Kolugo: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Removing Link GA template (handled by wikidata)
m ortografija
Linja 23: Linja 23:
| daqs_mappa_firxa = 250px
| daqs_mappa_firxa = 250px
}}
}}
Il-'''kolugi''', imsejjħa bħala '''kobegi''' jew '''lemuri li jtiru''' (għalkemm, dawn la huma [[lemuri]] u l-anqas itiru), huma [[mammiferu|mammiferi]] [[erbivoru|erbivori]] notturni ta' daqs żgħir mifruxin mal-foresti tropikali fin-naħa tax-Xlokk tal-[[Asja]]. Jeżistu biss żewġ [[speċi]] f'żewġ [[ġeneru|ġeneri]], li jiffurmaw il-[[Familja (bijoloġija)|familja]] [[Cynocephalidae]] u l-[[Ordni (bijoloġija)|ordni]] [[Dermoptera]]. Għalkemm huma l-aktar mammiferi kapaċi mill-mammiferi li jipplanaw, dawn xorta ma jistgħux itiru ta' vera.
Il-'''kolugi''', imsejħa bħala '''kobegi''' jew '''lemuri li jtiru''' (għalkemm, dawn la huma [[lemuri]] u l-anqas itiru), huma [[mammiferu|mammiferi]] [[erbivoru|erbivori]] notturni ta' daqs żgħir mifruxin mal-foresti tropikali fin-naħa tax-Xlokk tal-[[Asja]]. Jeżistu biss żewġ [[speċi]] f'żewġ [[ġeneru|ġeneri]], li jiffurmaw il-[[Familja (bijoloġija)|familja]] [[Cynocephalidae]] u l-[[Ordni (bijoloġija)|ordni]] [[Dermoptera]]. Għalkemm huma l-aktar mammiferi kapaċi mill-mammiferi li jipplanaw, dawn xorta ma jistgħux itiru ta' vera.


Il-kolugi għalkemm ta' daqs żgħir, huma pjuttost kbar bħala mammiferi tas-siġar: b'bejn 35 u 40 [[ċentimetru]] fit-tul u minn 1 sa 2 [[kilogramma|kilogrammi]] fil-piż. Is-saqajn u l-idejn huma irqaq, ta' tul moderat bl-istess qies, denb ta' daqs medju u korporatura ħafifa. Ir-ras hi ċkejkna, b'par għajnejn kbar iħarsu 'l quddiem b'viżjoni binokulari u b'par widnejn żgħar u tondi.
Il-kolugi, għalkemm ta' daqs żgħir, huma pjuttost kbar bħala mammiferi tas-siġar: b'daqs ta' bejn 35 u 40 [[ċentimetru]] fit-tul u minn 1 sa 2 [[kilogramma|kilogrammi]] fil-piż. Is-saqajn u l-idejn huma rqaq, ta' tul moderat bl-istess qies, denb ta' daqs medju u korporatura ħafifa. Ir-ras hi ċkejkna, b'par għajnejn kbar iħarsu 'l quddiem b'viżjoni binokulari u b'par widnejn żgħar u tondi.


Dawn il-mammiferi għandhom membrana ta' ġilda mifruxa bejn il-vojt tal-appendiċi kollha li fl-ebda mammiferu ieħor ma laħqet din il-firxa. Din il-membrana, jew pataġjum, hi mifruxha ukoll bejn is-swaba tal-idejn u tas-saqajn, bejn id-denb u s-saqajn u saħansitra bejn l-idejn u l-għonq. Ġeometrikament din il-membrana mhux possibli tkun akbar jew aktar mifruxa minn hekk.
Dawn il-mammiferi għandhom membrana ta' ġilda mifruxa bejn il-vojt tal-appendiċi kollha li fl-ebda mammiferu ieħor ma laħqet din il-firxa. Din il-membrana, jew pataġjum, hi mifruxa wkoll bejn is-swaba' tal-idejn u tas-saqajn, bejn id-denb u s-saqajn u saħansitra bejn l-idejn u l-għonq. Ġeometrikament, din il-membrana mhijiex possibli tkun akbar jew aktar mifruxa minn hekk.


== Klassifikazzjoni ==
== Klassifikazzjoni ==

Reviżjoni ta' 10:24, 12 Mejju 2021

Kolugi
Tpinġija ta' kolugo
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Sottodiviżjoni: * Cynocephalus
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Dermoptera
Illiger, 1811
Familja: Cynocephalidae
Simpson, 1945
Firxa tal-kolugi. Il-kolugo tal-Filippini bl-aħmar u l-kolugo ta' Sunda bl-iswed.

Il-kolugi, imsejħa bħala kobegi jew lemuri li jtiru (għalkemm, dawn la huma lemuri u l-anqas itiru), huma mammiferi erbivori notturni ta' daqs żgħir mifruxin mal-foresti tropikali fin-naħa tax-Xlokk tal-Asja. Jeżistu biss żewġ speċi f'żewġ ġeneri, li jiffurmaw il-familja Cynocephalidae u l-ordni Dermoptera. Għalkemm huma l-aktar mammiferi kapaċi mill-mammiferi li jipplanaw, dawn xorta ma jistgħux itiru ta' vera.

Il-kolugi, għalkemm ta' daqs żgħir, huma pjuttost kbar bħala mammiferi tas-siġar: b'daqs ta' bejn 35 u 40 ċentimetru fit-tul u minn 1 sa 2 kilogrammi fil-piż. Is-saqajn u l-idejn huma rqaq, ta' tul moderat bl-istess qies, denb ta' daqs medju u korporatura ħafifa. Ir-ras hi ċkejkna, b'par għajnejn kbar iħarsu 'l quddiem b'viżjoni binokulari u b'par widnejn żgħar u tondi.

Dawn il-mammiferi għandhom membrana ta' ġilda mifruxa bejn il-vojt tal-appendiċi kollha li fl-ebda mammiferu ieħor ma laħqet din il-firxa. Din il-membrana, jew pataġjum, hi mifruxa wkoll bejn is-swaba' tal-idejn u tas-saqajn, bejn id-denb u s-saqajn u saħansitra bejn l-idejn u l-għonq. Ġeometrikament, din il-membrana mhijiex possibli tkun akbar jew aktar mifruxa minn hekk.

Klassifikazzjoni

Il-Mixodectidae jidher li hu fossilu tal-ordni Dermoptera. Madanakollu, għalkemm hemm mammiferi oħra tal-Paleogene li ġew interpretati bħala relatati mad-dermopteri, l-evidenza turi li hemm inċertezzi u ħafna minn dawn il-fossili m'għadhomx interpretati aktar bħala mammiferi planarji.

Il-kolugi darba kienu jagħmlu parti mal-ordni Insectivora, madanakollu, l-aħħar studji tal-filoġenija molekulari wrew li l-kolugi għandhom jiġu kklassifikati f'ordni għalihom — id-Dermoptera — u flimkien mal-ordnijiet Primates u Scandentia jiffurmaw il-klad Euarchonta. Il-klad Euarchonta jiġi ħu l-klad Glires li huwa ffurmat mill-ordnijiet Lagomorpha u Rodentia, u ż-żewġ kladi flimkien jiffurmaw is-superordni Euarchontoglires.

Euarchontoglires
Glires

Rodentia



Lagomorpha



Euarchonta

Scandentia




Dermoptera




Plesiadapiformes



Primates






Referenzi

Ħoloq esterni