Tal-Pietà: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Xwejnusgozo mexxa l-paġna Pietà, Malta għal Tal-Pietà
added pic
Linja 1: Linja 1:
[[Stampa:Triq Marina, Tal-Pietà, Malta - panoramio (12).jpg|daqsminuri|Triq Marina, Tal-Pieta]]
Tal-Pietà ( Pieta' ) hija belt żgħira fir-Reġjun Ċentrali ta’ [[Malta]], li tinsab qrib il-periferija tal-belt kapitali [[Valletta]]. Pietà hija s-subborg l-aktar vicin għall-kapitali wara l-[[Furjana|Furjana.]] Isem din-lokalita tigi mit-taljan ''Pieta'' li jfisser “Hniena”
Tal-Pietà ( Pieta' ) hija belt żgħira fir-Reġjun Ċentrali ta’ [[Malta]], li tinsab qrib il-periferija tal-belt kapitali [[Valletta]]. Pietà hija s-subborg l-aktar vicin għall-kapitali wara l-[[Furjana|Furjana.]] Isem din-lokalita tigi mit-taljan ''Pieta'' li jfisser “Hniena”



Reviżjoni ta' 16:55, 19 Ottubru 2020

Triq Marina, Tal-Pieta

Tal-Pietà ( Pieta' ) hija belt żgħira fir-Reġjun Ċentrali ta’ Malta, li tinsab qrib il-periferija tal-belt kapitali Valletta. Pietà hija s-subborg l-aktar vicin għall-kapitali wara l-Furjana. Isem din-lokalita tigi mit-taljan Pieta li jfisser “Hniena”

Deskrizzjoni

Tal-Pietà hija belt kostali zghira li fiha sit partikolari ta’ interess storiku notevoli maghruf bhala Kamra tad-Dghajjes (li bhalissa qed tintuża bħala restorant). Din tinsab fuq il-front tal-ilma. vicin ferm tal-Marina di Valletta fejn qabel kien jitrakka l-vapur t' Ghawdex. F'din il-lokalita' hemm i-isptar nazzjonali l-antik ta’ Malta, St. Luke’s. Ta’ interess storiku, u viżibbli f’diversi stampi antiki, hija l-kappella żgħira tal-Madonna tad-Duluri, li tmur lura għas-seklu sbatax u li għadha tintuża b’mod attiv sal-illum.

Diversi toroq fil-lokalita ghandhom​ ismijiet bhal Santu Wistin u ommu, Santa Monika. L-imħażen tad-dgħajjes tal-għassa tal-Forzi Armati ta’ Malta jinsabu hawn f’Hay Wharf qrib il-Furjana. Fil-konfini ta’ Pietà hemm siti ta' mportanza bhal l-Orfanatrofju ta' Sant' Ursula, Ix-xandar nazzjonali PBS (Public Broadcasting Services) Villa Guardamangia, li serviet bħala r-residenza ta’ dak iż-żmien tal-Prinċipessa Elizabetta tar-Renju Unit (aktar tard ir-Reġina Elizabetta II), meta għexet f’Malta bejn l-1949 u l-1951, Il-Kumpless tac-Ċimiterju ta' Braxia, huwa sit tal-Kummissjoni ta' l-Oqbra tal-Gwerra tal-Commonwealth. Hawn issib midfuna ħafna veterani mill-armata u forza navali Brittanica. Dan ic-Cimterju jinstab fil-Pieta'. Il-Kwartieri Generali tal-Partit Nazzjonalista jinstab ukoll fil-Pieta.

Tal-Pietà huwa meqjus bħala subborg ta’ Ħamrun, l-Imsida, il-Furjana u l-Belt Valletta. Il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni residenti f’din il-lokalita f'dawn l-aħħar 30 sena ġiet minn din iż-żona.