Papa Franġisku: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 68: Linja 68:
Fl-24 ta' Novembru huwa ħareġ eżortazzjoni appostolika twila bl-isem Evangelii Gaudium, “Il-Vanġelu tal-Ferħ”, li fid-daħla tagħha huwa jgħid: “Il-ferħ tal-Evanġelju jimla l-qlub u l-ħajja ta' dawk kollha li jiltaqgħu ma' Ġesù. Dawk li jħallu lilhom infushom jiġu salvati minnu ikunu ħielsa mid-dnub, mid-dwejjaq, mill-vojt ġewwieni, mill-iżolament. Ma’ Ġesù Kristu dejjem jitwieled u jerġa’ jitwieled il-ferħ.”
Fl-24 ta' Novembru huwa ħareġ eżortazzjoni appostolika twila bl-isem Evangelii Gaudium, “Il-Vanġelu tal-Ferħ”, li fid-daħla tagħha huwa jgħid: “Il-ferħ tal-Evanġelju jimla l-qlub u l-ħajja ta' dawk kollha li jiltaqgħu ma' Ġesù. Dawk li jħallu lilhom infushom jiġu salvati minnu ikunu ħielsa mid-dnub, mid-dwejjaq, mill-vojt ġewwieni, mill-iżolament. Ma’ Ġesù Kristu dejjem jitwieled u jerġa’ jitwieled il-ferħ.”


=== Vjaġġi appostoliċi ===
== Vjaġġi appostoliċi ==


Fit-8 ta' Lulju huwa għamel vjaġġ fil-gżira Taljana ta' [[Lampedusa]] wara traġedja kbira li fiha għerqu mijiet ta' immigranti li ppruvaw jaqsmu mill-Afrika lejn l-Ewropa. F'quddiesa għalihom huwa qal: “F'din id-dinja ta’ globalizzazzjoni waqajna fil-globalizzazzjoni tal-indifferenza. Drajna t-tbatija ta’ ħaddieħor, ma jimpurtaniex minnha, ma tinteressaniex, mhix affari tagħna!” Huwa talab ukoll:
Fit-8 ta' Lulju huwa għamel vjaġġ fil-gżira Taljana ta' [[Lampedusa]] wara traġedja kbira li fiha għerqu mijiet ta' immigranti li ppruvaw jaqsmu mill-Afrika lejn l-Ewropa. F'quddiesa għalihom huwa qal: “F'din id-dinja ta’ globalizzazzjoni waqajna fil-globalizzazzjoni tal-indifferenza. Drajna t-tbatija ta’ ħaddieħor, ma jimpurtaniex minnha, ma tinteressaniex, mhix affari tagħna!” Huwa talab ukoll:
Linja 75: Linja 75:
L-ewwel vjaġġ tiegħu barra l-Italja għamlu fil-[[Brażil]] meta fit-22 ta’ Lulju 2013 ħa sehem fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Żar anke xi favelas, djar tal-foqra, Brażiljani. Għall-quddiesa li saret fil-bajja ta' Copacabana kien hemm tliet miljun u nofs żagħżugħ.
L-ewwel vjaġġ tiegħu barra l-Italja għamlu fil-[[Brażil]] meta fit-22 ta’ Lulju 2013 ħa sehem fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Żar anke xi favelas, djar tal-foqra, Brażiljani. Għall-quddiesa li saret fil-bajja ta' Copacabana kien hemm tliet miljun u nofs żagħżugħ.


F'Settembru għamel żjara f'Sardinja fejn iltaqa' mal-ħaddiema u dawk bla xogħol.
F'Settembru għamel żjara f'[[Sardinja]] fejn iltaqa' mal-ħaddiema u dawk bla xogħol.


F'Ottubru għamel żjara f'Assisi, il-belt ta' [[San Franġisk t'Assisi|San Franġisk]].
F'Ottubru għamel żjara f'[[Assisi]], il-belt ta' [[San Franġisk t'Assisi|San Franġisk]].


=== Vjaġġi tal-2014 ===
Fl-24 ta' Mejju 2014 għamel żjara ta' tlett ijiem fil-[[Lvant Nofsani]] fejn żar Amman, Betlem u [[Ġerusalemm]]. Talab ukoll quddiem il-ħajt tax-Xatt tal-Punent li jifred lil-Lhud mill-Palestinjani. Kellu ukoll laqgħa mal-Patrijarka Ortodoss Bartilmew I.
Fl-24 ta' Mejju 2014 għamel żjara ta' tlett ijiem fil-[[Lvant Nofsani]] fejn żar Amman, Betlem u [[Ġerusalemm]]. Talab ukoll quddiem il-ħajt tax-Xatt tal-Punent li jifred lil-Lhud mill-Palestinjani. Kellu ukoll laqgħa mal-Patrijarka Ortodoss Bartilmew I.


Fl-14 ta' Awwissu għamel żjara ta' ħamest ijiem fil-[[Korea t'Isfel]] fejn quddiem 80,000 ruħ ibbatifika 124 martri Korean u talab għall-għaqda tal-Korea.
Fl-14 ta' Awwissu għamel żjara ta' ħamest ijiem fil-[[Korea t'Isfel]] fejn quddiem 80,000 ruħ ibbatifika 124 martri Korean u talab għall-għaqda tal-Korea.


Fl-21 ta' Settembru għamel żjara ta' ġurnata fl-[[Albanija]], l-ewwel pajjiż Ewropew li żar, għax fih ra mudell ta' armonija bejn ir-reliġjonijiet. Hemm ta ġieħ lill-Insara maqtula matul il-persekuzzjoni Komunista.
=== Malta ===


Fil-25 ta' Novembru, għamel żjara ta' 4 sigħat fi [[Strażburgu|Strasburgu]] fi [[Franza]], l-iqsar żjara ta' Papa barra l-Italja, fejn indirizza l-[[Parlament Ewropew]] u l-[[Kunsill tal-Ewropa]] u qajjem il-kwistjoni tat-trattament tal-immigranti u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.

Fit-28 ta' Novembru, beda żjara ta' tlett ijiem fit-[[Turkija]] wara stedina tal-President [[Erdogan]] u tal-Patrijarka Ortodoss [[Bartilmew I]]. Tkellem favur id-djalogu bejn ir-reliġjonijiet, kontra l-fanatiżmu u favur imbuttatura ġdida fil-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani. Talab ma' kjeriċi Iżlamiċi fil-Moskea l-Kaħla. U ħa sehem f'liturġija mal-Patrijarka u talab għall-għaqda bejn il-Knejjes Insara.

=== Vjaġġi tal-2015 ===
Fit-13 ta' Jannar beda żjara ta' sitt ijiem fi [[Sri Lanka]] u l-[[Filippini]]. Madwar 6 miljun ruħ ħadu sehem fil-quddiesa tal-għeluq taż-żjara ta' Papa Franġisku fil-Filippini, l-ikbar folla qatt miġbura f'avveniment Nisrani fl-istorja tad-dinja.

Fis-6 ta' Ġunju, għamel żjara ta' ġurnata f'[[Sarajevo]] fil-[[Bożnija u Ħerżegovina|Bożnja-Herzegovina]], fejn saħaq fuq id-djalogu ekumeniku u appella għall-paċi.

Fil-5 ta' Lulju, beda żjara ta' tmint ijiem fl-Amerika Latina, fejn żar il-[[Bolivja]], l-[[Ekwador]] u l-[[Paragwaj]]. Il-President tal-Bolivja Evo Morales irregala lill-Papa kurċifiss fuq is-simbolu Komunista tal-minġel u l-martell, xogħol Ġiżwita li kien inqatel fl-1980 mir-reġim Bolivjan.

Fid-19 ta' Settembru, beda żjara ta' tmint f'[[Kuba]] u l-I[[Stati Uniti|stati Uniti tal-Amerika]]. Huwa sar l-ewwel Papa li indirizza l-Kungress Amerikan. Indirizza wkoll in-Nazzjonijiet Magħquda.

Fil-25 ta' Novembru, beda żjara ta' sitt ijiem fl-Afrika, fejn żar il-[[Kenja]], l-[[Uganda]] u r-[[Repubblika tal-Afrika Ċentrali]]. Fir-Repubblika tal-Afrika Ċentrali huwa sar l-ewwel Papa li qatt żar pajjiż f'żona ta' gwerra attiva. Huwa daħal ukoll f'moskea f'Bangui u tenna li l-Insara u l-Musulmani huma aħwa.

=== Vjaġġi tal-2016 ===
Fit-12 ta' Frar beda żjara ta' sitt ijiem f'Kuba u l-[[Messiku]]. F'Kuba ltaqa' mal-Patrijarka Kirill ta' Moska u ffirmaw dikjarazzjoni konġunta.

== Malta ==
Fl-24 ta' Ġunju 2013, Papa Franġisku kellu waħda mill-ewwel laqgħat tiegħu ma' Priministri Ewropej meta laqa' għandu lill-Prim Ministru Malti [[Joseph Muscat]] fil-Vatikan. Huwa kien akkumpanjat minn martu u uliedu, u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin [[George Vella]].
Fl-24 ta' Ġunju 2013, Papa Franġisku kellu waħda mill-ewwel laqgħat tiegħu ma' Priministri Ewropej meta laqa' għandu lill-Prim Ministru Malti [[Joseph Muscat]] fil-Vatikan. Huwa kien akkumpanjat minn martu u uliedu, u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin [[George Vella]].


Fil-21 ta' Marzu 2014, il-President [[George Abela]] kellu udjenza privata mal-Papa, qabel ma Abela temm il-presidenza tiegħu. Huwa stiednu jagħmel żjara f'Malta, u l-Papa kkunsidra l-possibiltà.
Fil-21 ta' Marzu 2014, il-President [[George Abela]] kellu udjenza privata mal-Papa, qabel ma Abela temm il-presidenza tiegħu. Huwa stiednu jagħmel żjara f'Malta, u l-Papa kkunsidra l-possibiltà.

Fit-22 ta' Settembru 2015, il-President Marie Louise Coleiro Preca kellha udjenza privata mal-Papa, u reġgħet stidnitu jagħmel żjara f'Malta. Huwa maħsub li jiġi Malta fl-2016.


== Ħajja personali ==
== Ħajja personali ==

Reviżjoni ta' 11:34, 26 Marzu 2016

Papa Franġisku

Franġisku, imwieled bħala Jorge Mario Bergoglio (bil-Latin: Franciscus; Buenos Aires, 17 ta' Diċembru 1936) huwa l-266 isqof ta' Ruma u l-papa attwali tal-Knisja Kattolika, elett nhar it-13 ta' Marzu 2013. Franġisku huwa l-ewwel Papa Ġiżwita, l-ewwel wieħed mhux mill-Ewropa wara iktar minn millennju, u l-ewwel wieħed mill-kontinent Amerikan. Mill-1998 sal-elezzjoni tiegħu bħala Papa, huwa kien Arċisqof ta' Buenos Aires, fl-Arġentina, u kien inħatar kardinal fl-2001.

Bin ħaddiem tal-ferrovija, Mario José, li emigra minn Asti l-Italja ta' għoxrin sena biex ifittex ħajja aħjar u biex jeħles mill-Faxxiżmu, u Regina María mwielda Sívori, mara tad-dar, Ġorġ Marija Bergoglio huwa l-ikbar minn ħames ulied. Meta kien żgħir kien imur inaddaf ġo fabbrika biex jgħin lill-familja.

Studju

L-ewwel skola li kien jattendi kienet Wilfrid Barón de los Santos Ángeles, skola Sależjana f'Ramos Mejía, Buenos Aires. Attenda s-sekondarja teknika Escuela Nacional de Educación Técnica N° 27 Hipólito Yrigoyen u ġab id-diploma ta' tekniku kimiku. Għal xi snin ħadem bħala inġinier kimiku fis-sezzjoni tal-ikel fil-Laboratorju Hickethier-Bachmann.

Kien ikellem tfajla li kien sar jafha mill-grupp ta' ħbieb li magħhom kien imur jiżfen. Iżda ta' 22 sena wara li kellhom ineħħulu parti mill-pulmun minħabba pnewmonja u tliet ċesti, iddeċieda li jidħol is-seminarju f'Villa Devoto u daħal mal-Ġiżwiti, jew is-Soċjetà ta' Ġesù, fil-11 ta' Marzu 1958. Bergoglio gradwa fil-Filosofija mill-Colegio Maximo San Josè f'San Miguel fejn għallem il-letteratura u l-psikoloġija fil-Colegio de la Immaculada f'Santa Fe u l-Colegio del Salvador fi Buenos Aries.

Saċerdot

Huwa kien ordnat saċerdot fit-13 ta' Diċembru 1969. Kompla jistudja u sar Professur tat-Teoloġija u Majjistru tan-novizzi. Milquta mill-ħiliet amministrattivi tiegħu, is-Soċjetà ta' Ġesù ħatret lil Bergoglio bħala Provinċjal għall-Ġiżwiti Arġentini fl-1973.

Matul id-dittatura militari Arġentina li fiha ġew ittorturati u nqatlu madwar 30,000 ruħ, Bergoglio għamel minn kollox biex bil-moħbi isalva qassisin u ċittadini minn idejn it-torturaturi u huwa rrispettat ħafna mill-hekk imsejħa "ommijiet ta' Plaza de Mayo", li ma qagħdux lura milli jikkritikaw il-kompliċità tal-ġerarkija Kattolika mar-reġim Arġentin.

Wara seba’ snin Provinċjal tal-Ġiżwiti, Bergoglio intbagħat bħala Rettur fis-Seminarju ta' San Miguel fl-1980 fejn reġa’ beda jgħallem. Wara li lesta d-dottorat tiegħu fil-Ġermanja huwa mar lura f'pajjiżu u serva bħala direttur spiritwali f' Cordoba.

Isqof u kardinal

Fl-1998 laħaq Arċisqof fl-Arġentina. Fil-21 ta' Frar 2001 Borgoglio nħatar Kardinal mill-Papa Ġwanni Pawlu II. Bħala kardinal, Bergoglio inħatar f'numru ta' pożizzjonijiet amministrattivi fil-Kurja Rumana u serva bħala membru f'numru ta' Kongregazzjonijiet. Lin-nies tal-Arġentina kien talabhom biex ma jmorrux Ruma biex jiċċelebraw il-ħatra tiegħu ta' Kardinal, iżda minflok jagħtu l-flus lill-fqar. F'Ruma "ffesteġġja" kważi waħdu. Il-bijografija tiegħu fis-Sala Stampa tal-Vatikan kienet l-iqsar waħda, nofs paġna kollox.

Bħala kardinal, Bergoglio kien magħruf għall-umiltà u l-impenn tiegħu għall-ġustizzja soċjali. Il-ħajja sempliċi hija xhieda tal-umiltà tiegħu. Huwa kien jgħix f'appartament żgħir minflok fil-Palazz tal-Isqof, kien juża t-trasport pubbliku flok il-karozza bix-xufier tiegħu, u jsajjar l-ikel tiegħu huwa stess. Fl-2001 ssorprenda lill-istaff tal-Isptar Muñiz Hospital ta' Buenos Aires, meta talabhom buqar ilma, u ħasel u bies riġlejn il-morda bl-AIDS b'sinjal ta' mħabba lejhom, u qal lill-ġurnalisti li "s-soċjetà tinsa lill-foqra u lill-morda". F'Settembru 2012, fi Buenos Aires, Bergoglio ċanfar ukoll lil dawk is-saċerdoti li rrifjutaw li jgħammdu tfal ta’ single-mothers: "Ma nkunux ipokriti. Min jagħmel hekk ikun qed jifred lill-poplu t'Alla mis-salvazzjoni." Huwa ħadem biex jiżdiedu s-servizzi soċjali u l-evanġelizzazzjoni fl-inħawi foqra tal-belt.

Bħala Isqof ma qagħadx lura milli jitkellem fuq il-problemi ekonomiċi, soċjali u politiċi li hemm fl-Arġentina. Fl-omeliji u d-diskorsi tiegħu jisħaq li l-bnedmin huma lkoll aħwa u li l-Istat u l-Knisja għandhom jagħmlu kulma jistgħu biex kulħadd iħossu milqugħ, rispettat u aċċettat. Bergoglio qatt ma pprova jaħbi l-impatt politiku u soċjali tal-messaġġ tal-Vanġelu f'pajjiż li kien qed jipprova jqum minn kriżi ekonomika gravi.

Konklavi tal-2005

Matul is-Sinodu tal-Isqfijiet tal-2005 huwa inħatar membru tal-Kunsill ta' Wara s-Sinodu u f'Novembru 2005 kien elett bħala l-President tal-Konferenza Episkopali tal-Arġentina għal terminu ta' tliet snin mill-maġġoranza tal-isqfijiet Argentini, ħatra li kienet imġedda fl-2008.

Bergolgio kien diġà kkunsidrat papabbli waqt il-Konklavi wara l-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu II f'April 2005. Jingħad li f'dawk il-konklavi t-taqtigħa bejnu u bejn Ratzinger kienet waħda kbira, tant li finalment kien hu stess li talab lil kardinali biex ma jivvutawlux ħalli jkun elett il-Papa Benedittu XVI.

F'laqgħa li kellu mal-Isqfijiet Sud Amerikani fl-2007, Bergoglio kien qalilhom li "It-tqassim inġust tal-ġid ikompli joħloq sitwazzjoni ta' dnub soċjali li jgħajjat lejn is-sema u jnaqqas il-possibiltajiet ta' ħajja sħiħa għal bosta minn ħutna."

Papa

Nhar it-13 ta' Marzu 2013, fis-7.06 p.m. miċ-ċumnija tas-Sistina ħarġet daħna bajda u siegħa wara tħabbar mil-Loġġa fi Pjazza San Pietru li l-Papa l-Ġdid kien Jorge Bergoglio, li kien l-ewwel Papa li għażel l-isem Franġisku. Għażel dan l-isem f'ġieħ San Franġisk t'Assisi u f'ġieħ l-imħabba tiegħu lejn il-foqra. Xi kwarta wara l-Papa ġdid ħareġ fil-Loġġa liebes biss il-Libsa bajda mingħajr l-abitu kotali u ebda tiżjin ieħor. Għamel ħin iċċassat lejn il-folla li laqgħetu b'entużjażmu kbir. Fl-ewwel indirizz tiegħu lill-folla huwa sellmilhom b'sempliċi "buonasera", u qalilhom li l-kardinali sabuh "mill-aħħar tad-dinja". Huwa talab għal u rringrazzja lill-Papa Emeritus Benedittu XVI. Qabel ta l-barka lill-poplu l-Papa l-ġdid baxxa rasu u talab hu l-barka mingħand il-poplu.

Nhar it-18 ta' Marzu huwa ħatar lill-qassis Malti Alfred Xuereb bħala Segretarju personali tiegħu.

Reazzjonijiet għall-Ħatra

Il-President Amerikan Barack Obama sejjaħlu "paladin ta' dawk fostna li huma l-ifqar u l-iktar vulnerabbli." Kompla jgħid li "bħala l-ewwel Papa mill-Amerki, il-ħatra tiegħu hija ringrazzjament għas-saħħa u għall-vitalità ta' reġjun li iktar ma jgħaddi ż-żmien qed isir mudell għad-dinja, u flimkien ma' miljuni ta' Ispaniċi Amerikani, fl-Istati Uniti naqsmu l-ferħ magħhom f'dan il-jum storiku."

Leonardo Boff li kien patri Franġiskan u magħruf għat-Teoloġija tal-Liberazzjoni ikkummenta hekk fuq l-għażla ta' Bergoglio: “Din l-għażla tagħmilli kuraġġ, sinjal li l-Knisja trid tmur għas-sempliċità. Bergoglio ġej minn pajjiż li qed jiżviluppa, barra mill-ħitan ta' Ruma."

Diego Armando Maradona u Lionel Messi, żewġ plejers kbar Arġentini ferħu għall-ħatra ta' Arġentin bħalhom. Maradona qal li dan huwa ġieħ kbir għall-Arġentini kollha u jixtieq ħafna jkollu udjenza miegħu. Messi qal li jħossu ferħan ħafna u jixtieq jiddedikalu rebħa fit-Tazza tad-Dinja tal-2014.

Papa popolari

Ħafna persuni madwar id-dinja għandhom ammirazzjoni għal dan il-Papa minħabba l-umanità tiegħu, l-umiltà tiegħu, l-imħabba tiegħu lejn il-foqra u l-impenn tiegħu għad-djalogu biex joħloq pontijiet bejn persuni u ġnus ta' kull fehma u reliġjon. Jgħix il-Papat b'mod iktar sempliċi u inqas formali mill-papiet ta' qablu. Għażel li jgħix fid-Domus Sanctae Marthae li hi sempliċi guesthouse minflok fil-Palazz Appostoliku kif kienu jagħmlu ta' qablu. Anke fi lbiesu huwa iktar sempliċi, lanqas liebes il-muzzetta fil-ħatra tiegħu, u baqa' bl-istess salib pettorali li kellu meta kien kardinal.

F'Diċembru 2013 huwa ġie ddikjarat “Person of the Year” mir-rivista internazzjonali TIME.

Filwaqt li baqa' jżomm it-tagħlim tradizzjonali tal-Knisja Kattolika huwa wera ċertu ftuħ fil-konfront ta' persuni omosesswali, meta fit-28 ta' Lulju 2013 huwa qal: “Jekk persuna hi omosesswali u qed tfittex lill-Mulej u għandha rieda tajba, allura min jien jien biex niġġudikaha?”

Huwa jisħaq l-iktar fuq l-għajnuna lill-foqra u l-imwarrbin, u li l-Knisja trid tkun miftuħa għalihom: “Ejjew infittxu l-kuntatt ma’ familji li ma jiġux il-knisja. Minflok ma nkunu biss Knisja li tilqa’, ejjew inkunu Knisja li toħroġ minnha nfisha u tmur għand nies li ma jafuhiex, li telqu minnha... nippruvaw nilħqu lil min qiegħed ‘il bogħod ukoll bil-mezzi diġitali, bl-internet u bl-SMSes..” Rigward is-saċerdoti huwa qal: “Il-poplu t’Alla jrid rgħajja, mhux qassisin li jġibu ruħhom qishom burokrati jew uffiċjali tal-gvern.”

F'Ħamis ix-Xirka tal-2013 huwa ħasel saqajn il-priġunieri, anke ta’ żewġ tfajliet, waħda minnhom Musulmana. Kellu żewġ intervisti ma' Eugenio Scalfari, ġurnalist ateu Taljan. Fost l-oħrajn qallu: “Il-Mulej salvana lkoll, ilkoll kemm aħna, bid-demm ta’ Kristu: lilna lkoll, mhux biss lill-Kattoliċi. Lil kulħadd! ‘Padre, l-ateji ukoll?' Iva, l-ateji ukoll. Lil kulħadd!”

F'Ġunju huwa beda riforma importanti fil-Bank tal-Vatikan biex il-Knisja tkun tista' tgħin iktar lill-foqra.

F'Novembru huwa issospenda isqof Ġermaniż li nefaq wisq flus biex jirranġa d-dar tiegħu.

Fl-24 ta' Novembru huwa ħareġ eżortazzjoni appostolika twila bl-isem Evangelii Gaudium, “Il-Vanġelu tal-Ferħ”, li fid-daħla tagħha huwa jgħid: “Il-ferħ tal-Evanġelju jimla l-qlub u l-ħajja ta' dawk kollha li jiltaqgħu ma' Ġesù. Dawk li jħallu lilhom infushom jiġu salvati minnu ikunu ħielsa mid-dnub, mid-dwejjaq, mill-vojt ġewwieni, mill-iżolament. Ma’ Ġesù Kristu dejjem jitwieled u jerġa’ jitwieled il-ferħ.”

Vjaġġi appostoliċi

Fit-8 ta' Lulju huwa għamel vjaġġ fil-gżira Taljana ta' Lampedusa wara traġedja kbira li fiha għerqu mijiet ta' immigranti li ppruvaw jaqsmu mill-Afrika lejn l-Ewropa. F'quddiesa għalihom huwa qal: “F'din id-dinja ta’ globalizzazzjoni waqajna fil-globalizzazzjoni tal-indifferenza. Drajna t-tbatija ta’ ħaddieħor, ma jimpurtaniex minnha, ma tinteressaniex, mhix affari tagħna!” Huwa talab ukoll: “Nitolbuk maħfra, Missier, għal min qiegħed komdu u jinsab magħluq fil-ġid tiegħu li jwasslu biex jagħlaq qalbu!”

L-ewwel vjaġġ tiegħu barra l-Italja għamlu fil-Brażil meta fit-22 ta’ Lulju 2013 ħa sehem fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Żar anke xi favelas, djar tal-foqra, Brażiljani. Għall-quddiesa li saret fil-bajja ta' Copacabana kien hemm tliet miljun u nofs żagħżugħ.

F'Settembru għamel żjara f'Sardinja fejn iltaqa' mal-ħaddiema u dawk bla xogħol.

F'Ottubru għamel żjara f'Assisi, il-belt ta' San Franġisk.

Vjaġġi tal-2014

Fl-24 ta' Mejju 2014 għamel żjara ta' tlett ijiem fil-Lvant Nofsani fejn żar Amman, Betlem u Ġerusalemm. Talab ukoll quddiem il-ħajt tax-Xatt tal-Punent li jifred lil-Lhud mill-Palestinjani. Kellu ukoll laqgħa mal-Patrijarka Ortodoss Bartilmew I.

Fl-14 ta' Awwissu għamel żjara ta' ħamest ijiem fil-Korea t'Isfel fejn quddiem 80,000 ruħ ibbatifika 124 martri Korean u talab għall-għaqda tal-Korea.

Fl-21 ta' Settembru għamel żjara ta' ġurnata fl-Albanija, l-ewwel pajjiż Ewropew li żar, għax fih ra mudell ta' armonija bejn ir-reliġjonijiet. Hemm ta ġieħ lill-Insara maqtula matul il-persekuzzjoni Komunista.

Fil-25 ta' Novembru, għamel żjara ta' 4 sigħat fi Strasburgu fi Franza, l-iqsar żjara ta' Papa barra l-Italja, fejn indirizza l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ewropa u qajjem il-kwistjoni tat-trattament tal-immigranti u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.

Fit-28 ta' Novembru, beda żjara ta' tlett ijiem fit-Turkija wara stedina tal-President Erdogan u tal-Patrijarka Ortodoss Bartilmew I. Tkellem favur id-djalogu bejn ir-reliġjonijiet, kontra l-fanatiżmu u favur imbuttatura ġdida fil-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani. Talab ma' kjeriċi Iżlamiċi fil-Moskea l-Kaħla. U ħa sehem f'liturġija mal-Patrijarka u talab għall-għaqda bejn il-Knejjes Insara.

Vjaġġi tal-2015

Fit-13 ta' Jannar beda żjara ta' sitt ijiem fi Sri Lanka u l-Filippini. Madwar 6 miljun ruħ ħadu sehem fil-quddiesa tal-għeluq taż-żjara ta' Papa Franġisku fil-Filippini, l-ikbar folla qatt miġbura f'avveniment Nisrani fl-istorja tad-dinja.

Fis-6 ta' Ġunju, għamel żjara ta' ġurnata f'Sarajevo fil-Bożnja-Herzegovina, fejn saħaq fuq id-djalogu ekumeniku u appella għall-paċi.

Fil-5 ta' Lulju, beda żjara ta' tmint ijiem fl-Amerika Latina, fejn żar il-Bolivja, l-Ekwador u l-Paragwaj. Il-President tal-Bolivja Evo Morales irregala lill-Papa kurċifiss fuq is-simbolu Komunista tal-minġel u l-martell, xogħol Ġiżwita li kien inqatel fl-1980 mir-reġim Bolivjan.

Fid-19 ta' Settembru, beda żjara ta' tmint f'Kuba u l-Istati Uniti tal-Amerika. Huwa sar l-ewwel Papa li indirizza l-Kungress Amerikan. Indirizza wkoll in-Nazzjonijiet Magħquda.

Fil-25 ta' Novembru, beda żjara ta' sitt ijiem fl-Afrika, fejn żar il-Kenja, l-Uganda u r-Repubblika tal-Afrika Ċentrali. Fir-Repubblika tal-Afrika Ċentrali huwa sar l-ewwel Papa li qatt żar pajjiż f'żona ta' gwerra attiva. Huwa daħal ukoll f'moskea f'Bangui u tenna li l-Insara u l-Musulmani huma aħwa.

Vjaġġi tal-2016

Fit-12 ta' Frar beda żjara ta' sitt ijiem f'Kuba u l-Messiku. F'Kuba ltaqa' mal-Patrijarka Kirill ta' Moska u ffirmaw dikjarazzjoni konġunta.

Malta

Fl-24 ta' Ġunju 2013, Papa Franġisku kellu waħda mill-ewwel laqgħat tiegħu ma' Priministri Ewropej meta laqa' għandu lill-Prim Ministru Malti Joseph Muscat fil-Vatikan. Huwa kien akkumpanjat minn martu u uliedu, u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella.

Fil-21 ta' Marzu 2014, il-President George Abela kellu udjenza privata mal-Papa, qabel ma Abela temm il-presidenza tiegħu. Huwa stiednu jagħmel żjara f'Malta, u l-Papa kkunsidra l-possibiltà.

Fit-22 ta' Settembru 2015, il-President Marie Louise Coleiro Preca kellha udjenza privata mal-Papa, u reġgħet stidnitu jagħmel żjara f'Malta. Huwa maħsub li jiġi Malta fl-2016.

Ħajja personali

Barra l-Ispanjol, Papa Franġisku jitkellem tajjeb l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż u l-Ġermaniż. Bħal ħafna Arġentini huwa dilettant tal-futbol u t-tim favorit tiegħu huwa tim żgħir Arġentin jismu San Lorenzo de Almagro. Huwa jħobb iż-żifna tat-tango u kien jiżfinha meta kien żagħżugħ. Dilettant tal-films ta' Tita Merello u tan-neorealiżmu u tal-mużika tradizzjonali tal-Arġentina u l-Urugwaj magħrufa bħala l-milonga.Il-film favorit tiegħu huwa "Babette's Feast", film Daniż tal-1987. Iħobb il-poeżiji tal-poeta Ġermaniż Friedrich Hölderlin. Il-pittura favorita tiegħu hija White Crucifixion ta' Marc Chagall.

Huwa jsajjar għalih innifsu, u filgħaxija jiekol ftit li xejn, daqsxejn tè u frott.

Ħoloq esterni

Predeċessur
Antonio Quarracino
Arċisqof ta' Buenos Aires
1998–2013

Suċċessur
Sede Vakanti

Predeċessur
Papa Benedittu XVI
Papa tal-Knisja Kattolika
2013–

Suċċessur
Kariga attwali