Toni Abela: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 8: Linja 8:


=== '''Ko-fundatur tal-Alternattiva Demokratika (1989)''' ===
=== '''Ko-fundatur tal-Alternattiva Demokratika (1989)''' ===
F’din l-istess sena, huwa waqqaf l-Alternattiva Demokratika, il-Partit ambjentali f’Malta, flimkien mal-eks whip ta’ dak iż-żmien tal-Partit Laburista, [[Wenzu Mintoff]]. Hawnhekk ħadem għal kwistjonijiet ambjentali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-trasparenza politika u sistema elettorali aktar ġusta bl-introduzzjoni ta’ kwota nazzjonali li tippermetti lill-partiti politiċi żgħar li jkunu rappreżentati fil-Parlament f’konformità mal-mudell Ġermaniż. Huwa kkampanja favur l-introduzzjoni tal-att tal-Whistle Blower, l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, it-tneħħija tal-preskrizzjoni għall-uffiċjali pubbliċi f’każ ta’ abbuż ta’ poter u korruzzjoni u favur il-ħtieġa ta’ Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti.
F’din l-istess sena, huwa waqqaf l-Alternattiva Demokratika, pressure group (li iktar tard saret Partit) flimkien mal-eks whip ta’ dak iż-żmien tal-Partit Laburista, [[Wenzu Mintoff]], li wkoll kien tkeċċa mill-Partit, flimkien ma' Carmen Spiteri. Fl-Alternattiva, Abela ħadem għal kwistjonijiet ambjentali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-trasparenza politika u sistema elettorali aktar ġusta bl-introduzzjoni ta’ kwota nazzjonali li tippermetti lill-partiti politiċi żgħar li jkunu rappreżentati fil-Parlament f’konformità mal-mudell Ġermaniż. Huwa kkampanja favur l-introduzzjoni tal-att tal-Whistle Blower, l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, it-tneħħija tal-preskrizzjoni għall-uffiċjali pubbliċi f’każ ta’ abbuż ta’ poter u korruzzjoni u favur il-ħtieġa ta’ Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti.


=== '''Viċi Sindku tal-Ħamrun (1993)''' ===
=== '''Viċi Sindku tal-Ħamrun (1993)''' ===
Linja 25: Linja 25:
== Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ==
== Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ==
Fit-30 ta' Jannar 2016 ġie nnominat mill-Prim Ministru [[Joseph Muscat]] biex iservi bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u fi Frar ma baqax iktar Deputat Mexxej.
Fit-30 ta' Jannar 2016 ġie nnominat mill-Prim Ministru [[Joseph Muscat]] biex iservi bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u fi Frar ma baqax iktar Deputat Mexxej.

== Televiżjoni ==
Fl-2003 ippreżenta l-programm <nowiki>''</nowiki>Robin Hood<nowiki>''</nowiki> flimkien ma' Wenzu Mintoff, fuq ONE TV, waħda mill-ftit drabi li stazzjon offra alternattiva vera għal Xarabank ta' TVM.

Abela ppreżenta ukoll <nowiki>''Obelisk'' flimkien ma'</nowiki> Joe Mifsud, li fih intervisti personaġġi eċċentriċi bħal Ċikku Fenech, Norman Lowell u [[Emmy Bezzina]] fost l-oħrajn.

Mill-2006 sal-2016 ippreżenta rokna darba fil-ġimgħa fil-programm <nowiki>''</nowiki>Kalamita<nowiki>''</nowiki> li fiha kien jitratta każ legali ma' panel ta' nies komuni.

== Ħajja Personali ==
Huwa miżżewweġ lil Marisa u għandu tlett itfal.


{{DEFAULTSORT:Abela, Toni}}
{{DEFAULTSORT:Abela, Toni}}

Reviżjoni ta' 17:54, 21 Frar 2016

Toni Abela (2 ta’ Lulju, 1957) huwa avukat u politiku Malti. Kien President tal-Partit Laburista fis-snin tmenin, ko-fundatur tal-Alternattiva Demokratika fl-1989 u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista bejn Ġunju 2008 u Frar 2016.  Ħafna jirrikonoxxu l-pożizzjonijiet qawwija li ħa tul iż-żmien rigward kontabilità, trasparenza u governanza korretta. Kien wieħed minn dawk li fassal l-Att dwar il-Whistleblower, l-Att dwar il-finanzjament ta’ partiti politiċi u l-liġi li neħħiet il-preskrizzjoni tal-politiċi f’każijiet ta’ abbuż u korruzzjoni li daħlu fis-seħħ fl-2016.  Fit-30 ta' Jannar 2016 ġie nnominat mill-Prim Ministru Joseph Muscat biex iservi bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u fi Frar ma baqax iktar Deputat Mexxej.

Politika

President tal-Partit Laburista (1988–1989)

Fl-1988, huwa ġie elett President tal-Partit Laburista u serva f’din il-kariga sal-1989 meta tkeċċa mill-partit wara li ħa pożizzjoni kontra l-korruzzjoni u l-elementi kriminali fi ħdan il-partit.

Ko-fundatur tal-Alternattiva Demokratika (1989)

F’din l-istess sena, huwa waqqaf l-Alternattiva Demokratika, pressure group (li iktar tard saret Partit) flimkien mal-eks whip ta’ dak iż-żmien tal-Partit Laburista, Wenzu Mintoff, li wkoll kien tkeċċa mill-Partit, flimkien ma' Carmen Spiteri. Fl-Alternattiva, Abela ħadem għal kwistjonijiet ambjentali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-trasparenza politika u sistema elettorali aktar ġusta bl-introduzzjoni ta’ kwota nazzjonali li tippermetti lill-partiti politiċi żgħar li jkunu rappreżentati fil-Parlament f’konformità mal-mudell Ġermaniż. Huwa kkampanja favur l-introduzzjoni tal-att tal-Whistle Blower, l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, it-tneħħija tal-preskrizzjoni għall-uffiċjali pubbliċi f’każ ta’ abbuż ta’ poter u korruzzjoni u favur il-ħtieġa ta’ Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti.

Viċi Sindku tal-Ħamrun (1993)

Fl-1993 huwa ġie elett Viċi Sindku tal-Ħamrun, belt ewlenija f’Malta, u kien responsabbli mill-infurzar tal-liġi u l-ġestjoni tal-uffiċju tal-ilmenti taċ-ċittadini, Huwa introduċa l-ewwel ordinamenti (bye-laws) u stabbilixxa l-ewwel qorti lokali.

Deputat Mexxej tal-Partit Laburista (Affarijiet tal-Partit) (2008-2016)

Huwa ġie elett Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit fit-12 ta’ Ġunju 2008. Minbarra r-responsabbiltajiet ġenerali tiegħu tat-tmexxija u l-ġestjoni tal-affarijiet interni tal-Partit, huwa mexxa wkoll il-65 fergħa politika tal-Partit Laburista. Huwa stabbilixxa standards ta’ tmexxija tajba fid-39 Kunsill Lokali bi tmexxija Laburista u ra li dawn l-istandards ikunu rispettati. Matul il-mandat tiegħu, il-Partit Laburista għadda minn bidliet radikali fil-livelli kollha ta’ organizzazzjoni.

Attakk fuq Toni Abela matul il-Kampanja Elettorali tal-2013

Abela kien wieħed mill-miri ewlenin tal-attakki tal-Partit Nazzjonalista matul il-kampanja għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2013 li rat lill-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni b’rekord ta’ voti u differenza ta’ 11.4% bejn iż-żewġ partiti.  Il-Partit Nazzjonalista ddikjara li Toni Abela waqqaf barman ta’ ċentru politiku tal-Partit Laburista milli jiġi investigat mill-pulizija, wara allegat użu ta’ kokaina fil-bar, waqt il-ħin tax-xogħol.  

Wara l-elezzjoni, kien hemm qbil ġenerali li dan ma kienx għajr attakk politiku skorrett waqt kampanja elettorali, bil-Partit Nazzjonalista stess jiddikjara fl-analiżi ta’ wara r-riżultat elettorali li l-attakk fuq Toni Abela kkontribwixxa għat-telfa tiegħu.  Matul il-kampanja elettorali nnifisha, il-Kummissarju tal-Pulizija ddikjara li ma kien hemm ebda każ x’jittella’ kontra Toni Abela.

Iktar mill-ħamġitlu r-reputazzjoni, l-attakk fuq Toni Abela żvela l-korrettezza politika li mexa biha, fejn keċċa lill-barman, minkejja li kien hemm biss suspett żgħir, mingħajr ebda evidenza, ta’ dak li ġara.  Fl-istess waqt Toni Abela ma aċċettax li din il-persuna tidħol lura fiċ-ċentru politiku, wara numru ta’ ġustifikazzjonijiet li pprova jagħmel. Toni Abela ma kellu l-ebda prova, pero ma ried jiehu l-ebda riskju u mingħajr esitazzjoni, keċċa lill-persuna kkonċernata minnu fih.

Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Fit-30 ta' Jannar 2016 ġie nnominat mill-Prim Ministru Joseph Muscat biex iservi bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u fi Frar ma baqax iktar Deputat Mexxej.

Televiżjoni

Fl-2003 ippreżenta l-programm ''Robin Hood'' flimkien ma' Wenzu Mintoff, fuq ONE TV, waħda mill-ftit drabi li stazzjon offra alternattiva vera għal Xarabank ta' TVM.

Abela ppreżenta ukoll ''Obelisk'' flimkien ma' Joe Mifsud, li fih intervisti personaġġi eċċentriċi bħal Ċikku Fenech, Norman Lowell u Emmy Bezzina fost l-oħrajn.

Mill-2006 sal-2016 ippreżenta rokna darba fil-ġimgħa fil-programm ''Kalamita'' li fiha kien jitratta każ legali ma' panel ta' nies komuni.

Ħajja Personali

Huwa miżżewweġ lil Marisa u għandu tlett itfal.