Godfrey Farrugia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
+
Linja 1: Linja 1:
[[Stampa:Godfrey Farrugia - September 2016 (cropped).jpg|daqsminuri|Godfrey Farrugia (2016)]]
Godfrey Farrugia ([[Ħaż-Żebbuġ]]) huwa tabib u l-Whip tal-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] fil-Parlament. Kien Ministru tas-Saħħa minn Marzu 2013 sa April 2014.
Godfrey Farrugia ([[Ħaż-Żebbuġ]]) huwa tabib u l-Whip tal-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] fil-Parlament. Kien Ministru tas-Saħħa minn Marzu 2013 sa April 2014.



Reviżjoni ta' 19:29, 2 Jannar 2017

Godfrey Farrugia (2016)

Godfrey Farrugia (Ħaż-Żebbuġ) huwa tabib u l-Whip tal-Partit Laburista fil-Parlament. Kien Ministru tas-Saħħa minn Marzu 2013 sa April 2014.

Tfulija

Bin David u Rina, huwa twieled, għex u ħadem l-aktar f'Ħaż-Żebbuġ. Il-formazzjoni żagħżugħa tiegħu ħadha kemm fl-iskejjel tal-gvern u kemm f'tal-Ġiżwiti, iżda wkoll mill-għaqdiet tal-volontarjat, b'mod partikolari l-Iscouts, il-Museum u l-każin tal-banda.

Tabib

Farrugia kien wieħed mill-pijuniera tal-Kulleġġ Malti tat-Tobba tal-Familja. Żewġ ħutu, iżgħar minnu, it-tnejn huma tobba. Kien it-tabib tal-familja tagħhom, Dr. Mario Tua, li rnexxielu jħajjarhom b'għemilu biex ilkoll kemm huma jaqbdu din it-triq. Għal Farrugia, "il-professjoni medika hi xjenza li sservi u teduka, hija vokazzjoni li tagħti lilek inifsek lil ħaddieħor."

Farrugia jgħallem il-prattika lill-istudenti fir-raba' sena tal-kors tal-mediċina u tobba oħra li jixtiequ jispeċjalizzaw f' dan il-qasam.

Festi

Farrugia jagħti sehem qawwi fil-festa ta' Ħaż-Żebbuġ. "Il-festi tradizzjonali nqishom bħala vetrina tal-mod kif il-poplu Malti hu msawwar: poplu ferrieħi, devot, bieżel u anki artistiku. Xi drabi tennejt fil-pubbliku li jien prodott tal-festi, u dan ngħidu b'ġieħ. Fuq kollox kien missieri David li ntroduċieni għall-festi ta' Ħaż-Żebbug u għeni nifhem is-sehem bla qies tagħhom fil-ħajja komunitarja."

Huwa President Onorarju ta' żewġ soċjetajiet bandistiċi, u President tal-Għaqda Nazzjonali tal-Armar tal-Festi fit-Toroq, li kien fundatur taghha, u s-Segretarju tal-Għaqda Piroteknika Maltija.

Politika

Daħal fil-Politika fl-1993 meta sar l-ewwel Sindku indipendenti ta' Ħaż-Żebbuġ. Dam f'din il-kariga sas-sena 2000. 

Is-sieħba tiegħu, id-dentista Marlene Farrugia, kienet membru parlamentari mal-Partit Laburista sa mill-2008. Il-Mexxej tal-Partit Joseph Muscat ikkonvinċa lil Godfrey Farrugia biex hu wkoll jikkontesta mal-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2013. Wara rebħa storika, Farrugia nħatar Ministru tas-Saħħa imma rriżenja f'April tas-sena ta' wara. Ftit wara nħatar Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista.