Mark A. Sammut: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
m Bot: Migrating 1 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q6766471
Linja 52: Linja 52:
==Noti==
==Noti==
{{Reflist}}
{{Reflist}}



[[cs: Mark A. Sammut]]

Reviżjoni ta' 14:12, 26 Novembru 2016

Dott. Mark A. Sammut (xellug) mal-President ta' Malta ta' dak iż-żmien Dott. Eddie Fenech Adami (lemin) u l-ex-President tal-Qorti Kostituzzjonali ta' Malta l-Professur Giuseppe Mifsud Bonnici (fin-nofs), f'Diċembru tal-2008

Mark A. Sammut hu kittieb Malti.

Ħajja bikrija

Bin il-kittieb Frans Sammut u Catherine née Cachia, Mark A. Sammut twieled fl-1973 f'Malta. Studja fl-Iskola Santa Monika, fil-Kullegg Stella Maris, fil-Liċeo Vassalli, u fil-Liċeo GF Abela.

Formazzjoni edukattiva

Kompla jistudja fl-Università ta' Malta (LL.D., M.Jur. summa cum laude, M.A.) u f'dik ta' Londra (University College London u London School of Economics) (LL.M.).

Mark A. Sammut flimkien mal-President tal-Latvja, Vaika Vike-Freiberga, 2004.

Attività politika u ċivika

Sammut kien Kunsillier Lokali f'Ħaż-Żebbuġ (1993–96),[1] Membru tal-Bord tal-Koperattivi (1997–98), Segretarju tal-Kunsill Notarili (2000–03),[2] Konslu Onorarju tal-Latvja (2001–06),[3] u President tal-Għaqda tal-Malti - Università (2007–09).

Sammut kien politikament attiv bejn l-1993 u l-2003; mill-1996 ’il quddiem fi ħdan il-Partit Laburista. Kellu rwol prominenti fil-kampanja elettorali tal-2003. Kien attakkat bil-goff mill-blogger Daphne Caruana Galizia, imma mar il-Qorti u hu wieħed mill-ftit li rebħilha libell biex b'hekk ġie stabbilit li dak li kienet kitbet dwaru ma kienx minnu. Caruana Galizia qalet li se tmur il-Qorti Ewropea tal-Jeddijiet tal-Bniedem, imma baqgħet qatt m'għamlet hekk.[4].

Fit-3 ta' Novembru tal-2016, Sammut ħareġ ktieb, jismu L-Aqwa fl-Ewropa. Il-Panama Papers u l-Poter li fih ikkritika l-politiki neoliberali tal-Prim Ministru Joseph Muscat u d-difiża li ta lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri fl-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama.[5]

Hu membru tar-Royal Historical Society, tal-European Society for Comparative Legal History, u tal-Malta Historical Society.

Attività didattika

Mill-2014, Sammut beda jgħallem l-istorja tal-Kodiċi Kriminali fl-Università ta' Malta.

Publikazzjonijiet

Kotba

  • A Short History of Latvia/L-Istorja tal-Latvja fil-Qosor (Malta, 2004)[6]
  • (Kontributur) The Mediterranean Region: Different Perspectives, Common Objectives (Ministeru tad-Difiża, Italja, 2010)
  • The Law of Consular Relations[8] (XPL, Ingilterra, 2010), jintuża mill-Università ta' Vytautas Magnus, fil-Litwanja, bħala test rakkomandat[9]
  • (Editur u ko-awtur) Malta at the European Court of Human Rights 1987-2012, ma' Patrick Cuignet u David A. Borg, b'kontributi mill-Kevin Aquilina (Dekan tal-Fakultà tal-Liġi Università ta' Malta), l-Imħallef irtirat Dott. Giovanni Bonello, u (l-lum MEP) Dott. Therese Comodini Cachia.[10][11] (Malta, 2012)
  • The Law in All Its Majesty: Essays in Maltese Legal History and Comparative Law[12] (Russell Square Publishing, Londra, 2016)
  • L-Aqwa fl-Ewropa. Il-Panama Papers u l-Poter (Malta, 2016)[13]

Pubblikazzjonijiet oħrajn

It-traduzzjoni li għamel Sammut tan-novella ta' Ġużè Bonnici[14] La Pazza kienet imfaħħra mill-Professur Charles Briffa fil-ktieb tiegħu Il-Letteratura Maltija: L-Istorja tan-Narrattiva (Malta University Press, 2008).[15]

Sammut kiteb dwar il-Codice Municipale di Malta u temi oħrajn marbutin mal-Istorja u t-Teorija tad-Dritt.

Noti

  1. ^ . Culturedomain.com http://www.culturedomain.com/zlc-history. Miġbur 2012-11-01. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |accessdate= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |date= (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  2. ^ [1]Mudell:Dead link
  3. ^ http://www.timesofmalta.com/articles/view/20040307/opinion/the-non-political-nature-of-consular-relations.128263
  4. ^ http://www.timesofmalta.com/articles/view/20101007/local/caruana-galizia-fined-in-criminal-libel-case.330312
  5. ^ http://www.independent.com.mt/articles/2016-11-03/local-news/Launch-of-L-Aqwa-fl-Ewropa-Il-Panama-Papers-u-l-Poter-by-Mark-A-Sammut-6736166097
  6. ^ . Books.google.com http://books.google.com/books?id=zYvTSAAACAAJ&dq=mark+sammut&hl=en&ei=2_QMTaDXBo_sOeyetKwJ&sa=X&oi=book_result&ct=result&resnum=2&ved=0CCcQ6AEwAQ. Miġbur 2012-11-01. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |accessdate= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  7. ^ . Books.google.com http://books.google.com/books?id=gdkPSQAACAAJ&dq=mark+sammut&hl=en&ei=2_QMTaDXBo_sOeyetKwJ&sa=X&oi=book_result&ct=result&resnum=3&ved=0CCsQ6AEwAg. Miġbur 2012-11-01. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |accessdate= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |date= (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  8. ^ . Amazon.co.uk http://www.amazon.co.uk/dp/185811375X. Miġbur 2012-11-01. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |accessdate= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  9. ^ http://www.vdu.lt/wp-content/uploads/2014/04/POD-6003_DIPLOMATIC-AND-CONSULAR-LAW.pdf
  10. ^ [2]
  11. ^ [3]
  12. ^ https://www.amazon.co.uk/Law-All-its-Majesty/dp/1911301004/ref=sr_1_1?ie=UTF8&qid=1463431088&sr=8-1&keywords=mark+a.+sammut
  13. ^ http://www.independent.com.mt/articles/2016-11-03/local-news/Launch-of-L-Aqwa-fl-Ewropa-Il-Panama-Papers-u-l-Poter-by-Mark-A-Sammut-6736166097
  14. ^ Ġużè Bonnici
  15. ^ http://www.worldcat.org/title/letteratura-maltija-l-istorja-tan-narrattiva/oclc/467776053?referer=di&ht=edition