Darren Fletcher: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 6: Linja 6:
|post_twelid = [[Edinburgu]]
|post_twelid = [[Edinburgu]]
|pajjiż_twelid = Skozja
|pajjiż_twelid = Skozja
|tul = 1.84 m
|tul = 1.83 m
|rwol = [[Midfilder]]
|rwol = [[Midfilder]]
|klabb_kurrenti = [[Manchester United FC|Manchester United]]
|klabb_kurrenti =
|numru = 24
|numru =
|snin_ġovanili1 = 1995–2002
|snin_ġovanili1 = 1995–2003
|klabbs_ġovanili1 = [[Manchester United FC|Manchester United]]
|klabbs_ġovanili1 = [[Manchester United FC|Manchester United]]
|snin1 = 2001–
|snin1 = 2003–2015
|klabbs1 = [[Manchester United FC|Manchester United]]
|klabbs1 = [[Manchester United FC|Manchester United]]
|preż1 = 199
|preż1 = 223
|gowls1 = 18
|gowls1 = 18
|snin2 = 2015–2017
|snin_nazzjonali1 = 2003–
|klabbs2 = [[West Bromwich Albion FC|West Bromwich Albion]]
|preż2 = 91
|gowls2 = 4
|snin3 = 2017–2019
|klabbs3 = [[Stoke City FC|Stoke City]]
|preż3 = 38
|gowls3 = 2
|snin_nazzjonali1 = 2003–2017
|tim_nazzjonali1 = [[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iskozja|Skozja]]
|tim_nazzjonali1 = [[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iskozja|Skozja]]
|preż_nazzjonali1 = 61
|preż_nazzjonali1 = 80
|gowls_nazzjonali1 = 5
|gowls_nazzjonali1 = 5
|aġġornament = 1:24, 2 ta' Marzu 2013 (UTC)
|aġġornament = 14:31, 13 Ġun 2020 (UTC)
}}
}}
'''Darren Barr Fletcher''' ([[Edinburgu]], [[1 ta' Frar]] [[1984]]) hu plejer tal-[[futbol]] [[Skozja|Skoċċiż]] li attwalment jilgħab mat-tim tal-[[Premier League]] [[Manchester United FC|Manchester United]] u hu l-[[kaptan (futbol)|kaptan]] attwali tat-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iskozja|tim nazzjonali Skoċċiż]].
'''Darren Barr Fletcher''' ([[Edinburgu]], [[1 ta' Frar]] [[1984]]) hu plejer tal-[[futbol]] [[Skozja|Skoċċiż]] .


== Karriera ==
== Karriera ==
Linja 69: Linja 77:
== Ħoloq esterni ==
== Ħoloq esterni ==
* {{soccerbase|21778}}
* {{soccerbase|21778}}
* [http://www.scottishfa.co.uk/player_details.cfm?playerid=27512 Profil] fuq scottishfa.co.uk
* [https://www.scottishfa.co.uk/players/?pid=27512 Profil] fuq scottishfa.co.uk
* [http://www.manutd.com/en/Players-And-Staff/First-Team/Darren-Fletcher.aspx Profil] fuq ManUtd.com

{{Tim ta' Manchester United FC}}


{{DEFAULTSORT:Fletcher, Darren}}
{{DEFAULTSORT:Fletcher, Darren}}
Linja 79: Linja 84:
[[Kategorija:Futbolers Skoċċiżi]]
[[Kategorija:Futbolers Skoċċiżi]]
[[Kategorija:Plejers ta' Manchester United FC]]
[[Kategorija:Plejers ta' Manchester United FC]]
[[Kategorija:Plejers ta' West Bromwich Albion FC]]
[[Kategorija:Plejers ta' Stoke City FC]]

Reviżjoni ta' 14:31, 13 Ġunju 2020

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Darren Barr Fletcher (Edinburgu, 1 ta' Frar 1984) hu plejer tal-futbol Skoċċiż .

Karriera

Fletcher ingħaqad ma' Manchester United f'Lulju tas-sena 2000 u ffirma l-ewwel kuntratt professjonali fi Frar tal-2001. Għall-bidu kien jilgħab fuq in-naħa leminija ta' nofs il-grawnd fl-istess pożizzjoni ta' David Beckham, u ħafna kienu dawk li raw li l-opportunitajiet ta' Fletcher mal-ewwel tim kienu se jiżdiedu u li se se jinfiltra faċilment mal-ewwel tim faċilment u jibqa' hemmhekk għal ħafna snin.[1] L-ewwel ftit staġuni mal-klabb, però, kienu deludenti fejn qatta' numru ta' żmien barra minħabba uġigħ li sofra, waqt li sadanittant beda jiżviluppa aktar bħala midfilder ċentrali.

Kien fl-istaġun 2003–04 li Fletcher żblokka mat-tim ta' Manchester United, fejn lagħab numru ta' partiti importanti, fost l-oħrajn fil-finali tal-FA Cup kontra Millwall f'Mejju tal-2004.[2]

Minkejja numru żgħir ta' dehriet kompetittivi fil-bidu tal-kampanja 2004–05, għal darb'oħra Fletcher sab ruħu mill-ġdid fiss mal-ewwel tim. Fl-1 ta' Jannar 2005, Fletcher skorja l-ewwel gowl tiegħu fuq livell ta' klabb, fir-rebħa ta' 2–0 fuq Middlesbrough.

Fletcher kien wieħed mill-plejers li ġew ikkritikati mill-kaptan tal-klabb Roy Keane wara t-telfa imbarazzanti ta' 4–1 li United sofrew kontra Middlesbrough f'Ottubru tal-2005[3] Fletcher irrisponda għal din il-kritika permezz ta' prestazzjoni tajba fil-partita vitali tal-kampjonat kontra Chelsea, fejn skorja l-unika gowl tal-konfront permezz ta' daqqa ta' ras. Dan il-gowl temm l-erbgħin logħba ta' imbattibilità li Chelsea għamlu fil-Premier League.

Fl-istaġun 2006–07, hu baqa' l-ewwel għażla mal-ewwel tim fil-bidu tal-istaġun u skorja fir-rebħa barra minn darhom kontra Charlton Athletic, kif ukoll gowl b'daqqa ta' ras kontra Middlesbrough f'Diċembru u gowl ieħor bir-ras kontra Charlton fi Frar, biex b'hekk skorja darbtejn kontra dan il-klabb f'dan l-istaġun. Hekk kif l-istaġun kompla, Alex Ferguson ipprefera il-kwartet ta' nofs il-grawnd ta' Cristiano Ronaldo, Paul Scholes, Michael Carrick u Ryan Giggs, fejn illimita lil Fletcher għal apparenzi bħala sostitut. Però, minħabba s-sospensjoni ta' Paul Scholes, hu beda mal-ewwel tim fir-rebħa kbira ta' 7–1 ta' United kontra Roma fil-kwarti tal-finali taċ-Champions League.

Fl-istaġun 2007–08, bil-wasla ta' Owen Hargreaves, Anderson u Nani li kollha jkopru l-irwol ta' nofs il-grawnd, Fletcher sabha bi tqila biex jilgħab iktar mill-istaġun preċedenti, u kien hemm għajdut li seta' jħalli lill-klabb minħabba li ma kienx qed jilgħab biżżejjed. Fil-fatt, bħall-qabel, Ferguson baqa' jippreferi lil Carrick, Scholes, Giggs u Ronaldo f'nofs il-grawnd, u hu wkoll lagħab inqas mill-plejers il-ġodda.

Fi Frar tal-2008, Fletcher beda mal-ewwel ħdax fil-partita kontra Arsenal, fil-ħames rawnd tal-FA Cup, fejn hu skorja darbtejn biex United eliminaw lil Arsenal mill-kompetizzjoni. Fl-istaġun il-ġdid 2008–09, hu skorja kontra Newcastle United fil-partita tal-ftuħ tal-kampjonat biex kiseb pari importanti ta' 1–1 għal United. Fletcher skorja t-tieni gowl tiegħu fil-partita suċċessiva kontra Portsmouth. Dan il-gowl kien il-gowl tar-rebħa għal Manchester United. Fit-3 ta' Ottubru 2008, Fletcher iffirma estenzjoni tal-kuntratt ma' United, fejn b'hekk se jżommu mal-klabb sal-2012.[4] It-tielet gowl tal-istaġun wasal kontra Everton fil-25 ta' Ottubru, waqt li fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2008 daħal bħala sostitut fis-semifinali kontra Gamba Osaka u skorja r-raba' gowl fir-rebħa ta' 5–3. Fit-tieni leg tas-semifinali tal-UEFA Champions League kontra l-Arsenal ta' nhar il-5 ta' Mejju 2009, Fletcher ġie muri l-karta l-ħamra u b'hekk se jitlef il-finali tal-kompetizzjoni. Minkejja li m'hemm l-ebda proċedura biex wieħed jappella għal karti ħomor fiċ-Champions League,[5] Manchester United bagħtu nhar is-7 ta' Mejju 2009, appell lill-UEFA biex il-karta l-ħamra tiġi mneħħija,[6] liema appell ġie sussegwentament miċħud mill-UEFA.[7]

L-istaġun 2009–10 ra lil Fletcher jikkonsolida postu qalb nofs il-grawnd tal-United, fejn beda fi kważi kull partita. L-ewwel gowls tal-istaġun waslu fl-ewwel derby ta' Manchester tal-istaġun, fir-rebħa memorabbli ta' 4–3, fejn ħalla l-marka tiegħu b'permezz ta' doppjetta. Għal din il-prestazzjoni, hu ngħata l-Plejer tal-Partita tal-Barclays.[8]

Internazzjonali

Fletcher stabilixxa ruħu bħala plejer regulari mat-tim Skoċċiż u l-ewwel gowl nazzjonali wasal fi-rrebħa ta' 1–0 kontra l-Litwanja wara li kien għadu kif daħal bħala sostitut waqt it-tieni apparenza tiegħu. Fis-26 ta' Mejju 2004, hu kien kaptan tal-Iskozja fir-rebħa ta' 1–0 waqt logħba ta' ħbiberija kontra l-Estonja f'Tallinn. Din għamlitu l-iżgħar kaptan tal-Iskozja minn meta John Lambie ta' Queen's Park mexxa lit-tim li rebaħ lill-Irlanda 7–2 fl-20 ta' Marzu 1886. Lambie kien biss 17-il sena u 92 ġurnata.[9]

Il-progress ta' Fletcher mat-tim nazzjonali kien immarkat permezz ta' gowl f'Ottubru tal-2005 minn 25 metru fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Islovenja. Fletcher hu preżentament il-viċi-kaptan tal-Iskozja, fejn jieħu post tal-kaptan regulari Barry Ferguson meta jkun assenti. Hu kien kaptan tat-tim għal tliet darbiet.

Unuri

Klabb

Ingilterra Manchester United

Nazzjonal

Referenzi

  1. ^ "Fletcher is ready to fill Beckham's boots" (bl-Ingliż). 27-07-2000. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ "Man Utd win FA Cup" (bl-Ingliż). 22-05-2004. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ "Keane gagged by United after TV attack on players" (bl-Ingliż). 01-11-2005. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ BBC Sports, ed. (03-10-2008). "Scholes & Fletcher sign new deals" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ "UEFA rule out reprieve for heart-broken Fletcher" (bl-Ingliż). 07-05-2009. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ "United Lodge Fletcher Appeal" (bl-Ingliż). 07-05-2009. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  7. ^ "Fletcher appeal rejected". BBC Sport (bl-Ingliż). 11-05-2009. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  8. ^ "Man Utd 4-3 Man City". BBC Sport (bl-Ingliż). 20-09-2009. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  9. ^ "Sat 20 Mar 1886 Ireland 2 Scotland 7" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)

Ħoloq esterni