Charles J. Scicluna: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1: Linja 1:
[[Stampa:Coat of arms of Charles Jude Scicluna.svg|right|thumb|150px|]]
L-Isqof Charles J. Scicluna (Toronto, il-Kanada, 15 ta’ Mejju 1959) huwa l-Isqof Awżiljarju ta' [[Malta]] u membru fil-[[Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi]]. Fit-18 ta' Ottubru 2014, inħatar Amministratur Appostoliku minn [[Papa Franġisku]], responsabbli mit-tmexxija tal-Arċidjocesi sakemm jinħatar Arċisqof ġdid.

L-Isqof '''Charles Jude Scicluna''' (Toronto, il-Kanada, 15 ta’ Mejju 1959) huwa l-Isqof Awżiljarju ta' [[Malta]] u membru fil-[[Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi]]. Fit-18 ta' Ottubru 2014, inħatar Amministratur Appostoliku minn [[Papa Franġisku]], responsabbli mit-tmexxija tal-Arċidjocesi sakemm jinħatar Arċisqof ġdid.


Bin Emanuel u Maria Carmela mwielda Falzon, Charles Jude wasal mal-familja tiegħu Malta fl-1960 u għal diversi snin kien joqgħod Ħal Qormi sakemm mar joqgħod Ħal Lija fl-1976.
Bin Emanuel u Maria Carmela mwielda Falzon, Charles Jude wasal mal-familja tiegħu Malta fl-1960 u għal diversi snin kien joqgħod Ħal Qormi sakemm mar joqgħod Ħal Lija fl-1976.

Reviżjoni ta' 23:52, 5 Novembru 2015

L-Isqof Charles Jude Scicluna (Toronto, il-Kanada, 15 ta’ Mejju 1959) huwa l-Isqof Awżiljarju ta' Malta u membru fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi. Fit-18 ta' Ottubru 2014, inħatar Amministratur Appostoliku minn Papa Franġisku, responsabbli mit-tmexxija tal-Arċidjocesi sakemm jinħatar Arċisqof ġdid.

Bin Emanuel u Maria Carmela mwielda Falzon, Charles Jude wasal mal-familja tiegħu Malta fl-1960 u għal diversi snin kien joqgħod Ħal Qormi sakemm mar joqgħod Ħal Lija fl-1976.

Studji

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja San Sebastjan, Ħal Qormi, fl-Iskola Teknika San Ġużepp, Raħal Ġdid u fil-Kulleġġ Saint Edward’s, fil-Kottonera. Daħal għal kors tal-liġi fl-Università ta' Malta fl-1976 u iggradwa avukat fl-1984. Wara l-formazzjoni meħtieġa fis-Seminarju Maġġuri u l-Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali mill-Fakultà tat-Teoloġija, Tal-Virtù, ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Ġużeppi Mercieca, fil-11 ta’ Lulju 1986.

Fl-istess sena Mons. Scicluna ntbagħat jistudja id-Dritt Kanoniku ġewwa l-Pontificia Università Gregoriana, f’Ruma u kiseb id-Dottorat fid-Dritt Kanoniku bi speċjalizazzjoni fil-Ġurisprudenza fl-1991.

Ħidma fil-Knisja

Wara l-istudji f’Ruma Mons Scicluna ħadem fuq it-Tribunal Metropolitan ta’ Malta bhala Difensur taż-Żwieg u kien ukoll lecturer fit-Teoloġija Pastorali u fid-Dritt Kanoniku fl-Università ta’ Malta. Wettaq ħidma pastorali fil-parroċċi ta’ Ħ’Attard, San Girgor, Sliema, u fl-Iklin, Lija. Kien Viċi-Rettur tas-Seminarju Maġġuri bejn l-1994 u l-1995.

Fl-1995 ġie msejjaħ biex jaħdem fil-Vatikan fuq it-Tribunal Suprem tas-Sinjatura Apostolika bħala Promotur tal-Ġustizzja Sostitut.

Fl-1996 ġie nominat Postulatur fil-kawza tal-beatifikazzjoni u tal-kanonizzazjoni ta’ Dun Ġorġ Preca.

F’Ottubru 2002 Mons. Scicluna inħatar Promotur tal-Gustizzja fil-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi bil-mandat li jinvestiga u jkun prosekutur fuq il-każi l-iżjed gravi riżervati lill-Kongregazzjoni. Vjaġġa ħafna biex jagħti seminars dwar il-protezzjoni tal-minuri f’diversi komunitajiet lokali fl-Ewropa, fl-Asja, fl-Afrika, fl-Amerika u fl-Awstralja.

Mons. Scicluna kien lecturer fil-proċedura penali fil-Pontificia Università Gregoriana u kien jgħin bħala kappillan tas-Sorijiet ta’ Santa Briġida (Piazza Farenese, Ruma) u bħala konfessur fil-Venerabbli Kulleġġ Ingliż.

Isqof

Fl-24 ta' Novembru 2012 huwa kien ikkonsagrat Isqof mill-Arċisqof Pawlu Cremona. Huwa Isqof Titulari ta' Leone, u Isqof Awżiljarju ta' Pawlu Cremona.

Sitt ijiem wara huwa ntgħażel mill-Vatikan biex jagħmel ħames snin oħra fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.

F'April 2014 tqabbad mill-Vatikan biex jiġbor ix-xhieda tal-kleru f'allegati abbużi li saru fid-djoċesi Skoċċiża ta' St Andrews and Edinburgh.

Fit-18 ta' Ottubru 2014, inħatar Amministratur Appostoliku minn Papa Franġisku, responsabbli mit-tmexxija tal-Arċidjocesi sakemm jinħatar Arċisqof ġdid.

F'Jannar 2015, inħatar President ta’ Kulleġġ Speċjali fi ħdan il-Vatikan li se jistudja l-appelli dwar offiżi serji minn reliġjużi. Il-Kulleġġ immexxi mill-Isqof Scicluna se jkollu erba' Kardinali u żewġ Isqfijiet bħala membri, li se jistudjaw l-appelli imressqa quddiem il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.

L-Isqof Scicluna jidher spiss fuq it-televiżjoni Maltija u xi drabi anke dik barranija u għandu blogg.

Ħoloq Esterni

Predeċessur
Pawlu Cremona
Arċisqof ta' Malta
2014–

Suċċessur
prezent