Ashley Young: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 8: Linja 8:
|tul = 1.75 m
|tul = 1.75 m
|rwol = [[Midfilder]]
|rwol = [[Midfilder]]
|klabb_kurrenti = [[Manchester United FC|Manchester United]]
|klabb_kurrenti = [[FC Internazionale Milano|Inter]]
|numru = 18
|numru = 15
|snin_ġovanili1 = 2000–2003
|snin_ġovanili1 = 2000–2003
|klabbs_ġovanili1 = [[Watford FC|Watford]]
|klabbs_ġovanili1 = [[Watford FC|Watford]]
Linja 20: Linja 20:
|preż2 = 157
|preż2 = 157
|gowls2 = 30
|gowls2 = 30
|snin3 = 2011–
|snin3 = 2011–2020
|klabbs3 = [[Manchester United FC|Manchester United]]
|klabbs3 = [[Manchester United FC|Manchester United]]
|preż3 = 120
|preż3 = 192
|gowls3 = 11
|gowls3 = 15
|snin4 = 2020–
|klabbs4 = [[FC Internazionale Milano|Inter]]
|preż4 = 5
|gowls4 = 1
|snin_nazzjonali1 = 2006–2007
|snin_nazzjonali1 = 2006–2007
|tim_nazzjonali1 = [[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra ta' taħt il-21 sena|Ingilterra U-21]]
|tim_nazzjonali1 = [[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra ta' taħt il-21 sena|Ingilterra U-21]]
Linja 30: Linja 34:
|snin_nazzjonali2 = 2007–
|snin_nazzjonali2 = 2007–
|tim_nazzjonali2 = [[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra|Ingilterra]]
|tim_nazzjonali2 = [[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra|Ingilterra]]
|preż_nazzjonali2 = 30
|preż_nazzjonali2 = 39
|gowls_nazzjonali2 = 7
|gowls_nazzjonali2 = 7
|aġġornament = 10:14, 26 Awwissu 2017 (UTC)
|aġġornament = 15:19, 13 Ġun 2020 (UTC)
}}
}}
'''Ashley Simon Young''' ([[Stevenage]], [[9 ta' Lulju]] [[1985]]) hu plejer tal-[[futbol]] [[Ingilterra|Ingliż]] li jilgħab fil-[[Premier League]] ma' [[Manchester United FC|Manchester United]] u fuq livell internazzjonali mat-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra|tim nazzjonali Ingliż]].
'''Ashley Simon Young''' ([[Stevenage]], [[9 ta' Lulju]] [[1985]]) hu plejer tal-[[futbol]] [[Ingilterra|Ingliż]] li jilgħab fl-Italja ma' [[FC Internazionale Milano|Inter]] u fuq livell internazzjonali mat-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra|tim nazzjonali Ingliż]].


== Karriera ==
== Karriera ==
Linja 155: Linja 159:
== Ħoloq esterni ==
== Ħoloq esterni ==
* {{soccerbase|36330}}
* {{soccerbase|36330}}
* [http://www.thefa.com/England/All-Teams/Players/Y/Ashley-Young Profil] fuq thefa.com

{{Tim ta' Manchester United FC}}


{{DEFAULTSORT:Young, Ashley}}
{{DEFAULTSORT:Young, Ashley}}
Linja 166: Linja 167:
[[Kategorija:Plejers ta' Aston Villa FC]]
[[Kategorija:Plejers ta' Aston Villa FC]]
[[Kategorija:Plejers ta' Manchester United FC]]
[[Kategorija:Plejers ta' Manchester United FC]]
[[Kategorija:Plejers ta' FC Internazionale Milano]]

Reviżjoni ta' 15:19, 13 Ġunju 2020

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Ashley Simon Young (Stevenage, 9 ta' Lulju 1985) hu plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab fl-Italja ma' Inter u fuq livell internazzjonali mat-tim nazzjonali Ingliż.

Karriera

Watford

Ta' tmintax-il sena iddebutta mal-ewwel tim ta' Watford taħt Ray Lewington f'Settembru tal-2003, fejn skorja kontra Millwall wara li kien daħal bħala sostitut.[1] Matul dak l-istaġun għamel ħames dehriet oħra minn fuq il-bank tas-sostituti, fejn skorja tliet gowls. Young spikka aktar fl-istaġun 2004–05 fejn lagħab 34 logħba ma' Watford fil-ġlieda tagħhom biex ikomplu jilgħabu fiċ-Championship. Minkejja li ma sabx ix-xibka f'ebda okkażjoni, hu assista numru ta' gowls. Il-prestazzjonijiet tiegħu f'dak l-istaġun rawh jiġi vvutat mill-klabb bħala l-Plejer Żagħżugħ tas-Sena.

Taħt Aidy Boothroyd, matul l-istaġun 2005–06, Young ingħata rwol ġdid bħala attakkant. Young beda 41 logħba tal-kampjonat, fejn skorja 15-il darba, bit-tim jispiċċa promoss fil-Premier League.

L-esperjenza ta' Young fil-Premier League 2006–07 bdiet tajjeb, fejn skorja tliet gowls, fosthom gowl fl-aħħar minuta kontra Fulham. Fis-suq tat-trasferimenti ta' Jannar tal-2007, tliet klabbs offrew somma ta' £5 miljun għas-servizzi tal-plejer ta' taħt il-21 sena. Watford irrifjutaw dawn l-offerti, u anki offerta oħra ta' £7 miljun minn klabb mhux magħruf.[2]

Offerta ikbar ta' madwar £10 miljun minn West Ham United ġiet aċċettata, però, Young irrifjutaha minħabba li ma riedx jingħaqad ma' tim fejn ir-relegazzjoni kienet xi ħaġa li jridu jaffaċċjaw kull sena.[3]

Aston Villa

Young qabel il-konfront kontra FH ta' Awwissu 2008, validu għat-Tazza UEFA.

Nhar it-18 ta' Jannar, Aston Villa għamlu offerta ta' £8 miljun (somma li kellha titla' għal £9.75 miljun wara ċerti klawżoli), offerta li ġiet aċċetta. Jumejn wara, il-kowċ ta' Aston Villa Martin O'Neill ikkonferma li l-plejer qabel li jingħaqad mal-klabb. Young għamel it-testijiet mediċi nhar il-21 ta' Jannar u l-uffiċjalità tal-ingaġġ tal-plejer waslet fit-23 ta' Jannar 2007.[4] Fil-31 ta' Jannar, hu mmarka d-debutt tiegħu għal Villa b'gowl ġewwa St James' Park kontra Newcastle United, minkejja li Villa ħarġu telliefa 3–1. L-istaġun 2007–08 kien wieħed tajjeb għal Young, fejn irċieva diversi drabi l-unur tal-Plejer tal-Partita. Il-forma tajba tiegħu kienet premjata b'sejħa mat-tim nazzjonali. Matul dan l-istaġun, Young spiċċa t-tieni wara Cesc Fàbregas fin-numru ta' assists provduti, b'Young jagħmel 17-il wieħed.[5] Young ġie mniżżel fit-Tim tas-Sena tal-Premier League, fejn barra l-gowlkiper ta' Portsmouth David James, hu kien l-uniku plejer li ma kienx ġej mill-hekk imsejħa "L-Ikbar Erbgħa" (Chelsea, Arsenal, Liverpool u Manchester United)

Il-bidu tajjeb għall-istaġun 2008–09 rah jieħu l-unur tal-Plejer tax-Xahar ta' Settembru. Fl-4 ta' Novembru 2008, Young iffirma kuntratt ġdid ta' erba' snin li se jżommu mal-klabb sal-2012.[6] L-istaġun intemm fuq nota pożittiva għal Young hekk kif ġie ivvutat bħala l-Plejer Żagħżugħ tas-Sena skont il-PFA, u għat-tieni sena konsekuttiva sab post fit-Tim tas-Sena tal-PFA.

Fl-istaġun 2010–11 Young ġie maħtur bħala viċi-kaptan tal-iskwadra u beda jiġi skjerat f'pożizzjoni iktar ċentrali wara l-attakkant. L-ewwel gowl tal-istaġun wasal minn frikik dirett kontra Bolton Wanderers fit-18 ta' Settembru 2010. Is-sena ntemmet b'disa' gowls u 14-il assist f'39 partita għal Villa f'kull kompetizzjoni.

Manchester United

Nhar it-23 ta' Ġunju 2011, Young kompla t-trasferiment tiegħu ma' Manchester United, fejn wara li kompla t-testijiet mediċi ffirma kuntratt ta' ħames għal somma mhux magħrufa.[7] L-ewwel gowls mal-klabb waslu fir-rebħa ta' 8–2 fuq Arsenal nhar it-28 ta' Awwissu.

Internazzjonali

Wara prestazzjonijiet eklatanti ma' Watford matul l-istaġun 2005–06 li tawh post qalb it-tim ta' taħt il-21 sena tal-Ingilterra, nhar il-31 ta' Awwissu 2007, Steve McClaren sejjaħ lil Young mat-tim nazzjonali tal-kbar tal-Ingilterra għaż-żewġ partiti mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 kontra r-Russja u l-Iżrael. Fis-16 ta' Novembru 2007, Young finalment iddebutta bil-flokk Ingliż meta daħal bħala sostitut f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Awstrija.

Nhar it-12 ta' Ottubru 2010, Young beda l-ewwel logħba tiegħu mal-ewwel ħdax għall-Ingilterra kontra l-Montenengro, valida għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012. Hu skorja l-ewwel gowl internazzjonali f'logħba ta' ħbiberija kontra d-Danimarka fid-9 ta' Frar 2011 ġewwa Kopenħagen, gowl li ta r-rebħa lill-Ingilterra 2–1. It-tieni gowl tiegħu wasal kontra l-Iżvizzera fl-4 ta' Ġunju 2011, fil-pari ta' 2–2.

Statistika tal-karriera

Klabb

Statistika korretta sat-23 ta' Ġunju 2011

Klabb Staġun Kampjonat FA Cup League Cup Ewropa Oħrajn Total
Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls
Watford 2003–04 5 3 0 0 1 0 6 3
2004–05 34 0 0 0 4 0 38 0
2005–06 39 13 1 1 0 0 3 1 43 15
2006–07 20 3 1 0 2 1 23 4
Total 98 19 2 1 7 1 3 1 110 22
Aston Villa 2006–07 13 2 0 0 0 0 13 2
2007–08 37 8 1 0 1 0 39 8
2008–09 36 8 3 0 1 0 8 2 48 10
2009–10 37 5 6 2 5 2 2 0 49 9
2010–11 34 7 2 0 3 2 1 0 39 9
Total 157 30 12 2 10 4 11 2 190 38
Manchester United 2011–12 6 2 0 0 0 0 1 1 1 0 8 3
Total 6 2 0 0 0 0 1 1 1 0 8 3
Total tal-karriera 261 52 14 3 17 5 12 3 4 1 3068 64

Internazzjonali

Referenzi

  1. ^ BBC Sport, ed. (23-01-2007). "Young tipped for big Villa impact" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ BBC Sport, ed. (12-01-2007). "Watford reject £7m bid for Young" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ Eurosport, ed. (15-01-2007). "Young rejects Hammers move" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ BBC Sport, ed. (23-01-2007). "Young completes £9.65m Villa move" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ Premier League (ed.). "Statistics" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  6. ^ BBC Sport, ed. (04-11-2008). "Young signs four-year Villa deal" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  7. ^ Coppack, Nick (23-06-2011). ManUtd.com (ed.). "Reds sign Ashley Young" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni