-tlugħ tal-poloz, partita eliminatorja (jekk approvata mill-FIFA)
Afrika (CAF)
- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CAF).
(53 tim jikkompetu għal 6 postijiet, inkluża l-Afrika t'Isfel bħala ospitu)
Il-kwalifikazzjoni tal-CAF bdiet b'rawnd preliminarju li ntlagħab fit-13 ta' Ottubru u s-17 ta' Novembru 2007, biex in-numru ta' timijiet tnaqqsu għal 48, u wara tnax-il grupp ta' erba' timijiet kull wieħed ġew mtellgħa f'Durban f'Novembru 2007. It-tnax-il rebbieħa u l-aqwa tmien timijiet li spiċċaw fit-tieni post javvanzaw għall-fażi suċċessiva, fejn jiġu mtellgħin f'ħames gruppi ta' erbat ijiem. Ir-rebbieħa ta' dawn il-gruppi jikkwalifikaw għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja.
Il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 se tkun kombinata mal-proċess ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana 2010. Minħabba li l-Afrika t'Isfel qed tospita t-Tazza tad-Dinja, din ikkwalifikat awtomatikament, minkejja li se tilgħab fil-kwalifiki biex jiffaċilitaw l-użu tal-istess sett ta' partiti ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana 2010.
Jekk l-Afrika t'Isfel tavvanza għat-tielet rawnd (it-tieni fażi tal-gruppi) il-partiti tagħhom ma jibqgħux jgħoddu biex jiġi determinat min javvanza għat-Tazza tad-Dinja.
Asja (AFC)
- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (AFC).
(43 tim jikkompetu għal 4 jew 5 postijiet; partita eliminatorja kontra l-Oċeanja tiddetermina liema konfederazzjoni tieħu l-post iż-żejjed)
Żewġ rawnds preliminarji (waħda f'Ottubru 2007 u oħra fl-ewwel nofs ta' Novembru) naqqsu n-numru ta' timijiet minn 43 għal 20 qabel it-tlugħ tal-poloz għall-fażi tal-gruppi f'Durban fil-25 ta' Novembru 2007.
L-istadju tal-gruppi ra l-qsim tal-għoxrin tim f'ħames gruppi ta' erba' timijiet, li ntlagħbu bejn Frar u Ġunju tal-2008, fejn ir-rebbieħa u dawk li kklassifikaw fit-tieni post avvanza fil-fażi tal-gruppi. Ir-rebbieħa u tat-tieni post minn żewġ gruppi finali ta' ħames pajjiżi (li jintlagħbu bejn Settembru 2008 u Ġunju 2009) jikkwalifikaw awtomatikament għall-finali tat-Tazza tad-Dinja, biż-żewġ timijiet li ppożizzjonaw fit-titlet post jilgħabu kontra xulxin biex jintgħażel it-tim li se jikkompetu kontra r-rebbieħ tal-Oċeanja għall-aħħar allokkazzjoni tat-Tazza tad-Dinja (liema partiti jintlagħbu f'Ottubru u Novembru 2009).
Ewropa (UEFA)
- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA).
(53 tim jikkompetu għal 13-il post)
Il-logħob ta' kwalifikazzjoni Ewropej bdew f'Awwissu 2008 wara l-Euro 2008. Tmien gruppi ta' sitt timijiet u grupp ta' ħamsa se jikkontestaw il-kompetizzjoni ta' kwalifika Ewropea. Riżultat ta' dan, id-disa' timijiet li jispiċċaw l-ewwel jikkwalifikaw direttament, waqt li l-aqwa tmien timijiet li spiċċaw fit-tieni post jilgħabu żewġ legs barra u ġewwa darhom għar-raba' postijiet li jkun għad fadal.
Amerika ta' Fuq, Ċentrali u l-Karibew (CONCACAF)
- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CONCACAF).
(35 tim jikkompetu għal 3 jew 4 postijiet; partita eliminatorja kontra l-Amerika t'Isfel tiddetermina liema konfederazzjoni tieħu l-post iż-żejjed)
Il-proċess ta' kwalifikazzjoni tal-CONCACAF hu identiku għal dak tat-Tazza tad-Dinja 2006, minbarra li hekk kif il-Porto Riku ikkompeta din id-darba (huma kienu l-unika membru tal-CONCACAF li ma daħalx fil-kwalifiki tal-2006), se jkun hemm ħdax-il partita minflok għaxra fl-ewwel rawnd preliminarju, u b'hekk tlettax-il tim minflok erbatax jisfaw eliminati mit-tieni rawnd preliminarju. Iż-żewġ rawnds preliminarji, li jintlagħbu fl-ewwel nofs tal-2008, inaqqsu t-timijiet minn 35 għal 24 u wara għal 12-il tim. Tliet gruppi tas-semifinali b'erba' timijiet jintlagħbu bejn Awwissu u Novembru 2008, bl-aqwa tnejn ta' kull gruppi javvanzaw għal grupp finali ta' sitt timijiet (li jsir matul l-2009). L-aqwa tlieta jikkwalifikaw direttament għat-Tazza tad-Dinja, waqt li r-raba' tim jilgħab logħba preliminarja kontra t-tim li jkun spiċċa fil-ħames post tal-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-CONMEBOL.
Oċeanja (OFC)
- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (OFC).
(10 timijiet jikkompetu għal l-ebda post jew post wieħed; partita eliminatorja kontra l-Asja tiddetermina n-numru eżatt. It-Tuvalu se jilgħab ukoll fit-turnew ta' kwalifikazzjoni, imma mhuwiex parteċipanti fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja)
Il-proċess ta' kwalifikazzjoni beda b'turnew fil-Logħob Paċifiċi 2007 f'Awwissu 2007. L-aqwa tlieta (Kalendonja l-Ġdida, il-Fiġi, u l-Vanwatu, rispettivament) ingħaqdu ma' Żelandja l-Ġdida fi grupp ta' erba' timijiet, fejn jilgħabu logħob kontra xulxin, barra u ġewwa darhom. L-aqwa tim imbagħad jilgħab logħba eliminatorja fuq żewġ legs ma' pajjiż Ażjatiku biex ikun jista' jikseb post fl-istadju finali tat-Tazza tad-Dinja.
Amerika t'Isfel (CONMEBOL)
- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CONMEBOL).
(10 timijiet jikkompetu għal 4 jew 5 postijiet; partita eliminatorja kontra l-Amerika t'Isfel tiddetermina liema konfederazzjoni tieħu l-post iż-żejjed)
Il-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-CONMEBOL għal darb'oħra hu taħt struttura ta' kampjonat nazzjonali (partiti esterni u interni) li jinvolvi grupp wieħed ta' 10 assoċjazzjonijiet, b'partiti li jintlagħbu bejn Ottubru 2007 u Ottubru 2009. Il-lista ta' partiti hi identika ta' dik użata fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006. Biex tillimita l-ammont ta' vjaġġar ta' plejers li huma bbażati fl-Ewropa għall-Amerika t'Isfel, l-iskeda tal-CONMEBOL tuża' sistemà fejn żewġ settijiet ta' partiti jintlagħbu f'temp ta' ftit jiem, fejn din issir għal disa' darbiet. L-aqwa erba' timijiet jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja, waqt li l-ħames tim jilgħab playoff kontra t-tim li spiċċa fir-raba' post tal-CONCACAF, li tintlagħab fl-14 u t-18 ta' Novembru 2009.
Referenzi
- ^ "Record number of 204 teams enter preliminary competition" (bl-Ingliż). 30-03-2007. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Regulations - 2010 FIFA World Cup South Africa™ (Ingliż)