Il-Port il-Kbir: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
removed Category:Malta using HotCat
Linja 11: Linja 11:


[[Kategorija:Portijiet ta' Malta]]
[[Kategorija:Portijiet ta' Malta]]
[[Kategorija:Ġeografija ta' Malta]]

Reviżjoni ta' 15:15, 20 Ottubru 2020

Il-Port il-Kbir magħruf ukoll bħala l-Port tal-Belt Valletta, huwa port naturali fil-Gzira ta' Malta.[1] Bħala port ġie mmodifikat sostanzjalment matul is-snin b'diversi baċiri, mollijiet, u fortifikazzjonijiet.[2]

Il-Port il-Kbir, Valletta, Malta
Il-Port il-Kbir, Valletta, Malta

Deskrizzjoni

Il-bokka tal-Port tħares lejn il-Lvant ta’ Fuq u hija mdawra lejn it-tramuntana minn Sant'Iermu. Il-Breakwater joffri kenn tajjeb lil dan il-port. Il-Ponta tar-Rikażli tkompli tingħaqad miegħu minn-nofsinhar.

Ix-xatt tal-Majjistral huwa magħmul mill-peniżola ta’ Sciberras, li fil-biċċa l-kbira tagħha hija magħmula mill-Belt Valletta u s-subborg tagħha l-Furjana. Din il-peniżola taqsam il-Port il-Kbir mit-tieni port naturali li jinsab parallel miegħu, dak ta' Marsamxett. Il-passaġġi tal-baħar fil-port jibqgħu deħlin kważi sal-Marsa. In-naħa tax-Xlokk tal-port huwa ffurmat minn ilsna u fetħiet kbar bħal dawk tal-Irnella, il-Kalkara , it-Tarzna , u tal-Franċiż li jofformaw parti mill-Kalkara u t-Tliet Ibliet: L-Isla, Bormla, u l-Birgu. Il-port ġie deskritt ħafna drabi bħala wieħed mill-isbaħ portijiet naturali li jeżistu.

Referenzi

  1. ^ https://web.archive.org/web/20160531142337/http://www.transport.gov.mt/ports-marinas/ports-in-malta/port-of-valletta
  2. ^ https://books.google.com.mt/books?id=xRdnDQAAQBAJ&pg=PA30&redir_esc=y#v=onepage&q&f=false