Festival tal-Eurovision 2014: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Bot: da:Eurovision Song Contest 2014 is a good article; kosmetiċi bidliet
m Removing Link GA template (handled by wikidata)
Linja 91: Linja 91:


[[Kategorija:Edizzjonijiet tal-Festival tal-Eurovision|2013]]
[[Kategorija:Edizzjonijiet tal-Festival tal-Eurovision|2013]]

{{Link GA|da}}

Reviżjoni ta' 23:34, 15 Mejju 2015

Festival tal-Eurovision 2014
"#JoinUs"
Dati
Data tal-1el semifinali 6 ta' Mejju 2014
Data tal-2ni semifinali 8 ta' Mejju 2014
Data tal-finali 10 ta' Mejju 2014
Ospitu
Sala B&W Hallerne, Kopenħagen, Danimarka
Superviżur Jon Ola Sand
Xandar Danmarks Radio (DR)
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 37
Pajjiżi debuttanti Ħadd
Pajjiżi li rritornaw
Pajjiżi li rtiraw
Festival tal-Eurovision
◄2013 2015►

Il-Festival tal-Eurovision 2014 se jkun id-59 edizzjoni ta' dan il-konkors mużikali. Dan l-avveniment se jsir f'Kopenħagen, id-Danimarka, wara li Emmelie de Forest fil-Festival tal-Eurovision 2013 tat id-dritt lil dan il-pajjiż sabiex jospita l-Eurovision għat-tielet darba. Il-belt ta' Kopenħagen ukoll sejra tospita dan l-avveniment għat-tielet darba. L-istazzjon Danmarks Radio (DR) għażlu lil B&W Hallerne bħala s-sala għall-avveniment wara li ġew ikkunsidrati diversi swali oħra fi bliet different mifruxin mad-Danimarka. B&W Hallerne hija sala li kienet tintuża biex jinbnew il-vapuri u issa qiegħda tiġi ttrasformata 'arena li tista' tospita dan il-konkors. Tinsab fuq il-gżira ta' Refshaleoen, li ġiet imħabbra li se tissejjaħ "Eurovision Island" matul iż-żmien tal-festival. Sebgħa u tletin pajjiż sejrin jieħdu sehem, fosthom il-Polonja u l-Portugall li rritornaw wara waqfa qasira. Għat-tieni darba konsekuttiva, erba' pajjiżi ħassu l-bżonn li jirtiraw mill-festival, l-aktar minħabba raġunijiet finanzjarji. Dan se jkun l-iżgħar festival bħala numru ta' pajjiżi mill-2006. Id-disinn tal-konkors kien mibni madwar it-tema "Join Us", fejn iċ-ċentru ta' kollox huwa d-djamand ta' lwien blu u vjola li jirrappreżenta lill-gżira ta' Refshaleoen li fiha se jsir il-festival.

Allokazzjoni tas-semifinali

Bħas-snin ta' qabel, kien hemm polza li ddeterminat liema pajjiżi se jikkompetu fl-ewwel jew fit-tieni semifinali. Din saret fis-17 ta' Jannar tal-2013 fis-Sala Ċentrali ta' Malmö. Għall-kuntrarju tal-edizzjonijiet l-oħrajn, l-ordni tal-pajjiżi se tiġi deċiża mid-diretturi tal-festival, sabiex kull kanzunetta tkun imqassma b'tali mod li tkun differenti minn ta' qabilha u ta' warajha u l-festival ikun aktar interessanti. L-ordni ta' kif se jikkompetu l-pajjiżi se tiġi mħabbra f'April.

Bħas-snin ta' qabel, is-semifinalisti ġew imqassma f'sitt urni, bbażati fuq kif ivvutaw lil xulxin f'dawn l-aħħar għaxar snin.

Urna 1 Urna 2 Urna 3 Urna 4 Urna 5 Urna 6

Ħoloq esterni