Gżira (lokalità): Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Storja tal-Belt
immarkat għall-wikifikazzjoni
Tag: 2017 source edit
Linja 1: Linja 1:
{{Wikifikazzjoni}}
{{infobox city|name = Gżira}}
{{infobox city|name = Gżira}}



Reviżjoni ta' 18:21, 23 Settembru 2020

Gżira
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaEastern Region (Lvant) (en) Translate
Isem uffiċjali Gżira
Kodiċi postali GŻR
Ġeografija
Koordinati 35°54′18″N 14°29′38″E / 35.905°N 14.4939°E / 35.905; 14.4939Koordinati: 35°54′18″N 14°29′38″E / 35.905°N 14.4939°E / 35.905; 14.4939
Gżira (lokalità) is located in Malta
Gżira (lokalità)
Gżira (lokalità)
Gżira (lokalità) (Malta)
Superfiċjenti 1.5 kilometru kwadru
Għoli 19 m
Demografija
Popolazzjoni 8,029 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Glyfada (en) Translate
Gzira.gov.mt

Il-Gżira, hija belt li fir-reġjun ċentral ta' Malta u li tinsab bejn Tas-Sliema u l-Imsida, u qrid Ta' Xbiex. Il-popolazzjoni tal-Gżira hija ta' 8,029 (Marzu 2014).[1] L-isem ta' din il-lokalità ġej mill-Gżira msemmija għall-Gran Mastru Manoel de Vilhena. Ix-xatt tal-Gżira għandu veduti tal-Belt Valletta mdawra bis-swar, li huma mdawla billejl, u joħolqu sfond għall-Gżira Manoel, il-Yacht Marina u l-Ġnien Pubbliku.

Storja tal-belt

F'nofs is-seklu 19 inbniet villa fil-Gżira mill-Kavallier Jacob Tagliaferro. Bil-mod il-Gżira bdiet tiżviluppa f'subborg tal-klassi tal-ħaddiema f’Tas-Sliema. Sas-snin sebgħin, il-Gżira kellha ħafna bars, partikolarment is-Snake Pit, il-Britannia u l-Granada fil-viċinanza tax-Xatt, liema attività ekonomika ntemmet meta s-Forzi Armati Ingliżi telqu minn Malta fil-31 ta’ Marzu 1979.

Mal-qalba tas-seklu 21, il-Gżira rat boom tal-propjetà immobbli, u bini ġdid, l-aktar appartamenti, jissostitwixxu l-bini l-antik.Il-Gżira llum tospita komunità ta' negozju f'lukandi, ristoranti, istituzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji legali, kumpaniji tal-imħatri onlajn, proprjetà immobbli u uffiċċji qalb għad ta' residenti Maltin u ta' diversi entitajiet oħra. Il-Gżira hija magħrufa bħala belt pjuttost multikulturali, bi gruppi ta' immigranti stabbiliti u integrati sew.

Ir-raġuni ewlenija għall-popolarità ta' din il-belt hija li tinsab f'naħa pjuttost ċentrali ta' Malta, viċin sew tal-Università ta' Malta kif ukoll tal-belt kapitali, Valletta.

Fil-Gżira hemm it-triq D'Argens li bis-saħħa tagħha beda l-iżvillupp f'Tas-Sliema u San Ġiljan. L-attivitajiet ewlenin tal-Gżira jinkludu industriji tas-servizzi, ħwienet kummerċjali u servizzi edukattivi. Il-kumpanija internazzjonali tal-imħatri Tipbet għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi Triq Sir William Reid u t-Teatru Orpheum jinsab ukoll fil-Gżira.

L-iżvilupp li seħħ fil-bidu tas-seklu 21 ħa post numru ta' djar quddiem il-baħar u l-karattru li kellha l-belt qabel inbidel sew. Xhieda ta' dan huma l-faċċati tradizzjonalment Maltin li għadek issib fil-qalba tal-Gżira. Dan jidher sew f'għad ta' gallariji tal-injam u gallariji oħra maħdumin bil-ħadid fundut.

Ir-rata tal-kriminalità fil-Gżira hija relattivament baxxa, u din il-belt hija ġeneralment sigura daqs il-bqija ta' Malta u Għawdex. Il-popolazzjoni tal-Gżira kienet pjuttost stabbli matul dawn l-aħħar snin. F'Marzu tal-2014 kien hemm 8,029 persuna jgħixu fil-Gżira.


  1. ^ . Government of Malta https://secure2.gov.mt/localgovernment/file.aspx?f=7810. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |archiveurl= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |archivedate= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)