Italja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
Linja 95: Linja 95:
Il-xibka tal-ferrovija ​​fl-Italja tammonta għal 16,627 kilometru (10,331 mil), is-17 l-itwal fid-dinja. Il-ferroviji li hums ta' veloċità għolja jinkludu l-ferroviji tal-klassi ETR li jivvjaġġaw bit-300 kilometru fis-siegħa.
Il-xibka tal-ferrovija ​​fl-Italja tammonta għal 16,627 kilometru (10,331 mil), is-17 l-itwal fid-dinja. Il-ferroviji li hums ta' veloċità għolja jinkludu l-ferroviji tal-klassi ETR li jivvjaġġaw bit-300 kilometru fis-siegħa.


[[Stampa:Presidente Napolitano.jpg|thumb|Il-President tal-Italja-Giorgio Napolitano]]
[[Stampa:Sergio Mattarella - 2000.jpg|thumb|Il-President tal-Italja-Sergio Mattarella]]

== Politika ==
== Politika ==



Reviżjoni ta' 16:41, 18 Frar 2015

Repubblika Taljana
Repubblica Italiana
Repubblika Taljana Repubblica Italiana – Bandiera Repubblika Taljana Repubblica Italiana – Emblema
Innu nazzjonali: Il Canto degli Italiani

Lokazzjoni tal-Italja (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur)
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Ruma
41°54′N 12°29′E / 41.9°N 12.483°E / 41.9; 12.483

Lingwi uffiċjali Taljan
Gruppi etniċi  ara Demografija
Gvern Repubblika parlamentari unitarja
 -  President Sergio Mattarella
 -  Prim Ministru Matteo Renzi
Formazzjoni
 -  Unifikazzjoni 17 ta' Marzu, 1861 
Sħubija fl-UE 25 ta' Marzu, 19572
Erja
 -  Total 301,338 km2 (71)
116,346 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 2.4
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2011 60,681,514 (23)
 -  Densità 201.2/km2 (61)
521.2/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2010
 -  Total $1.828 triljun[1] (10)
 -  Per capita $30,165[1] (30)
PGD (nominali) stima tal-2011
 -  Total $2.245 triljun[1] (8)
 -  Per capita $37,046[1] (24)
Valuta Ewro ()1 (EUR)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku 39
TLD tal-internet .it3
1 Qabel l-1999: Lira Taljana
2Membru fundatur.3 Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea

L-Italja , uffiċjalment magħrufa bħala r-repubblika Taljana huwa pajjiż li jinsab fin-nofsinhar tal-Ewropa. Il-fruntiera tal-Italja tmiss ma' fruntieri ta' pajjiżi Ewropej oħra, ngħidu aħna bħal: Franza, l-Iżvizzera, l-Awstrija, u s-Slovenja tul l-alpi li jservu ta' fruntiera naturali. In-nofsinhar ta' dan il-pajjiż huwa ġej fil-forma ta' peniżola, dan għax din il-parti hija mdawra mill-baħar mediterran. F'din il-parti tal-Italja wieħed jista' faċilment jilloka l-gżira maġġuri ta' Sqallija, il-gżira ta' Sardinja u l-izgħar stati indipendenti li huma fi ħdan ir-reġjun Taljan, dawn huma, San Marino u l-belt tal-Vatikan. It-territorju Taljan ikopri xi 301,338 kilometru kwadru u huwa influwenzat direttament minn klima moderata u staġjonali. B'60.8 miljun abitant, l-Italja huwa l-ħames l-iktar pajjiż ippopolat fl-Ewropa u jġorr it-titlu tat-23 l-iktar pajjiż b'densità għolja fid-dinja. Ruma hija l-ikbar u l-belt kapitali tal-Italja.

Storja

Qabel 1861, l-Italja ma kinitx stat unit. Iż-żona kienet magħmula minn grupp ta' stati indipendenti, li kienu kkmandati minn pajjiżi oħra (bħal l-Awstrija, Franza, u Spanja). F'nofs is-seklu 19 il-Konti ta' Cavour kien il-Kap tal-Gvern tal-"Istat ta' Sardinja". Dan ipperswada lill-Awstrijaċi li kienu qegħdin jgħixu fil-Lombardija u f'Veneta biex joħolqu l-stat tal-Italja ta' Fuq. Imbagħad stati oħra mill-Italja ċentrali u tan-Nofsinhar Taljan issieħbu mal-Pjemonte sabiex ikun jista' jinħoloq stat akbar.

Fl-1860, Giuseppe Garibaldi rnexxielu jirbaħ il-gżira ta' Sqallija u wara ħafna ġiri madwar l-Ewropa, fl-1861, Garabaldi ħoloq ir-Renju tal-Italja.[2] Vittorio Emanuele II sar ir-re tar-renju l-ġdid. Fl-1861, Lazio u Veneto kienu għadhom mhux parti mill-Italja, għaliex kienu meqjusin bħala l-proprjetà tal-Papa li kien qiegħed jipproteġi lill-Awstrija bit-tarka tal-Kristjaneżmu għaliex il-papa ma riedx ikun kompliċi fil-kunflitt li kellu jseħħ bejn dawn il-pajjiżi nsara, voldieri l-Italja u l-Awstrija.

Veneto saret parti mill-Italja fl-1866 eżattament wara gwerra qalila kontra l-imperu Awstrijak. Is-suldati Taljani ħadu Lazio fl-1870 mingħand il-Papa. Issa l-Italja kienet verament magħquda, u dan ma setax ikun possibbli li kieku ma kienx għal dawk il-bosta personaġġi li ħadu sehem f'din il-battalja għall-unità tal-Italja taħt l-istat ta' Pjemonte.

L-Italja ħadet sehem fl-Ewwel Gwerra Dinjija bħala alleata tal-Gran Brittanja, Franza, u r-Russja kontra l-Poteri Ċentrali. Kważi l-ġlied kollu tal-Italja kien fuq fruntiera tal-Lvant, ħdejn l-Awstrija. Wara t-telfa ta' "Caporetto it-Taljani ħasbu li tilfu l-gwerra. Iżda, fl-1918, il-Poteri Ċentrali ċedew u l-Italja kisbet ir-reġjun ta' Venezia Tridentina (Trentino u Alto Adige), li qabel kien tal-Awstrija.

Fl-1922, kien gvern ġdid Taljan taħt Benito Mussolini, il-mexxej tal-Faxxiżmu fl-Italja. Dan sar Kap tal-Gvern u dittatur, u sejjaħ lilu nnifsu "duce" - li tfisser "mexxej" bit-Taljan. Sar ħabib tad-dittatur Ġermaniż Adolf Hitler, u daħal miegħu fit-Tieni Gwerra Dinjija. Italja daħlet fil-gwerra fl-1940 bħala alleata tal-Ġermanja u l-Ġappun kontra Franza, Gran Brittanja, u r-Russja. Matul il-gwerra, l-Italja kkontrollat l-parti l-kbira tal-Baħar Mediterran.

Fil-25 ta' Lulju 1943, Mussolini tneħħa mill-Kunsill il-Kbir tal-Faxxiżmu, u fit-8 ta' Settembru 1943, Badoglio iddikjara li l-gwerra tal-Italja bħala alleata tal-Ġermanja kienet intemmet. L-Italja bdiet tiġġieled mal-alleati, li kienu Franza u r-Renju Unit, iżda s-suldati Taljani ma kinux jafu fuq min jisparaw. Fl-Italja ta' Fuq twaqqaf moviment jismu Resistenza biex jiġġieled kontra l-invażuri Ġermaniżi. Mussolini pprova jwaqqaf stat ieħor faxxista fl-Italja ta' Fuq, ir-Repubblika tal Salò, imma dan falla. Fil-25 ta' April 25, 1945, l-Italja saret ħielsa. L-istat sar repubblika fit-2 ta' Ġunju, 1946, u għall-ewwel darba, in-nisa setgħu jivvutaw. Il-poplu Taljan temm id-dinastija ta' Savoia u adotta gvern repubblikan.

Fi Frar tal-1947, l-Italja ffirmat trattat ta' paċi mal-Alleati u tilfet il-kolonji kollha u xi żoni territorjali (Istria u partijiet mid-Dalmaztia). L-Italja ssieħbet fin-NATO u l-Komunità Ewropea (bħala membru fundatur), u saret wieħed mill-akbar ekonomiji industrijali fid-dinja.

Ir-reġjun ta' Pjemonte

Ġeografija

L-Italja hija peniżola, fis-sens li hija mdawra mill-baħar min-naħat kollha minbarra waħda (tat-tramuntana tagħha). L-Italja ta' Fuq hija separata minn Franza, l-Iżvizzera, u l-Awstrija bil-katina ta' muntanji tal-Alpi.[3] Mont Blanc (Monte Bianco bit-Taljan jew il-Muntanja l-Bajda bil-Malti), l-ogħla muntanja fl-Ewropa tal-Punent tappartjeni għal din il-katina.[4] Il-tieni katina ta' muntanji importanti fl-Italja hi dik tal-Appennini li huma fl-Italja ċentrali u tan-Nofsinhar.

Il-belt kapitali tal-Italja hija Ruma. Fost il-bliet importanti l-oħra fl-Italja insibu Torin, Firenze, Napli, u Venezja. Il-pajjiż għandu numru ta' gżejjer, l-akbar huma Sqallija u Sardinja,[5][2] li jintlaħqu bil-vapur jew bl-ajruplan.[2] Ix-Xmara Po hija meqjusa bħala l-itwal xmara fl-Italja.[6] Ix-Xmara Tevere tgħaddi minn ġol-belt ta 'Ruma. L-Italja ta' Fuq għandha wħud mill-akbar lagi fil-pajjiż, bħal-Lag ta' Garda, il-Lag ta' Como, il-Lag Maggiore u l-Lag Iseo.[7] Billi hija mdawra bil-baħar, l-Italja għandha kosta twil ħafna kilometri, li ġġib it-turisti minn madwar id-dinja kollha.[8] It-turisti jmorru l-Italja wkoll biex jaraw il-ħafna postijiet storiċi.[9]. Hemm żewġ pajjiżi żgħar ħafna ġewwa l-Italja. Dawn huma San Marino, li hija mdawra mill-parti tal-Italja ta' Fuq, u l-Vatikan, li jinsab ġewwa l-belt kapitali ta' Ruma.

In-nies u l-kultura

Il-popolazzjoni tal-Italja tammonta għal ftit aktar minn sittin miljun ruħ.[10] Madwar 2.7 miljuni minnhom jgħixu f'Ruma[11] u 1.3 miljuni f'Milan.[12]. Wieħed jista' jqis lill-Italja bħala kompletament Kattolika kristjana infatti ftit huma dawk in-nies li għandhom twemmin ta' natura differenti

L-ilsien uffiċjali tal-Italja huwa t-Taljan però f'xi żoni żgħar wieħed jista' saħansitra jisma' l-Ġermaniż, is-Sloven jew il-Franċiż. Xi nies jitkellmu wkoll lingwi bħall-Isqalli u s-Sardu, li huma simili ħafna għat-Taljan, allura jistgħu jitqiesu bħala żewġ djaletti li ġew mnissla mil-ilsien Taljan. Il-poplu Taljan hu parzjalment imnissel mir-Rumani antiki. L-Italja għandha aktar Siti ta' Patrimonju Dinji minn kull nazzjon ieħor fid-dinja.[13] Dawn is-siti huma kulturalment importanti u ta' valur skont il-UNESCO. Madwar 60% tax-xogħlijiet tal-arti tad-dinja kollha jinsabu fl-Italja. L-Italja hija wkoll produttur kbir tal-Inbid. Fl-2005 ipproduċiet aktar minn ħames miljun tunnellata metrika.[14]

Ekonomija u Trasport

L-Italja għandha sistema moderna ta' għajnuna soċjali. Is-suq tax-xogħol huwa relattivament b'saħħtu, b'ħafna barranin, speċjalment mir-Rumanija, jaħdmu fl-Italja fejn il-pagi huma ħafna ogħla. Iżda seta' kien hemm ħafna iktar ħaddiema fis-suq billi l-irġiel u n-nisa jirtiraw fl-età ta' 57. Ir-rata tal-qgħad hija relattivament għolja, 8,2%.[15][16] Is-soċjetà moderna tal-Italja hija mibnija fuq is-self u issa l-pajjiż għandu d-dejn katastrofiku ta' 120% tal-PGD totali tal-pajjiż.[17]

Il-xibka tal-ferrovija ​​fl-Italja tammonta għal 16,627 kilometru (10,331 mil), is-17 l-itwal fid-dinja. Il-ferroviji li hums ta' veloċità għolja jinkludu l-ferroviji tal-klassi ETR li jivvjaġġaw bit-300 kilometru fis-siegħa.

Il-President tal-Italja-Sergio Mattarella

Politika

Il-Kap tal-Istat huwa Giorgio Napolitano, li l-kompitu tiegħu beda f'Mejju tal-2006 u jintemm f'Mejju ta' 2013 (il-President tar-Repubblika jibqa' għal 7 snin). Napolitano huwa l-ħdax-il President tar-Repubblika Taljana u kien preċedut minn Carlo Azeglio Ciampi. L-ewwel president kien Enrico De Nicola.u llum il-ġurnata l-Kap tal-gvern huwa Mario Monti. L-Italja kienet waħda mill-ewwel membri tal-Unjoni Ewropea u fl-2002, flimkien ma' ħdax-il pajjiż Ewropew ieħor bidlet il-munita tagħha u bdiet tuża l-ewro bħala l-munita uffiċjali tagħha. Qabel kienet tintuża l-lira Taljana , li kienet bdiet tintuża fl-1861.

ir-Reliġjon

Reliġjożità fl-Italja
reliġjon perċentaġġ
Insara
  
90%
Bla reliġjon
  
7%
Misilmin
  
2%
Oħrajn
  
1%

Ħafna nies fl-Italja huma Kattoliċi, iżda l-Knisja Kattolika m'għadhiex uffiċjalment ir-reliġjon tal-istat. 87.8% tal-poplu jgħidu li huma Kattoliċi..[18] Waqt li madwar terz biss jgħidu li huma membri attivi (36.8%). Hemm ukoll gruppi Kristjani oħra fl-Italja, aktar minn 700 elf huma Insara Ortodossi tal-Lvant. 180 elf minnhom jappartjenu għall-Knisja Ortodossa Griega.[19]

550 elf huma Pentekostali u evangelikali (0.8%). 236 elf Xhieda ta' Jehovah (0.4%)[20], 30 elf Waldensjani[21], 25 elf Avventisti, 22 elf Mormoni, 20 elf Battisti, sebat elef Luterani, erbat elef Metodisti.[22] L-eqdem minoranza reliġjuża fil-pajjiżl hija l-komunità Lhudija. Għandha madwar 45 elf ruħ u m'għadhiex l-akbar grupp mhux Nisrani. Hemm madwar 825 elf Mislem li jgħixu fl-Italja, ħafna minnhom huma emigranti (1.4% tal-popolazzjoni totali) u 50elf biss huma ċittadini Taljani.[23] Barra minn hekk, hemm xi ħamsin elf Buddist kif ukoll sebgħin elf Indù fl-Italja.

Reġjuni

L-Italja hija maqsuma f'għoxrin Reġjun (Regione bit-Taljan) u kull Reġjun huwa maqsum f'Provinċji.

Mill-għoxrin Reġjun differenti, ħamsa minnhom għandhom status speċjali, huma msejħa awtonomi. Dan ifisser li dawn jistgħu jagħmlu ċerti liġijiet lokali aktar faċilment. Dawn ir-reġjuni huma mmarkati b'asterisk (*) hawn taħt.

Venezja
Reġjun Belt Kapiltali Erja (km²) Popolazzjoni
Abruzzo L'Aquila &0000000000010794.00000010,794 &0000000001324000.0000001,324,000
Aosta Valley* Aosta &0000000000003263.0000003,263 &0000000000126000.000000126,000
Apulia Bari &0000000000019362.00000019,362 &0000000004076000.0000004,076,000
Basilicata Potenza &0000000000009992.0000009,992 &0000000000591000.000000591,000
Calabria Catanzaro &0000000000015080.00000015,080 &0000000002007000.0000002,007,000
Campania Napoli &0000000000013595.00000013,595 &0000000005811000.0000005,811,000
Emilia-Romagna Bologna &0000000000022124.00000022,124 &0000000004276000.0000004,276,000
Friuli-Venezia Giulia* Trieste &0000000000007855.0000007,855 &0000000001222000.0000001,222,000
Lazio Roma &0000000000017207.00000017,207 &0000000005561000.0000005,561,000
Liguria Genoa &0000000000005421.0000005,421 &0000000001610000.0000001,610,000
Lombardia Milan &0000000000023861.00000023,861 &0000000009642000.0000009,642,000
Marche Ancona &0000000000009694.0000009,694 &0000000001553000.0000001,553,000
Molise Campobasso &0000000000004438.0000004,438 &0000000000320000.000000320,000
Piedmonte Torino &0000000000025399.00000025,399 &0000000004401000.0000004,401,000
Sardinia* Cagliari &0000000000024090.00000024,090 &0000000001666000.0000001,666,000
Siciia* Palermo &0000000000025708.00000025,708 &0000000005030000.0000005,030,000
Toscana Firenze &0000000000022997.00000022,997 &0000000003677000.0000003,677,000
Trentino-Alto Adige* Trento &0000000000013607.00000013,607 &0000000001007000.0000001,007,000
Umbria Perugia &0000000000008456.0000008,456 &0000000000884000.000000884,000
Veneto Venezia &0000000000018391.00000018,391 &0000000004832000.0000004,832,000

Referenzi

  1. ^ a b ċ d "Italy". International Monetary Fund. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna)
  2. ^ a b ċ [1] Italy
  3. ^ [2] Alps are the border between Italy and other countries
  4. ^ [3] ippubblikata minn BBC News
  5. ^ [4] Biggest Islands in the World
  6. ^ [5] National Geographic, Eria Zwingle
  7. ^ [6]The Guardian 19 ta' Marzu 2005, The lake show, Philip Watson
  8. ^ [7] BBC News
  9. ^ [8] BBC News
  10. ^ [9] Flag Counter: Italy
  11. ^ [10] Rome's Population
  12. ^ [11] Milan's Population
  13. ^ [12] List of UNESCO World Heritage
  14. ^ [13] Countries by wine Production
  15. ^ [14]
  16. ^ [15]
  17. ^ [16]
  18. ^ [17] Corriere della Sera
  19. ^ [18] Il-Knisja Ortodossa tal-Italja u Malta
  20. ^ [19] Center for Studies on New Religions
  21. ^ [20] Il-Knisja Evanġelika Waldensjana
  22. ^ [21] World Council of Churches
  23. ^ [22] UK Foreign and Commonwealth Office

Ħoloq esterni

Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link GA Mudell:Link GA