2016: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 47: Linja 47:
== Marzu ==
== Marzu ==
* 2: Il-Prim Imħallef [[Silvio Camilleri]], li kien nominat għal Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ma jinstabx li jissodisfa l-kwalifiki meħtieġa minn panel ta’ esperti skont kif tirrikjedi il-liġi tal-UE biex iservi bħala Imħallef f’din il-Qorti. Minfloku, il-Gvern iħabbar li se jinnomina lill-Professur [[Peter Xuereb]].
* 2: Il-Prim Imħallef [[Silvio Camilleri]], li kien nominat għal Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ma jinstabx li jissodisfa l-kwalifiki meħtieġa minn panel ta’ esperti skont kif tirrikjedi il-liġi tal-UE biex iservi bħala Imħallef f’din il-Qorti. Minfloku, il-Gvern iħabbar li se jinnomina lill-Professur [[Peter Xuereb]].
* 4: Fil-Jemen, grupp ta’ rġiel armati jagħmlu attakk terroristiku fuq dar tal-mistrieħ għall-anzjani u persuni b’diżabilità mmexxija mill-Missjunarji tal-Karità, is-sorijiet ta’ [[Madre Tereża ta' Kalkutta|Madre Tereża ta’ Kalkutta]], u joqtlu erba’ sorijiet u ħdax-il persuna oħra. 
* 5: Rapport nazzjonali tal-Eurobarometer juri li 85% tal-Maltin huma sodisfatti bil-mod ta' kif qed tevolvi l-ekonomija Maltija, li jpoġġi lil Malta fit-tieni post fost it-28 Membru Stat. Il-Gvern Malti jgawdi 51% tal-fiduċja tal-poplu Malti, b'kuntrast għal 27% tal-Ewropej li għandhom fiduċja fil-Gvernijiet rispettivi tagħhom.
* 5: Rapport nazzjonali tal-Eurobarometer juri li 85% tal-Maltin huma sodisfatti bil-mod ta' kif qed tevolvi l-ekonomija Maltija, li jpoġġi lil Malta fit-tieni post fost it-28 Membru Stat. Il-Gvern Malti jgawdi 51% tal-fiduċja tal-poplu Malti, b'kuntrast għal 27% tal-Ewropej li għandhom fiduċja fil-Gvernijiet rispettivi tagħhom.
* 6: Il-[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Partit Nazzjonalista]] jorganizza protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni fil-Belt Valletta.
* 6: Il-[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Partit Nazzjonalista]] jorganizza protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni fil-Belt Valletta.

Reviżjoni ta' 18:51, 3 April 2016

L-2016 hija sena biżestili u hija s-Sena Internazzjonali tal-Piżelli.

Jannar

  • 1: Tidħol fis-seħħ il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti, biex tissaħħaħ it-trasparenza fil-politika. Issir illegali li l-partiti politiċi jirċievu donazzjoni ta’ iktar minn €40,000 f’sena mill-istess donatur bħalma hi llegali wkoll li jirċievu donazzjoni ta’ €50 jew aktar minn persuna anonima u donazzjoni ta’ €500 jew iktar minn donatur li jkun magħruf mal-partit imma li jagħti d-donazzjoni bil-kundizzjoni li ismu ma jiġix żvelat lil terzi persuni.
  • 1: Il-Gvern Malti jibda l-Proġett Pilota tal-Live In Carers għall-anzjani. Mil-lum 12,000 anzjan bdew igawdu minn żieda fil-pensjoni.
  • 3: Wara l-eżekuzzjoni tal-mexxej reliġjuż Xiita Nimr al-Nimr, l-Għarabja Sawdita twaqqaf ir-relazzjonijiet mal-Iran.
  • 6: Il-Korea ta' Fuq tagħmel esperiment nukleari bil-bomba tal-idroġenu li jagħmel theżżiża ta' 5.1. Dan iġib kundanni internazzjonali.
  • 8: Joaquín Guzmán, wieħed mill-akbar traffikanti tad-droga fid-dinja, jinqabad mill-ġdid wara li kien ħarab minn ħabs ta' sigurtà massima.
  • 9: Il-Knisja Maltin tikkonkludi l-istħarriġ dwar l-allegati dehriet, messaġġi u fenomeni mistiċi marbuta ma' Anġelik Caruana f'Borġ in-Nadur u tgħid li l-allegati fenomeni, "mhumiex ġejjin minn Alla u għalhekk, m'għandhomx oriġini sopranaturali." F'digriet l-Arċisqof jordna "lill-Presbiteri, lir-Reliġjużi Rġiel u Nisa, lill-Katekisti u lill-Insara Fidili kollha biex ma jippromovux, bl-ebda mod, l-imsemmija allegati dehriet, allegati messaġġi, u allegati fenomeni mistiċi oħrajn."
  • 11: Lionel Messi jirbaħ il-ħames Ballun tad-Deheb tal-FIFA.
  • 16: L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika tħabbar li l-Iran żmantella b'mod adegwat il-programm tiegħu tal-armi nukleari, biex b'hekk in-Nazzjonijiet Magħquda ineħħu s-sanzjonijiet minn fuq l-Iran mill-ewwel.
  • 16: Raġel Malti magħruf fi ċrieki ta' kriminalità jinqatel b'bomba li kienet ġewwa l-karozza tiegħu.
  • 17: Folla tipprotesta kontra l-fatt li grupp ta' Musulmani kienu qed jitolbu barra faċċata l-Knisja tal-Imsida.
  • 20: Michael Falzon jirriżenja minn Segretarju Parlamentali għall-Ippjanar wara li ħareġ ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq l-espropjazzjoni tal-propjetà ta' Gaffarena.
  • 21: Il-Prim Ministru Joseph Muscat jiftaħ kawża l-Qorti biex jieħu lura l-propjetà li ngħatat lil Gaffarena. Deborah Schembri tinħatar Segretarju Parlamentari.
  • 22: Il-parti tal-Lvant tal-Istati Uniti milquta mit-tempesta Jonas li tħalli diversi vittmi.
  • 26: Hassan Rouhani isir l-ewwel President tal-Iran li jżur il-Vatikan.
  • 28: Il-WHO tħabbar li faqqgħet l-epidemija tal-virus Zika.
  • 30: Toni Abela jiġi nnominat mill-Prim Ministru Joseph Muscat biex iservi bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
  • 31: Attentat triplu mill-IS f'Damasku jħalli 60 mejta u mija feruti.

Tul dan ix-xahar mietu:

  • 10: David Bowie, kantawtur u attur Ingliż
  • 14: Alan Rickman, attur u direttur Ingliż
  • 19: Ettore Scola, direttur tal-films Taljan
  • 31: Terry Wogan, xandar Ingliż-Irlandiż

Frar

  • 6: Terremot fit-Tajwan iħalli mill-inqas 116-il ruħ mejta.
  • 7: Il-Korea ta' Fuq tispara fl-ispazju long-range rocket, biex hekk tikser ħafna trattati tan-Nazzjonijiet Magħquda u tiġbed kundanni minn madwar id-dinja kollha.
  • 9: Donald Trump jirbaħ l-Elezzjonijiet Primarji tar-Repubblikani ta' New Hampshire u jibda jidher li se jkun hu l-kandidat tar-Repubblikani għall-elezzjonijiet presidenzjali li se jsiru f'Novembru.
  • 11: Jiġi skopert il-mewġ gravitazzjonali li kien preveda Albert Einstein bit-teorija tiegħu tar-relattività.
  • 12: Papa Franġisku u l-Patrijarka Kirill ta' Moska jiffirmaw dikjarazzjoni ekumenika f'Kuba, f'laqgħa storika bla ebda preċedent.
  • 20: Il-Knisja Kattolika f'Malta toħroġ position paper fuq l-hekk imsejħa "conversion therapy" tal-persuni omosesswali li tqajjem ħafna reazzjonijiet negattivi.
  • 21: Il-Prim Ministru Joseph Muscat jattakka l-pożizzjoni meħduda mill-kumitat tal-Knisja dwar il-"conversion therapy".
  • 25: Konrad Mizzi jinħatar Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, wara li Toni Abela ġie nnominat mill-Prim Ministru għal membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
  • 26: Gianni Infantino, Żvizzeru, jiġi elett President tal-FIFA.
  • 27: Isir ftehim ta' waqfien fil-ġlied fis-Sirja bejn l-Istati Uniti u r-Russja.

Tul dan ix-xahar mietu:

  • 6: Joseph Spiteri, eks Ministru Nazzjonalista tal-Industrija fis-snin sittin.
  • 16: Boutros Boutros Ghali, eks Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.
  • 19: Umberto Eco, filosfu u awtur Taljan.
  • 19: Harper Lee, kittieba Amerikana.

Marzu

  • 2: Il-Prim Imħallef Silvio Camilleri, li kien nominat għal Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ma jinstabx li jissodisfa l-kwalifiki meħtieġa minn panel ta’ esperti skont kif tirrikjedi il-liġi tal-UE biex iservi bħala Imħallef f’din il-Qorti. Minfloku, il-Gvern iħabbar li se jinnomina lill-Professur Peter Xuereb.
  • 4: Fil-Jemen, grupp ta’ rġiel armati jagħmlu attakk terroristiku fuq dar tal-mistrieħ għall-anzjani u persuni b’diżabilità mmexxija mill-Missjunarji tal-Karità, is-sorijiet ta’ Madre Tereża ta’ Kalkutta, u joqtlu erba’ sorijiet u ħdax-il persuna oħra. 
  • 5: Rapport nazzjonali tal-Eurobarometer juri li 85% tal-Maltin huma sodisfatti bil-mod ta' kif qed tevolvi l-ekonomija Maltija, li jpoġġi lil Malta fit-tieni post fost it-28 Membru Stat. Il-Gvern Malti jgawdi 51% tal-fiduċja tal-poplu Malti, b'kuntrast għal 27% tal-Ewropej li għandhom fiduċja fil-Gvernijiet rispettivi tagħhom.
  • 6: Il-Partit Nazzjonalista jorganizza protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni fil-Belt Valletta.
  • 12: Stħarriġ tal-opinjoni pubblika, tal-programm Xarabank, juri li l-Prim Ministru Joseph Muscat igawdi vantaġġ ta' 10.7% fil-fiduċja tan-nies fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil.
  • 13: Bomba tisplodi f'Ankara, il-kapitali tat-Turkija, u toqtol 32 ruħ.
  • 14: Ir-Russja tħabbar li se tieqaf mill-intervent tagħha fis-Sirja.
  • 15: In-nomina ta' Toni Abela għal membru tal-Qorti tal-Awdituri tiġi miċħuda mill-Kumitat finanzjarju tal-Parlament Ewropew.
  • 18: Jiġi arrestat fi Brussel l-awtur tal-attentati ta' Pariġi ta' Novembru 2015.
  • 21: Il-President Amerikan Barack Obama jibda żjara storika f'Kuba, l-ewwel żjara fi 88 sena.
  • 22: Tliet splużjonijiet ko-ordinati fil-Belġju joqtlu mill-inqas 32 ruħ u jferu 250. L-IS tieħu r-responsabbiltà tal-attakki.
  • 24: L-eks mexxej Serb Radovan Karadzic jingħata 40 sena ħabs wara li nstab ħati ta' ġenoċidju fil-gwerra tal-Bożnja.
  • 27: Bomba suiċida f''Lahore, Pakistan, li kellha fil-mira l-Insara li kienu qegħdin jiċċelebraw l-Għid, toqtol mill-inqas 74 ruħ u tferi iktar minn 340.
  • 27: L-Armata Sirjana tieħu mill-ġdid Palmira minn taħt idejn l-IS.

Tul dan ix-xahar mietu:

  • 3: Berta Caceres, ambjentalista mill-Ħonduras u mexxejja indiġena tinqatel.
  • 6: L-Arċisqof Malti Paul Giglio, Nunzju għan-Nikaragwa u l-Eġittu.
  • 6: Nancy Reagan, l-armla tal-eks President Amerikan Ronald Reagan.
  • 7: Ray Tomlinson, l-inventur tal-email.
  • 21: L-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, li kien Arċisqof ta' Malti mill-1976 sal-2006.
  • 24: Johan Cruyff, eks plejer u maniġer tal-futbol Olandiż
  • 28: Mother Angelica, soru Amerikana fundatriċi tal-istazzjon televiżiv EWTN.

April

  • 2: Il-Professur tal-Kardjoloġija Albert Fenech jirriżenja minn Deputat Parlamentari f'isem il-Partit Nazzjonalista.

Tul dan ix-xahar mietu:

  • 1: Hans-Dietrich Genscher, eks Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż li ħadem għall-għaqda mill-ġdid tal-Ġermanja.
  • 3: Cesare Maldini, eks plejer tal-futbol mal-Milan u eks kowċ tat-tim nazzjonali Taljan fit-Tazza tad-Dinja tal-1998.