Provinċja ta' Ragusa: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
m catwiki
Linja 6: Linja 6:
Għandha area ta' 1,614 kilometri kwadri (623 mili kwadri) u popolazzjoni ta' 295,264 (2001) b'kollox, b'12-il komun (Taljan: ''comuni'') tal-provinċja.
Għandha area ta' 1,614 kilometri kwadri (623 mili kwadri) u popolazzjoni ta' 295,264 (2001) b'kollox, b'12-il komun (Taljan: ''comuni'') tal-provinċja.


[[Kategorija:Provinċji ta' Sqallija|Ragusa]]
[[Kategorija:Provinċja ta' Sqallija|Ragusa]]

Reviżjoni ta' 07:52, 5 Settembru 2018

Ragusa (bit-Taljan: Provincia Regionale di Ragusa; bl-Isqalli: Pruvincia Riggiunali di Rausa) hi provinċja fil-Lbiċ tar-reġjun awtonomu ta' Sqallija, l-Italja. Il-kapitali tal-provinċja hi l-belt ta' Ragusa, li hi l-iktar belt provinċjali kapital 'l isfel tal-Italja kollha.

Ġeografija

Minn Scoglitti sa Pozzallo, il-kosta ta' Ragusa hi twila bejn wieħed u ieħor 85km (53 mil). Tul il-kosta Ragusana hemm ħafna irħula tas-sajd, bħal Kaukana, Punta Secca, Marina di Ragusa u Marina di Modica. Il-muntanji Iblei jiddominaw it-Tramuntana tal-provinċja u l-ogħla quċċati huma Monte Lauro, Monte Casale u Monte Arcibessi. Ix-xmajjar tal-provinċja huma Irminio, Dirillo u Ippari, u l-unika għadira tal-provinċja hi l-Lago di Santa Rosalia tul il-korsa tax-xmara Irminio. Il-profil ta' Ragusa jikkonsisti f'torrijiet, kattidrali (duomo) u koppliet ta' knejjes li l-provinċja hi magħrufa għalihom. Il-parti l-kbira taż-żona baqgħet naturali, ma ntmissitx għax tul is-seklu 19 u 20 emigraw ħafna nies minn Ragusa għal inħawi iktar prosperi tal-Italja u barra mill-Italja.

Għandha area ta' 1,614 kilometri kwadri (623 mili kwadri) u popolazzjoni ta' 295,264 (2001) b'kollox, b'12-il komun (Taljan: comuni) tal-provinċja.