Nani: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Removing Link GA template (handled by wikidata)
No edit summary
Linja 9: Linja 9:
|tul = 1.75 m
|tul = 1.75 m
|rwol = [[Midfilder#Ġwejnħa|Midfilder laterali]]
|rwol = [[Midfilder#Ġwejnħa|Midfilder laterali]]
|klabb_kurrenti = [[Manchester United FC|Manchester United]]
|klabb_kurrenti = [[Orlando City SC|Orlando City]]
|numru = 17
|numru = 17
|snin_ġovanili1 = 2000–2003
|snin_ġovanili1 = 2000–2003
|klabbs_ġovanili1 = [[Real Sport Clube]]
|klabbs_ġovanili1 = [[Real Sport Clube|Real Massamá]]
|snin_ġovanili2 = 2003–2005
|snin_ġovanili2 = 2003–2005
|klabbs_ġovanili2 = [[Sporting Clube de Portugal|Sporting CP]]
|klabbs_ġovanili2 = [[Sporting Clube de Portugal|Sporting CP]]
Linja 19: Linja 19:
|preż1 = 58
|preż1 = 58
|gowls1 = 9
|gowls1 = 9
|snin2 = 2007–
|snin2 = 2007–2015
|klabbs2 = [[Manchester United FC|Manchester United]]
|klabbs2 = [[Manchester United FC|Manchester United]]
|preż2 = 134
|preż2 = 147
|gowls2 = 26
|gowls2 = 25
|snin3 = 2014–2015
|klabbs3 = → [[Sporting Clube de Portugal|Sporting CP]] (self)
|preż3 = 27
|gowls3 = 7
|snin4 = 2015–2016
|klabbs4 = [[Fenerbahçe SK|Fenerbahçe]]
|preż4 = 25
|gowls4 = 5
|snin5 = 2016–2018
|klabbs5 = [[Valencia CF|Valencia]]
|preż5 = 25
|gowls5 = 5
|snin6 = 2017–2018
|klabbs6 = → [[SS Lazio|Lazio]] (self)
|preż6 = 18
|gowls6 = 3
|snin7 = 2018–2019
|klabbs7 = [[Sporting Clube de Portugal|Sporting CP]]
|preż7 = 18
|gowls7 = 7
|snin8 = 2019–
|klabbs8 = [[Orlando City SC|Orlando City]]
|preż8 = 30
|gowls8 = 12
|snin_nazzjonali1 = 2006–
|snin_nazzjonali1 = 2006–
|tim_nazzjonali1 = [[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Portugall|Portugall]]
|tim_nazzjonali1 = [[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Portugall|Portugall]]
|preż_nazzjonali1 = 62
|preż_nazzjonali1 = 112
|gowls_nazzjonali1 = 13
|gowls_nazzjonali1 = 24
|aġġornament = 08:20, 13 Settembru 2013 (UTC)
|aġġornament = 14:20, 13 Ġun 2020 (UTC)
}}
}}
'''Luís Carlos Almeida da Cunha''' ([[Praia]], [[17 ta' Novembru]] [[1986]]), magħruf aħjar bħala '''Nani''' hu plejer tal-[[futbol]] [[Portugall|Portugiż]] li jilgħab mat-tim ta' [[Manchester United FC|Manchester United]] u mal-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Portugall|Portugall]]. Il-pożizzjoni prinċipali tiegħu hi dik ta' [[Midfilder#Ġwejnħa|ġwejnħa]].
'''Luís Carlos Almeida da Cunha''' ([[Praia]], [[17 ta' Novembru]] [[1986]]), magħruf aħjar bħala '''Nani''' hu plejer tal-[[futbol]] [[Portugall|Portugiż]] li jilgħab mat-tim ta' [[Orlando City SC|Orlando City]] u mal-[[tim nazzjonali tal-futbol tal-Portugall|Portugall]]. Il-pożizzjoni prinċipali tiegħu hi dik ta' [[Midfilder#Ġwejnħa|ġwejnħa]].


== Karriera ==
== Karriera ==
Linja 87: Linja 111:
{{commons|Nani}}
{{commons|Nani}}
* {{soccerbase|44631}}
* {{soccerbase|44631}}
* [http://www.manutd.com/en/Players-And-Staff/First-Team/Nani.aspx Profil] fuq ManUtd.com

{{Tim ta' Manchester United FC}}


[[Kategorija:Nies ħajjin]]
[[Kategorija:Nies ħajjin]]

Reviżjoni ta' 14:20, 13 Ġunju 2020

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Luís Carlos Almeida da Cunha (Praia, 17 ta' Novembru 1986), magħruf aħjar bħala Nani hu plejer tal-futbol Portugiż li jilgħab mat-tim ta' Orlando City u mal-Portugall. Il-pożizzjoni prinċipali tiegħu hi dik ta' ġwejnħa.

Karriera

Bidu tal-karriera

Nani twieled fi Praia, Kape Verde, imma emigra ma' familtu għall-Portugall fl-età żgħira. Trabba f'Amadora, distrett f'Liżbona, fejn hu u l-midfilder Manuel Fernandes, kienu jilgħabu flimkien.[1] Nani beda l-karriera non-professjonista ma' Real de Massamá qabel ma ngħaqad ma' Sporting.

Sporting Lisbon

Nani għamel id-debutt tiegħu ma' l-ewwel tim ta' Sporting fl-istaġun 2005–06, fejn għamel 32 apparenza u skorja ħames gowls. Hu wkoll lagħab tliet logħbiet fit-Tazza Portugiża, li Sporting rebħu, u sitt apparenzi fiċ-Champions League u skorja gowl.

Manchester United

Sporting u Manchester United qablu fi prezz mhux definita biex Nani jiġi mixtri mit-tim ta' Manchester. Il-prezz hi maħsuba li hi madwar £15-il miljun.[2] Tottenham Hotspur kienu wkoll rappurtati li kienu pruvaw jixtru l-plejer.[3] Hu għadda t-test mediku nhar is-6 ta' Ġunju 2007, qabel ma ġie kkonfermat bħala plejer ta' Manchester United nhar it-2 ta' Lulju. Ġie mħabbar li Nani ffirma kuntratt għal ħames snin mal-klabb Ingliż.

Fid-9 ta' Lulju, Nani ġie mħabbar lill-istampa flimkien mal-plejer il-ġdid Owen Hargreaves. Hu ngħata l-flokk numru 17 għall-istaġun 2007–08; il-flokk li kien milbus minn Henrik Larsson fiż-żmien qasir li kien għamel mal-klabb.

Nani skorja fid-debutt tiegħu f'partita ta' qabel l-istaġun, fir-rebħa ta' 6–0 li United għamlu kontra Shenzhen FC. Hu kompla jiskorja fejn din id-darba kien imiss fil-partita kontra Guangzhou Pharmaceutical.

Nani għamel id-debutt kompetittiv nhar il-5 ta' Awwissu 2007, fejn daħal bħala sostitut fil-Community Shield kontra Chelsea. Hu mmarka d-debutt tiegħu permezz ta' trofew hekk kif ir-"Red Devils" ħarġu 3–0 rebbieħa wara l-għoti tal-penalties wara li l-logħba spiċċat 1–1 wara l-ħin regolamentari. Wara din ir-rebħa huwa skorja t-tielet gowl, tliet ijiem wara, fir-rebħa kontra Glentoran.

Id-debutt fil-Premier League ġie fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat kontra Reading fit-12 ta' Awwissu bħala sostitut ta' Wayne Rooney, wara li dan ta' l-aħħar sofra uġigħ f'saqajh. Fis-26 ta' Awwissu 2007, Nani skorja l-ewwel gowl kompetittiv tiegħu ma' Manchester United, fejn minn madwar tletin metru hu skorja l-gowl rebbieħ fil-konfront kontra Tottenham Hotspur, li tat l-ewwel rebħa tal-istaġun lil Manchester United. Nani ħoloq gowls kruċjali lil Louis Saha u Nemanja Vidic fejn taw lil Manchester United rebħiet identiċi ta' 1–0 fuq Sunderland u Everton. Hu rritorna lura lejn il-klabb ta' Sporting, fejn Manchester United kienu mpenjanti f'partita taċ-Champions League kontra l-istess Sporting CP. Però kien sieħbu Ronaldo li kiseb l-aktar ġieħ hekk kien hu li skorja l-gowl rebbieħ.

Nani skorja t-tieni gowl tiegħu għall-klabb f'rebħa ta' 4–1 kontra Middlesbrough f'Old Trafford nhar is-27 ta' Ottubru 2007. Dan il-gowl kien jixbah ħafna lil dak skurjat kontra Tottenham, hekk kif din id-darba, wara li nfiltra min-nofs tal-grawnd hu għamel xutt minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Mark Schwarzer biex isalvah. Is-suċċess ta' Nani kompla hekk kif fil-ħames rawnd tal-FA Cup kontra Arsenal hu skorja gowl u assista lil tlieta oħra fir-rebħa li United għamlu ta' 4–0.

Fit-23 ta' Marzu 2008, Nani skorja t-tielet u l-aħħar gowl fir-rebħa ta' 3–0 kontra Liverpool, ħames minuti biss wara li kien daħal fil-grawnd bħala sostitut.[4]

Fit-3 ta' Mejju, Nani kien muri l-karta l-ħamra għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu ma' Manchester United wara daqqa ta' ras fuq id-difensur ta' West Ham United Lucas Neill.[5]

Fil-21 ta' Mejju, Nani daħal bħala sostitut għal Wayne Rooney fil-finali tal-UEFA Champions League 2007–08 hekk kif United rebħu lil Chelsea 6–5 bil-penalties wara pari ta' 1-1 wara l-ħin supplementari. Hu kien wieħed minn dawk li skurjaw waqt il-lotterija tal-penalties. Fl-istaġun il-ġdid, Nani skorja l-ewwel gowl tal-kampanja l-ġdida fir-rebħa ta' Manchester United kontra Middlesbrough fil-kompetizzjoni tal-Carling Cup fejn hu skorja t-tielet gowl fl-aħħar minuta biex jikkonferma r-rebħa ta' 3–1. Fit-18 ta' Ottubru, hu skorja minn assist ta' Wayne Rooney biex ikompli r-rebħ ta' 4–0 fuq West Bromwich Albion f'Old Trafford.

Internazzjonali

Nani ddebutta mat-tim nazzjonali Portugiż fl-1 ta' Settembru 2006 u skorja fid-debutt tiegħu fit-telfa ta' 2–4 kontra d-Danimarka.

Il-forma tajba matul l-istaġun 2007-08 ma' Manchester United tatu ċ-ċans li jieħu sehem fil-Kampjonati Ewropej 2008, flimkien ma' sieħbu tat-tim Cristiano Ronaldo. Fil-partita tal-kwarti tal-finali kontra l-Ġermanja hu daħal bħala sostitut fit-tieni taqsima u kien hu li bena l-gowl ta' Hélder Postiga fl-aħħar minuti biex reġa' fetaħ l-isperanzi għall-Portugiżi. Imma dan kien kollu għalxejn hekk kif il-Ġermaniżi ħarġu 3–2 rebbieħa. Fil-kampanja Portugiża ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 hu skorja wieħed mill-gowls tal-Portugall kontra Malta fir-rebħa ta' 4–0 u kien ukoll fost dawk li skurjaw fil-partita mitlufa mill-Portugall kontra d-Danimarka bl-iskor ta' 2–3.

Unuri

Klabb

Portugall Sporting CP

Ingilterra Manchester United

Referenzi

  1. ^ Charlie Henderson (31-05-2007). BBC Sport (ed.). "Who are Anderson & Nani?" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Tom Worden; Simon Mullock (17-06-2007). Sunday Mirror (ed.). "Slums Nurtured Nani" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)Manutenzjoni CS1: iktar minn isem wieħed: authors list (link)
  3. ^ Ian McGarry (31-05-2007). The Sun (ed.). "It's grab a Nani night" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ ManUtd.com, ed. (23-03-2008). "Report: United 3 Liverpool 0" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ Phil McNulty (03-05-2008). BBC Sport (ed.). "Man Utd 4-1 West Ham" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni