Premju Rothmans għal-Letteratura: Differenza bejn il-verżjonijiet
m Bot: Migrating 1 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q18701328 |
m added Category:Letteratura Maltija using HotCat |
||
Linja 20: | Linja 20: | ||
L-edizzjoni tal-1974 intrebhet minn [[Frans Sammut]] bir-rumanz tieghu ''Samuraj''. |
L-edizzjoni tal-1974 intrebhet minn [[Frans Sammut]] bir-rumanz tieghu ''Samuraj''. |
||
[[Kategorija:Letteratura Maltija]] |
Reviżjoni ta' 14:25, 11 Ġunju 2020
Il-Premju Rothmans ghal-Letteratura tal-1974 kien kollaborazzjoni bejn il-Moviment Qawmien Letterarju u l-kumpanija Rothmans ta' Pall Mall (Malta) Limited.
Filwaqt li l-edizzjoni tal-1973 kienet giet iddedikata ghall-palk - u kien rebahha Kilin (Mikiel Spiteri) - l-edizzjoni tal-1974 kienet iddedikata ghar-rumanzi.
Ir-rebbieh kien imwieled is-somma ta' ₤m 100 imma kellu jcedi l-jeddijiet tal-awtur (il-copyright) ghall-ewwel 1000 kopja lill-Moviment Qawmien Letterarju; dawn l-1000 kopja kellhom jigu ppubblikati spejjez tal-Moviment u tal-kumpanija Rothmans.
Ir-rumanzi, li ma kellhomx ikunu itwal minn 400 pagna u mhux aqsar minn 250, kellhom ikunu xoghlijiet originali miktubin bil-Malti u li qatt ma kienu gew ippubblikati qabel. Kellhom jittrattaw problemi jew suggetti tas-seklu 20, jew li tal-anqas kienu ghadhom relevanti fis-seklu 20.
Il-manuskritti kellhom jitressqu sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-30 ta' Marzu 1974.
Qrib il-gheluq tal-iskadenza, il-Kumitat Organizzattiv kellu jaghzel gurija maghmula minn tlieta min-nies. Din il-Gurija kellha taghzel l-ahjar fost il-manuskritti mressqa, li mbaghad kellhom jigu miflijin mill-gdid mill-istess Gurija u minn gurija ohra, sigrieta, ukoll maghmula minn tlieta min-nies, izda maghzulin minn fost il-pubbliku. Dawn it-tliet membri tal-pubbliku kellhom ikunu ta' livell tajjeb ta' edukazzjoni izda mhux attivi fil-qasam letterarju.
Iz-zewg gurijiet kellhom imbaghad jiltaqghu fil-pubbliku u jiddikjaraw l-ghazliet taghhom skont ordni ta' mertu.
Il-membri tal-ewwel Gurija kienu Peter Serracino Inglott, Paul Xuereb, u Guzè Chetcuti.
L-edizzjoni tal-1974 intrebhet minn Frans Sammut bir-rumanz tieghu Samuraj.