Toni Abela: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1: Linja 1:
Toni Abela (2 ta' Lulju 1957) huwa avukat u huwa d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Partit.
Toni Abela (2 ta' Lulju 1957) huwa avukat u huwa d-Deputat Mexxej tal-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] għall-Affarijiet tal-Partit.


== Politiku ==
== Politiku ==


Fl-1988, ta' 31 sena huwa sar President tal-Partit Laburista. Fl-1989 huwa tkeċċa mill-Partit flimkien mal-Whip tal-Partit, Wenzu Mintoff, u Carmen Spiteri, wara li dawn ikkritikaw fil-miftuħ lill-Partit għall-elementi ta' korruzzjoni fi ħdanu.
Fl-1988, ta' 31 sena huwa sar President tal-Partit Laburista. Fl-1989 huwa tkeċċa mill-Partit flimkien mal-Whip tal-Partit, Wenzu Mintoff, u [[Carmen Spiteri]], wara li dawn ikkritikaw fil-miftuħ lill-Partit għall-elementi ta' korruzzjoni fi ħdanu.


Fl-1989 flimkien ma' [[Wenzu Mintoff]] waqqaf l-Alternattiva Demokratika, li iktar tard saret Partit.
Fl-1989 flimkien ma' [[Wenzu Mintoff]] waqqaf l-Alternattiva Demokratika, li iktar tard saret Partit.
Linja 28: Linja 28:
== Televiżjoni ==
== Televiżjoni ==


Fl-2003 ippreżenta l-programm ''Robin Hood'' flimkien ma' Wenzu Mintoff, fuq ONE TV, waħda mill-ftit drabi li stazzjon offra alternattiva vera għal Xarabank ta' TVM.
Fl-2003 ippreżenta l-programm ''Robin Hood'' flimkien ma' [[Wenzu Mintoff]], fuq ONE TV, waħda mill-ftit drabi li stazzjon offra alternattiva vera għal Xarabank ta' TVM.


Abela ppreżenta ukoll ''Obelisk'' flimkien ma' Joe Mifsud, li fih intervisti personaġġi eċċentriċi bħal Ċikku Fenech, Normon Lowell u Emy Bezzina fost l-oħrajn.
Abela ppreżenta ukoll ''Obelisk'' flimkien ma' [[Joe Mifsud]], li fih intervisti personaġġi eċċentriċi bħal [[Ċikku Fenech]], [[Norman Lowell]] u [[Emy Bezzina]] fost l-oħrajn.


Fil-preżent għandu rokna darba fil-ġimgħa fil-programm ''Kalamita'' li fih jitratta każ legali ma' panel ta' nies komuni.
Fil-preżent għandu rokna darba fil-ġimgħa fil-programm ''Kalamita'' li fih jitratta każ legali ma' panel ta' nies komuni.

Reviżjoni ta' 22:28, 23 Jannar 2016

Toni Abela (2 ta' Lulju 1957) huwa avukat u huwa d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Partit.

Politiku

Fl-1988, ta' 31 sena huwa sar President tal-Partit Laburista. Fl-1989 huwa tkeċċa mill-Partit flimkien mal-Whip tal-Partit, Wenzu Mintoff, u Carmen Spiteri, wara li dawn ikkritikaw fil-miftuħ lill-Partit għall-elementi ta' korruzzjoni fi ħdanu.

Fl-1989 flimkien ma' Wenzu Mintoff waqqaf l-Alternattiva Demokratika, li iktar tard saret Partit.

Għamel żmien viċi-Sindku tal-Ħamrun.

Fl-1998 huwa reġa' resaq lejn il-Partit Laburista, wara stedina tal-Mexxej Alfred Sant u għamel żmien twil jippreżenta programmi fuq ONE TV.

Deputat Mexxej tal-Partit

Għall-istess kariga fl-2008 kienu kkontestaw ukoll Gavin Gulia u Stefan Buontempo.

F’ittra lid-delegati Laburisti Abela kien iwiegħed li fl-elezzjonijiet ġenerali hu mhux se joħroġ bħala kandidat u ddikjara li m’għandu l-ebda interess f’xi siġġu parlamentari. “Jekk intom jogħġobkom taħtruni f’din il-kariga jiena mill-ewwel ngħaddi biex ninforma b’dan lit-tmexxija u fost ir-riformi li se nipproponi jkun hemm dik li min ikun qiegħed jokkupa din il-kariga ma jkunx jista’ jikkandida ruħu fl-elezzjonijiet,” issostni l-ittra ta’ Abela. L-għan ta’ din id-dikjarazzjoni kien biex bħala Deputat Mexxej responsabbli mill-Affarijiet tal-Partit, li jinkludi wkoll il-kuntatt mal-każini, Abela jkun jista’ jiddedika l-enerġija kollha tiegħu mingħajr ma joqgħod jaħseb fis-siġġu parlamentari.

Proposta oħra li għamel Abela hi t-twaqqif ta’ Uffiċċju ta’ l-Awditur minflok il-Bord tal-Viġilanza u d-Dixxiplina. L-awditur ikollu l-jedd li jinvestiga kull ilment anki fuq inizjattiva personali tiegħu u jagħmel rakkomandazzjonijiet lil min ikun responsabbli għan-nuqqasijiet. L-awditur jippreżenta wkoll rapport annwali lill-Konferenza Ġenerali.

Fit-12 ta' Ġunju 2008 intgħażel bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit.

Konsulent tal-Priministru

Wara r-rebħa elettorali tal-2013, Abela nħatar konsulent legali tal-Ministru Marie Louise Coleiro Preca, kif ukoll konsulent tal-Prim Ministru Joseph Muscat u ngħata d-dritt li jkun preżenti għal-laqgħat tal-Kabinett.

Televiżjoni

Fl-2003 ippreżenta l-programm Robin Hood flimkien ma' Wenzu Mintoff, fuq ONE TV, waħda mill-ftit drabi li stazzjon offra alternattiva vera għal Xarabank ta' TVM.

Abela ppreżenta ukoll Obelisk flimkien ma' Joe Mifsud, li fih intervisti personaġġi eċċentriċi bħal Ċikku Fenech, Norman Lowell u Emy Bezzina fost l-oħrajn.

Fil-preżent għandu rokna darba fil-ġimgħa fil-programm Kalamita li fih jitratta każ legali ma' panel ta' nies komuni.

Ħajja Personali

Huwa miżżewweġ lil Marisa u għandu tlett itfal.