Mark A. Sammut: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
+infobox
No edit summary
Linja 20: Linja 20:
Fl-2016, telaq mill-Partit Laburista u ssieħeb fil-[[Partit Nazzjonalista]].[[File:GMB, EFA, MAS.jpg|thumb|Dott. Mark A. Sammut (xellug) mal-President ta' Malta ta' dak iż-żmien Dott. [[Eddie Fenech Adami]] (lemin) u l-ex-President tal-Qorti Kostituzzjonali ta' Malta l-Professur [[Giuseppe Mifsud Bonnici]] (fin-nofs), f'Diċembru tal-2008]]
Fl-2016, telaq mill-Partit Laburista u ssieħeb fil-[[Partit Nazzjonalista]].[[File:GMB, EFA, MAS.jpg|thumb|Dott. Mark A. Sammut (xellug) mal-President ta' Malta ta' dak iż-żmien Dott. [[Eddie Fenech Adami]] (lemin) u l-ex-President tal-Qorti Kostituzzjonali ta' Malta l-Professur [[Giuseppe Mifsud Bonnici]] (fin-nofs), f'Diċembru tal-2008]]


Fit-3 ta' Novembru tal-2016, Sammut ħareġ ktieb, jismu ''L-Aqwa fl-Ewropa. Il-''Panama Papers'' u l-Poter'' li fih ikkritika l-politiki neoliberali tal-Prim Ministru [[Joseph Muscat]] u d-difiża li ta lill-Ministru [[Konrad Mizzi]] u liċ-''Chief of Staff'' tiegħu [[Keith Schembri]] fl-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama.<ref>http://www.independent.com.mt/articles/2016-11-03/local-news/Launch-of-L-Aqwa-fl-Ewropa-Il-Panama-Papers-u-l-Poter-by-Mark-A-Sammut-6736166097</ref> Minħabba f'dan il-ktieb, Sammut safa vittma ta' harassment fuq il-post tax-xogħol li taw lok għal proċeduri dixxiplinarji u saħansitra kien hemm kawża fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar l-istess ktieb.
Fit-3 ta' Novembru tal-2016, Sammut ħareġ ktieb, jismu ''L-Aqwa fl-Ewropa. Il-''Panama Papers'' u l-Poter'' li fih ikkritika l-politiki neoliberali tal-Prim Ministru [[Joseph Muscat]] u d-difiża li ta lill-Ministru [[Konrad Mizzi]] u liċ-''Chief of Staff'' tiegħu [[Keith Schembri]] fl-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama.<ref>http://www.independent.com.mt/articles/2016-11-03/local-news/Launch-of-L-Aqwa-fl-Ewropa-Il-Panama-Papers-u-l-Poter-by-Mark-A-Sammut-6736166097</ref> Minħabba f'dan il-ktieb, Sammut safa vittma ta' harassment fuq il-post tax-xogħol u saħansitra kien hemm kawża fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar l-istess ktieb.


Hu membru tar-''Royal Historical Society'', tal-''European Society for Comparative Legal History'', tal-''Malta Historical Society'' u tas-''Society for Advanced Legal Studies''.
Hu membru tar-''Royal Historical Society'', tal-''European Society for Comparative Legal History'', tal-''Malta Historical Society'' u tas-''Society for Advanced Legal Studies''.

Reviżjoni ta' 17:10, 7 Lulju 2021

Mark A. Sammut
Ħajja
Twelid Malta, 2 Ottubru 1973 (50 sena)
Nazzjonalità Malta
Familja
Missier Frans Sammut
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb

Mark A. Sammut hu kittieb Malti.

Ħajja bikrija

Bin il-kittieb Frans Sammut u Catherine née Cachia, Mark A. Sammut twieled fl-1973 f'Malta. Studja fl-Iskola Santa Monika, fil-Kullegg Stella Maris, fil-Liċeo Vassalli, u fil-Liċeo GF Abela.

Formazzjoni edukattiva

Kompla jistudja fl-Università ta' Malta (liġi u traduzzjoni) u f'dik ta' Londra (University College London) (storija tad-dritt u teorija tad-dritt) London School of Economics) (management) u fl-Università ta' Oxford (studji storiċi).

Mark A. Sammut flimkien mal-President tal-Latvja, Vaika Vike-Freiberga, 2004.

Attività politika u ċivika

Sammut kien Kunsillier Lokali f'Ħaż-Żebbuġ (1993–96),[1] Membru tal-Bord tal-Koperattivi (1997–98), Segretarju tal-Kunsill Notarili (2000–03),[2] Konslu Onorarju tal-Latvja (2001–06),[3] u President tal-Għaqda tal-Malti - Università (2007–09).

Sammut kien politikament attiv bejn l-1993 u l-2003; mill-1996 ’il quddiem fi ħdan il-Partit Laburista. Kellu rwol prominenti fil-kampanja elettorali tal-2003. Kien attakkat bil-goff mill-blogger Daphne Caruana Galizia, imma mar il-Qorti u hu wieħed mill-ftit li rebħilha libell biex b'hekk ġie stabbilit li dak li kienet kitbet dwaru ma kienx minnu. Il-każ kien dwar artiklu li kitbet Caruana Galizia dwar inċident li kien imdaħħal fih Sammut. Sammut kien safa mhedded minn persuna magħrufa mill-pulizija, u minkejja li talab il-protezzjoni tal-Pulizija, din qatt ma ngħatatlu. Għal din ir-raġuni Sammut kiseb arma tan-nar u żammha fuqu għall-awto-difiża, u meta kien se jirkeb ajruplan, l-awtoritajiet sabuha fuqu. Caruana Galizia allegat li Sammut ried jitla' apposta fuq l-ajruplan bl-arma. Iżda meta Sammut fittex lil Caruana Galizia, il-Qorti tat raġun lil Sammut, fis-sens li kien nesa l-arma fuqu u ma kellu l-ebda intenzjoni jtella' l-arma fuq l-ajruplan.[4] Caruana Galizia qalet li se tmur il-Qorti Ewropea tal-Jeddijiet tal-Bniedem, imma baqgħet qatt m'għamlet hekk.[5].

Fl-2016, telaq mill-Partit Laburista u ssieħeb fil-Partit Nazzjonalista.

Dott. Mark A. Sammut (xellug) mal-President ta' Malta ta' dak iż-żmien Dott. Eddie Fenech Adami (lemin) u l-ex-President tal-Qorti Kostituzzjonali ta' Malta l-Professur Giuseppe Mifsud Bonnici (fin-nofs), f'Diċembru tal-2008

Fit-3 ta' Novembru tal-2016, Sammut ħareġ ktieb, jismu L-Aqwa fl-Ewropa. Il-Panama Papers u l-Poter li fih ikkritika l-politiki neoliberali tal-Prim Ministru Joseph Muscat u d-difiża li ta lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri fl-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama.[6] Minħabba f'dan il-ktieb, Sammut safa vittma ta' harassment fuq il-post tax-xogħol u saħansitra kien hemm kawża fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar l-istess ktieb.

Hu membru tar-Royal Historical Society, tal-European Society for Comparative Legal History, tal-Malta Historical Society u tas-Society for Advanced Legal Studies.

Attività didattika

Bejn l-2014 u l-2016, Sammut għallem l-istorja tal-Kodiċi Kriminali fl-Università ta' Malta.

Opinjonista

Mill-2017, Sammut beda jikteb regolarment fl-edizzjoni ta' nhar ta' Ħadd ta' The Malta Independent.

Publikazzjonijiet

Kotba

  • A Short History of Latvia/L-Istorja tal-Latvja fil-Qosor (Malta, 2004)[7]
  • Il-Liġi, il-Morali, u r-Raġuni mal-Professur Giuseppe Mifsud Bonnici (Malta, 2008)[8]
  • (Kontributur) The Mediterranean Region: Different Perspectives, Common Objectives (Ministeru tad-Difiża, Italja, 2010)
  • The Law of Consular Relations[9] (XPL, Ingilterra, 2010), jintuża mill-Università ta' Vytautas Magnus, fil-Litwanja, bħala test rakkomandat[10]
  • (Editur u ko-awtur) Malta at the European Court of Human Rights 1987-2012, ma' Patrick Cuignet u David A. Borg, b'kontributi mill-Kevin Aquilina (Dekan tal-Fakultà tal-Liġi Università ta' Malta), l-Imħallef irtirat Dott. Giovanni Bonello, u Dott. Therese Comodini Cachia.[11][12] (Malta, 2012)
  • L-Aqwa fl-Ewropa. Il-Panama Papers u l-Poter (Malta, 2016)[13]

Niżżel il-ktieb minn hawn: https://issuu.com/samcachia/docs/l-aqwa_fl-ewropa_2017

  • Essays in Maltese Legal History and Comparative Law[14][15] (Whitelocke Publications, Oxford, 2017)
  • L-Aqwa Żmien Għalihom. Erba' Snin ta' Skandli (Malta, 2017)[16]

Niżżel il-ktieb minn hawn: https://issuu.com/samcachia/docs/l-aqwa_zmien_ghalihom

  • Flying at the Fall of Dusk: Commentaries on Malta in the Muscat Years" (Malta, 2021)[17]

Pubblikazzjonijiet oħrajn

It-traduzzjoni li għamel Sammut tan-novella ta' Ġużè Bonnici[18] La Pazza kienet imfaħħra mill-Professur Charles Briffa fil-ktieb tiegħu Il-Letteratura Maltija: L-Istorja tan-Narrattiva (Malta University Press, 2008).[19]

Sammut kiteb dwar il-Codice Municipale di Malta u temi oħrajn marbutin mal-Istorja u t-Teorija tad-Dritt.

Noti

  1. ^ . Culturedomain.com http://www.culturedomain.com/zlc-history. Miġbur 2012-11-01. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |accessdate= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |date= (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  2. ^ [1]Mudell:Dead link
  3. ^ http://www.timesofmalta.com/articles/view/20040307/opinion/the-non-political-nature-of-consular-relations.128263
  4. ^ https://www.timesofmalta.com/articles/view/20080109/local/appeal-from-libel-judgment-dismissed.191170
  5. ^ http://www.timesofmalta.com/articles/view/20101007/local/caruana-galizia-fined-in-criminal-libel-case.330312
  6. ^ http://www.independent.com.mt/articles/2016-11-03/local-news/Launch-of-L-Aqwa-fl-Ewropa-Il-Panama-Papers-u-l-Poter-by-Mark-A-Sammut-6736166097
  7. ^ . Books.google.com http://books.google.com/books?id=zYvTSAAACAAJ&dq=mark+sammut&hl=en&ei=2_QMTaDXBo_sOeyetKwJ&sa=X&oi=book_result&ct=result&resnum=2&ved=0CCcQ6AEwAQ. Miġbur 2012-11-01. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |accessdate= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  8. ^ . Books.google.com http://books.google.com/books?id=gdkPSQAACAAJ&dq=mark+sammut&hl=en&ei=2_QMTaDXBo_sOeyetKwJ&sa=X&oi=book_result&ct=result&resnum=3&ved=0CCsQ6AEwAg. Miġbur 2012-11-01. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |accessdate= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |date= (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  9. ^ . Amazon.co.uk http://www.amazon.co.uk/dp/185811375X. Miġbur 2012-11-01. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |accessdate= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  10. ^ http://www.vdu.lt/wp-content/uploads/2014/04/POD-6003_DIPLOMATIC-AND-CONSULAR-LAW.pdf
  11. ^ [2]
  12. ^ [3]
  13. ^ http://www.independent.com.mt/articles/2016-11-03/local-news/Launch-of-L-Aqwa-fl-Ewropa-Il-Panama-Papers-u-l-Poter-by-Mark-A-Sammut-6736166097
  14. ^ https://whitelockepublications.com/shop?olsFocus=false&olsPage=products/sammut-maltese-vol-1
  15. ^ https://www.timesofmalta.com/articles/view/20170326/books/intriguing-aspects-of-maltese-legal-history.643574
  16. ^ http://www.independent.com.mt/articles/2017-05-29/books/The-prism-of-all-sin-6736174852
  17. ^ https://bdlbooks.com/product/flying-at-the-fall-of-dusk/
  18. ^ Ġużè Bonnici
  19. ^ http://www.worldcat.org/title/letteratura-maltija-l-istorja-tan-narrattiva/oclc/467776053?referer=di&ht=edition