Kaptan (futbol): Differenza bejn il-verżjonijiet
m robot Adding: el:Αρχηγός ποδοσφαιρικής ομάδας |
m robot Adding: cs:Kapitán (fotbal) |
||
Linja 53: | Linja 53: | ||
[[Category:Terminoloġija tal-futbol]] |
[[Category:Terminoloġija tal-futbol]] |
||
[[cs:Kapitán (fotbal)]] |
|||
[[el:Αρχηγός ποδοσφαιρικής ομάδας]] |
[[el:Αρχηγός ποδοσφαιρικής ομάδας]] |
||
[[en:Captain (football)]] |
[[en:Captain (football)]] |
Reviżjoni ta' 13:22, 24 Ġunju 2008
Il-kaptan tat-tim tat-tim tal-futbol, hu membru ta' tim li hu magħżul biex ikun il-kap tat-tim fil-grawnd: ħafna drabi dan ikun wieħed mill-aktar membri esperjenzati tal-klabb jew l-iktar wieħed ta' età, jew plejer li jista' jinfluwenza ħafna l-logħba. Il-kaptan hu identifikat permezz tal-faxxa li tintlibes fuq l-id.
Responsabilitajiet
Il-funzjonijiet uffiċċjali tal-kaptan skond ir-regoli tal-futbol hu li jipparteċipa fl-għażla li ssir qabel il-partita, billi jagħżel naħa ta' munita u wara jiddeċiedi jibdiex il-partita t-tim tiegħu. Din il-proċedura tintuża wkoll jekk ikun se jsir l-għoti tal-penalties. Il-kaptani m'għandu l-ebda awtorità speċjali taħt ir-regoli biex jisfida d-deċiżjon tar-referì, madanakollu ir-referis jistgħu xi kultant ikellmu lill-kaptan ta' xi tim fuq l-imġieba tat-tim korrispondenti.
F'futbol rikreazzjonali jew ġovanili, il-kaptan ħafna drabi jieħu d-doveri li jkunu delegati mill-kowċ. Il-kaptan hu dak il-persuna ta' stimolu għat-tim kollu. Ukoll, il-kaptani jingħaqdu mal-kowċ biex jagħmlu deċiżjonijiet fuq l-għażla tat-tim titulari għal partita partikulari.
Pożizzjonijiet relatati
Kaptan tal-klabb
Kaptan ta' klabb ikun appuntat ġeneralment għal staġun: jekk ma jkunx jista' jattendi għal partita partikulari jew ma jkunx magħżul, il-viċi-kaptan jieħu postu. Il-kaptan ta' klabb ħafna drabi jieħu rwol speċifiku f'relazzjonijiet ma' l-istampa bħala raprreżentant tat-tim u jkun l-ewwel plejer li jerfa' t-trofew jekk it-tim jirbaħ wieħed. Madanakollu, klabb jista' jappunta żewġ kaptani għal żewġ rwoli distini: kaptan biex jirrapreżenta lill-plejers f'relazzjonijiet pubbliċi, u kaptan ieħor bħala l-kap fil-grawnd.
L-għażla ta' kaptan hi komunament ikkunsidrata bħala għażla importanti għall-kowċ ta' klabb tal-futbol: il-kaptan hu fil-fatt mistenni li jkun il-korrispondent tal-kowċ fil-grawnd. Ir-relazzjonijiet bejn dawn it-tnejn hi waħda kruċjali. L-istess jgħodd għar-rapport bejn hu u l-partitarji. Kwalitajiet li għandu jħaddan kaptan jinkludu d-determinazzjoni u stamina, fejn hu jkun kapaċi li jikkomunika ma' kulħadd, u jkun plejer intelliġenti fit-tattiċi. Kaptani tal-klabbs jistgħu jieħdu wkoll ċerti responsabilitajiet fi ħdan l-istaff tal-logħob, bħal jorganizza avvenimenti li jkabbru l-moral u jagħti ħarsa lejn plejers aktar ġovanili.
Viċi-kaptan
Viċi-kaptan hu plejer li hu mistenni li jkun kaptan ta' l-iskwadra meta l-kaptan tal-klabb ma' jkunx inkluż ma' l-ewwel ħdax, jew jekk il-kaptan tal-klabb ikun sostitwit.
Fl-assenza, il-viċi-kaptan jieħdu l-irwol ta' kaptan. Jekk il-kaptan kurrenti jkun magħżul fl-iskwadra għal dik il-logħba, u jidħol bħala sostitut, allura l-viċi-kaptan jagħti l-faxxa ta' kaptan lilu għal tul il-partita kollha.
Id-doveri ta' viċi-kaptan m'humiex biss li jmexxi lit-tim meta l-kaptan ma jkunx qed jilgħab. L-irwol tiegħu jivolvu wkoll li jmexxi l-plejers mal-kaptan u jgħin ukoll lil plejers ġovanili biex jiżviluppaw.
L-għażla tal-viċi-kaptan issir ukoll mill-kowċ fil-bidu ta' l-istaġun, flimkien mal-kaptan.
Kaptani rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja
- 1930 - José Nasazzi (Urugwaj)
- 1934 - Giampiero Combi (Italja)
- 1938 - Giuseppe Meazza (Italja)
- 1950 - Obdulio Varela (Urugwaj)
- 1954 - Fritz Walter (Ġermanja tal-Punent)
- 1958 - Hilderaldo Bellini (Brażil)
- 1962 - Mauro (Brażil)
- 1966 - Bobby Moore (Ingilterra)
- 1970 - Carlos Alberto (Brażil)
- 1974 - Franz Beckenbauer (Ġermanja tal-Punent)
- 1978 - Daniel Passarella (Arġentina)
- 1982 - Dino Zoff (Italja)
- 1986 - Diego Maradona (Arġentina)
- 1990 - Lothar Matthäus (Ġermanja tal-Punent)
- 1994 - Dunga (Brażil)
- 1998 - Didier Deschamps (Franza)
- 2002 - Cafu (Brażil)
- 2006 - Fabio Cannavaro (Italja)