Tim nazzjonali tal-futbol tal-Belġju: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 29: Linja 29:
[[fi:Belgian jalkapallomaajoukkue]]
[[fi:Belgian jalkapallomaajoukkue]]
[[fr:Équipe de Belgique de football]]
[[fr:Équipe de Belgique de football]]
[[gl:Selección nacional de fútbol de Bélxica]]
[[he:נבחרת בלגיה בכדורגל]]
[[he:נבחרת בלגיה בכדורגל]]
[[hu:Belga labdarúgó-válogatott]]
[[hu:Belga labdarúgó-válogatott]]

Reviżjoni ta' 07:28, 22 Novembru 2007

Il-Belġu għandu storja twila fil-futbol internazzjonali fil-fatt l-ewwel logħba teħodna lura għal l-1 ta' Mejju 1904 fejn kontra Franza spiċċa f'draw ta' 3 bi 3 (Belġju 3 - 3 Franza). L-ikbar rebħa ta' dan it-tim, li hu mlaqqam bħala ir-Rode Duivels (Xjaten Ħomor), għamilha kontra t-tim Afrikan taż-Żambja fejn rebaħ bl-iskor ta' 9 b'xejn (Belġu 9 - 0 Żambja) fl-4 ta' Ġunju 1994, kif ukoll kontra San Marino fit-28 ta' Frar ta' l-2001 fejn il-logħba spiċċat Belġju 10 - 1 San Marino. Fil-bidu ta' l-istorja tiegħu dan it-tim kien tilef logħba ferm kerha kontra t-tim Ingliż ta' l-amateur (Ingliterra Amateur 11 - 2 Belġju) dan seħħ fis-17 t'April 1909. Il-Belġju jitqies bħala wieħed mit-timijiet il-kbar fl-Ewropa għalhekk daħal kemm fit-Tazza tad-Dinja kif ukoll fil-European Championship. L-aħjar post li kiseb fit-Tazza tad-Dinja kien fl-1986 fejn kien spiċċa r-raba' (4) post, snin oħra fejn ħa sehem f'dan il-logħob prestiġjuż fil-futbol kienu fl-1930, 1934, 1938, 1954, 1970, 1982, 1990, 1994, 1998 u fl-2002. Fil-European Championship l-ewwel darba li ħa sehem kien fl-1972, u wara fl-1980, 1984 u fis-sena 2000.

Anki fil-Logħob Olimpiku għamel suċċess għax fl-1900 rebaħ il-midalja tal-Bronż u għoxrin sena wara eżatt fl-1920 rebaħ l-aqwa midalja dik tad-Deheb.

Informazzjoni dwar dan it-tim internazzjonali Belġjan tal-futbol li bħala stadjum jużaw il-King Baudouin Stadium:

Assoċjazzjoni: Union Royale Belge des Sociètès de Football-Association (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Belġjana)

Il-Kowċ Attwali: Renè Vandereycken (2006- )

It-Top Scorer(s): Paul Van Himst u Bernard Voorhoof (b' 30 gowl)

Il-Kodiċi tal-FIFA: BEL

Ir-Ranking tal-FIFA: 47 post

L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 16-il post (Jannar ta' l-2003)

L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 57 post (Lulju ta' l-2006)

Ir-Ranking tal-Elo: 41