Charles Casha: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Tag: Reverted
m Modifiki annullati ta' 46.11.21.196 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' ToniSant
Tag: Rollback
Linja 13: Linja 13:


{{DEFAULTSORT:Casha, Charles}}
{{DEFAULTSORT:Casha, Charles}}
[[Kategorija:Nies ħajjin]]
[[Kategorija:Twieldu fl-1943]]
[[Kategorija:Twieldu fl-1943]]
[[Kategorija:Kittieba Maltin]]
[[Kategorija:Kittieba Maltin]]

Reviżjoni ta' 18:15, 19 Ottubru 2020

Carmel Casha (magħruf aktar bħala Charles) (21 ta’ Settembru, 1943, il-Marsa - ) hu kittieb Malti.

Carmel Casha kien it-tieni wieħed fost tliet subien, Charles trabba f’ambjent ta’ wara l-gwerra, meta t-toroq tagħna kienu mingħajr traffiku u t-triq kienet id-dinja ċkejkna ta’ dawk li kienu joqogħdu fiha. Kienet dinja differenti li Charles pinġa fl-istejjer tiegħu li dehru fit-tliet kotba: Minn Tarf sa Tarf tat-Triq, Minn fuq L-Għatba u Mill-Gallarija. Jistqarr li l-kitba għat-tfal hija gost li jieħdu f’dinja oħra, kultant id-dinja tat-tfulija u kultant id-dinja tal-fantasija. Imma meta jikteb għall-kbar huwa jħossu qrib ħafna tar-realtà. ​ Fl-2002, Il-Kunsill, Għalliema u Studenti fl-Iskola Maria Goretti, taw ġieħ lil Charles Casha, waqt ċerimonja f’Jum L-Ilsien Malti. L-iskola wriet l-apprezzament tagħha għad-drammi li Casha kiteb biex jittellgħu mill-istudenti tal-istess skola. Fl-2007 Charles Casha ngħata Ġieħ il-Marsa mill-Kunsill Lokali tal-Marsa għas-sehem tiegħu fil-letteratura Maltija. Fl-2013 huwa ngħata wkoll Ġieħ Ħaż-Żabbar mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar. Fl-2014 huwa ngħata apprezzament mill-Għaqda Storika Kulturali Marsa għall-ħidma fil-qasam tal-letteratura Maltija. Fl-2012 Casha ġie onorat bil-Midalja Għall-Qadi tar-Reppubblika.