Paul Giglio: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Paġna ġdida: L-Arċisqof Paul Giglio kien Isqof Titulari ta’ Tindari u Nunzju Apostoliku (Valletta, 20 ta’ Jannar 1927 - 6 ta’ Marzu 2016) == Studju == Ġie ordnat saċerdot fl-1952 f...
 
Linja 40: Linja 40:


Il-funeral tiegħu sar fil-Konkatidral San Ġwann il-Belt Valletta, tlett ijiem wara mewtu, nhar l-Erbgħa 9 ta’ Marzu. Kellu 89 sena. Il-funeral tmexxa mill-Arċisqof Emeritu [[Pawlu Cremona]] OP.
Il-funeral tiegħu sar fil-Konkatidral San Ġwann il-Belt Valletta, tlett ijiem wara mewtu, nhar l-Erbgħa 9 ta’ Marzu. Kellu 89 sena. Il-funeral tmexxa mill-Arċisqof Emeritu [[Pawlu Cremona]] OP.

{{DEFAULTSORT:Giglio, Paul}}
[[Kategorija:Mietu fl-2016]]
[[Kategorija:Arċisqfijiet Maltin]]
[[Kategorija:Arċisqfijiet Kattoliċi Rumani tas-Seklu XXI]]

Reviżjoni ta' 19:56, 23 Marzu 2016

L-Arċisqof Paul Giglio kien Isqof Titulari ta’ Tindari u Nunzju Apostoliku (Valletta, 20 ta’ Jannar 1927 - 6 ta’ Marzu 2016)

Studju

Ġie ordnat saċerdot fl-1952 f’Ruma fejn studja fl-Università Pontifiċja Gregorjana minn fejn kiseb il-Liċenzjat fit-Teoloġija u d-Dottorat fil-Liġi Kanonika. Wara hu kompla jistudja d-diplomazija fl-Accademia Ecclesiastica u ssieħeb fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede.

Fis-Servizz Diplomatiku tas-Santa Sede

Bejn l-1958 u l-1965 hu serva bħala Segretarju fin-Nunzjatura tan-Nikaragwa, tal-Arġentina u l-Iran.

Bejn l-1965 u l-1969 kien awditur fid-delegazzjoni appostolika f’Saigon, fil-Vjetnam t’Isfel u fil-Jugoslavja.

Fis-sentejn ta’ wara serva bħala kunsillier fin-Nunzjatura Appostolika tal-Brażil.

Wara għamel sentejn bħala kunsillier u kap deputat tal-missjoni fin-Nunzjatura ta’ Franza.

Bejn l-1978 u l-1986 kien Chargè d’Affaires fin-Nunzjatura Appostolika ta’ Tajwan.

Ikkonsagrat Arċisqof

Fl-1986, Monsinjur Giglio nħatar Arċisqof titulari ta’ Tindari mill-Papa Ġwanni Pawlu II.

Ġie kkonsagrat Isqof fil-Konkatidral San Ġwann mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca.

Nunzju tan-Nikaragwa (1986-1995)

Wara l-ordinazzjoni episkopali tiegħu, inħatar Nunzju Appostoliku tan-Nikaragwa.

Qabel ma temm is-servizz tiegħu fin-Nikaragwa, l-Arċisqof Giglio ngħata l-ogħla dekorazzjoni mill-Gvern tan-Nikaragwa. Dwar l-esperjenza tiegħu fin-Nikaragwa, Monsinjur Giglio qal li meta fl-1986 wasal f’dak il-pajjiż sab gvern kompletament komunista u rivoluzzjonarju. Hu stqarr li meta l-Papa għażlu biex imur in-Nikaragwa ma setax jonqos li ma jaħsibx ferm bid-diffikultajiet kbar li kien se jiffaċċja. Iżda fehem mill-ewwel li kellu jitratta ma’ kulħadd b’imħabba u b’rispett kbir u għalhekk kien għażel bħala l-motto tal-episkopat tiegħu Super omnia caritas.

Nunzju fl-Eġittu (1995-2002)

Fl-1995 intbagħat fl-Eġittu fejn baqa’ sal-2002 meta rtira mis-Servizz Appostoliku u ġie lura f’Malta. Dwar l-esperjenza diplomatika tiegħu fl-Eġittu, hu fakkar li b’popolazzjoni ta’ 65 miljun Musulman, il-Kristjani, speċjalmenti il-Kattoliċi, huma ftit. Hu semma li darba, waqt li kien għaddej minn triq, ra grupp ta’ tfal iwaddbulu l-ġebel u jgħajruh “kelb infidil” għax kien Kristjan. Kompla li minkejja kollox, dejjem fehem li l-missjoni tal-Knisja fl-Egittu, minkejja t-theddida serja tal-fundamentalisti Iżlamiċi, hi dik li l-Kattoliċi Eġizzjani bil-mod kif jgħixu u bl-imħabba jagħtu xhieda ta’ Kristu u tal-veritajiet tal-Knisja Kattolika.

Ħajja fid-diplomazija

F’intervista li Paul Saliba, dakinhar l-Editur ta’ Leħen is-Sewwa, għamillu fi Frar 1999, staqsieh kif irnexxielu jeżerċita l-mansjonijiet tiegħu u jintegra ruħu fil-varjetà daqshekk vasta ta’ ambjenti u kulturi tant diversi minn xulxin, l-Arċisqof Giglio wieġeb: “Li tgħix ħajja ta’ diplomatiku tiġri minn pajjiż għal ieħor, fi klimi u ilsna differenti, mhix ħaġa faċli. Hemm bżonn wieħed ikollu ħafna possibbiltà ta’ adattament għall-post fejn isib ruħu. Hu għalhekk li trid tpoġġi f’rasek li din hi missjoni li Alla l-Imbierek ikun sejjaħlek ghaliha”.

Funeral

Il-funeral tiegħu sar fil-Konkatidral San Ġwann il-Belt Valletta, tlett ijiem wara mewtu, nhar l-Erbgħa 9 ta’ Marzu. Kellu 89 sena. Il-funeral tmexxa mill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona OP.