Karmenu Vella: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 32: Linja 32:
[[Kategorija:Politiċi tal-Partit Laburista (Malta)]]
[[Kategorija:Politiċi tal-Partit Laburista (Malta)]]
[[Kategorija:Politiċi Maltin]]
[[Kategorija:Politiċi Maltin]]
[[Kategorija:Arkitetti Maltin]]

Reviżjoni ta' 09:54, 16 Settembru 2020

Il-Perit Karmenu Vella (Żurrieq, Malta, 19 ta' Ġunju 1950) huwa l-Kummissarju Ewropew għall-ambjent, is-sajd u l-affarijiet marittimi. Huwa kien Ministru taħt tliet Prim Ministri fi Gvernijiet immexxija mill-Partit Laburista.

Studju

Huwa studja għal Perit fl-Universitá ta' Malta u kiseb Masters fit-Turiżmu mill-Universitá ta' Sheffield.

Bħala żagħżugħ minn dejjem kien attiv ħafna fost iż-żgħażagħ u kien parteċipattiv ħafna speċjalment fost l-għaqdiet sportivi.

Politika

Minn dejjem ħadem u stinka b'risq il-Partit Laburista. Fl-1968 daħal membru fil-Kumitat taż-Żgħażagħ fil-lokal taż-Żurrieq u wara kien inħatar membru fuq l-Ezekuttiv Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-PL. Fl-1976 kien ikkontesta għall-ewwel darba l-Elezzjonijiet Ġenerali u ġie elett bħala l-iżgħar Membru Parlamentari. Minn dakinhar baqa’ jiġi elett fl-elezzjonijiet kollha ta' wara.

F'intervista li ta fl-2013, mistoqsi dwar ir-raġuni li għaliha ddeċieda li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali lura fl-1976, Vella jgħid li bħala żagħżugħ minn dejjem kien midħla tal-għaqdiet taż-Żurrieq. "Kont niffrekwenta socjetajiet tal-baned, ghaqdiet sportivi, bosta hwienet fejn konna inqattghu l-hinijiet ta' rikreazzjoni taghna bhala zghazagh, u filghaxijiet konna spiss niltaqghu c-Centru Laburista. Qatt ma kelli ambizzjonijiet politici, imma shabi dejjem jimbuttawni biex nippartecipa f'kumitati sportivi u politici." Jiftakar li l-ewwel elezzjoni li kkontesta kienet dik tal-Kunsill Civiku taz-Zurrieq meta kien ghadu kif ghalaq it-tmintax-il sena. Dak iz-zmien kien membru fl-Ghaqda Zghazagh Laburista Zurrieq u Membru tal-Ezekuttiv Nazzjonali tal-Ghaqda Zghazagh Laburisti.

Wara li ggradwa beda jahdem fid-distrett bhala perit u beda jsir jaf hafna familji mill-irhula tal-vicin. Dwar il-fatt li ghazel il-Partit Laburista, Vella jgħid li dan kien l-uniku partit li kien jipprattika l-gustizzja soċjali. "Kien il-Partit li verament ihares l-interess ta' Malta u jgib dejjem fuq quddiem lil dawk li kienu verament fil-bzonn. Kien il-partit li kellu vizjoni ghal Malta. Vizjoni ekonomika, finanzjarja u fuq kollox socjali."

Fi Gvernijiet Laburisti kien serva bħala Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi, u Ministru għall-Industrija fil-gvernijiet ta' Dom Mintoff, u Ministru għat-Turiżmu fil-gvern ta' Alfred Sant u Joseph Muscat.

Fis-27 ta' Ottubru 2014, huwa rriżenja mill-Parlament Malti wara 38 sena, biex ftit jiem wara beda jwettaq il-ħidma tiegħu ta' Kummissarju Ewropew għall-ambjent, is-sajd u l-affarijiet marittimi.

Direttur u Chairman ta' Kumpaniji

Huwa kien jokkupa diversi karigi, fosthom Direttur tal-MidMed Bank, Managing Director tal-Libyan Maltese Holding Company, Chairman tal-Corinthia Hotels International, Chairman tal-Maltese Turkish Business Council, Chairman tal-Orange Cruises Ltd., Board Director tal-Betfair Ltd., u membru fuq il-Vodafone Malta Foundation.

Ħajja Personali

Miżżewweġ lil Marianne, għandhom żewġt’ itfal John u Philip, u meta jkun Malta joqgħod Birżebbuġa.

L-Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli hija miżżewġa lil John, bin Karmenu Vella.