12 Years a Slave: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Robot: en:12 Years a Slave (film) is a good article; kosmetiċi bidliet
No edit summary
Linja 1: Linja 1:
'''''12 Years a Slave''''' huwa film storiku epiku Ingliż-Amerikan tal-2013 u huwa adattament ta' bijografija tal-1853 bl-istess isem ta' Solomon Northup, iswed ta' New York State li twieled ħieles iżda nħataf f'Washington fl-1841 u nbigħ bħala lsir. Ħadem fi pjantaġġuni ta' Louisiana għal tnax -il sena qabel ma nħeles. Film mibni fuq storja vera u maħdum b’sengħa kbira, juri l-kefrija li l-ilsiera suwed kellhom jgħaddu minnha sakemm inħelsu tant snin wara.
'''12 Years a Slave''' huwa film storiku epiku Ingliż-Amerikan tal-2013 u huwa adattament ta' bijografija tal-1853 bl-istess isem ta' Solomon Northup, iswed ta' New York State li twieled ħieles iżda nħataf f'Washington fl-1841 u nbigħ bħala lsir. Ħadem fi pjantaġġuni ta' Louisiana għal tnax -il sena qabel ma nħeles. Film mibni fuq storja vera u maħdum b’sengħa kbira, juri l-kefrija li l-ilsiera suwed kellhom jgħaddu minnha sakemm inħelsu tant snin wara.


Il-film, li fih sagħtejn u kwart, huwa dirett minn [[Steve McQueen]] fuq kitba ta' [[John Ridley]]. Chiwetel Ejiofor jagħmel il-parti ewlenija ta' Northup. Michael Fassbender, Benedict Cumberbatch, Paul Dano, Paul Giamatti, Lupita Nyong'o, Sarah Paulson, [[Brad Pitt]] u Alfre Woodard jieħdu sehem fil-film. Inġibed l-iktar fi New Orleans, Louisiana, fis-sajf tal-2012, u ġie jiswa madwar 20 miljun dollaru.
Il-film, li fih sagħtejn u kwart, huwa dirett minn [[Steve McQueen]] fuq kitba ta' [[John Ridley]]. Chiwetel Ejiofor jagħmel il-parti ewlenija ta' Northup. Michael Fassbender, Benedict Cumberbatch, Paul Dano, Paul Giamatti, Lupita Nyong'o, Sarah Paulson, [[Brad Pitt]] u Alfre Woodard jieħdu sehem fil-film. Inġibed l-iktar fi New Orleans, Louisiana, fis-sajf tal-2012, u ġie jiswa madwar 20 miljun dollaru.

Reviżjoni ta' 10:46, 18 Diċembru 2014

12 Years a Slave huwa film storiku epiku Ingliż-Amerikan tal-2013 u huwa adattament ta' bijografija tal-1853 bl-istess isem ta' Solomon Northup, iswed ta' New York State li twieled ħieles iżda nħataf f'Washington fl-1841 u nbigħ bħala lsir. Ħadem fi pjantaġġuni ta' Louisiana għal tnax -il sena qabel ma nħeles. Film mibni fuq storja vera u maħdum b’sengħa kbira, juri l-kefrija li l-ilsiera suwed kellhom jgħaddu minnha sakemm inħelsu tant snin wara.

Il-film, li fih sagħtejn u kwart, huwa dirett minn Steve McQueen fuq kitba ta' John Ridley. Chiwetel Ejiofor jagħmel il-parti ewlenija ta' Northup. Michael Fassbender, Benedict Cumberbatch, Paul Dano, Paul Giamatti, Lupita Nyong'o, Sarah Paulson, Brad Pitt u Alfre Woodard jieħdu sehem fil-film. Inġibed l-iktar fi New Orleans, Louisiana, fis-sajf tal-2012, u ġie jiswa madwar 20 miljun dollaru.

12 Years a Slave tfaħħar mill-kritika fl-2013, u ssemma bħala l-aqwa film tas-sena. Fl-2014, il-film rebaħ il-Golden Globe Award għall-Aqwa Film – Drama, u kien innominat għal disa' Oscars (Academy Awards) fosthom l-Aqwa Film, l-Aqwa Direttur għal McQueen, l-Aqwa Attur għal Ejiofor, l-Aqwa Supporting Actor għal Fassbender, u l-Aqwa Supporting Actress għal Nyong'o. Rebaħ tlieta: l-Aqwa Film, l-Aqwa Supporting Actress għal Nyong'o, u l-Aqwa Adapted Screenplay.

Trama

Il-film jeħodna fis-sena 1841 fejn insibu lil Solomon Northup, bniedem iswed iżda ħieles, tant li kien jaħdem bħala mastrudaxxa u jdoqq ukoll il-vjolin. Kien jgħix kuntent ma' martu u ż-żewġ uliedu ġewwa Saratoga Springs, New York.

Jum wieħed żewg irġiel offrewlu kuntratt ta' gimagħtejn bħala mużiċista. Iżda l-pjan tagħhom kien li jaħtfuh u jbigħuh bħala skjav. Fil-fatt Solomon isib ruħu ġewwa New Orleans u jingħata isem ġdid ta’ “Platt” identità ta’ lsir minn Georgia li kien ħarab.

Imsawwat kontinwament, fl-aħħar jinxtara minn William Ford li kien proprjetarju ta’ pjantaġġun. Ford ma kienx raġel ħażin u Platt kellu relazzjoni tajba ħafna miegħu. Platt jaħdem kanal biex jittrasporta z-zkuk malajr u b'inqas spejjeż, u Ford jirregalalu vjolin. Mastrudaxxa razzist, John Tibeats, li kien jieħu ħsieb ix-xogħlijiet, ma jaħmilx lil Platt, u jibda jgħajru.

Tibeats jattakka lil Platt, u Platt jiqaflu u jsawtu hu. Tibeats u sħabu jpattuhielu, u Platt jagħmel diversi sigħat imdendel mal-forka. Ford jgħidlu li biex isalvalu ħajtu jkollu jbigħu lil Edwin Epps. Platt jipprova jispjega lil Ford li huwa bniedem ħieles iżda Ford jgħidlu li dan ma setax jisimgħu u li hu kellu dejn li ried iħallas.

Edwin Epps kien jemmen li hu kellu kull setgħa fuq l-ilsiera għax kien jinterpreta l-Bibbja li kienet tgħid hekk. Epps kien ukoll jabbuża sesswalment minn ilsiera żagħżugħa bl-isem ta’ Patsey li ġibdet l-għira fuqha ta’ mart Epps, li kienet issawwatha bla ħniena. Ilsir ried jiġbor mill-inqas 200 libbra qoton (90 kilogramma) kuljum, inkella jiġi msawwat.

Meta fuq il-pjantaġġun waqgħet marda fuq il-pjanta tal-qotton, Epps konvint li dan kien kastig minn Alla li ġabuhulu l-ilsiera, għal staġun jikri l-ilsiera li kellu lil proprjetarju ieħor. Platt hawn sab appoġġ mill-proprjetarju li għalih idoqq il-vjolin waqt festini u l-flus li jdaħħal seta' jżommhom għalih. Meta Platt reġa' sab ruħu għand Epps, bil-flus li kien qala’ mid-daqq tal-vjolin, talab il-għajnuna ta’ wieħed li darba kien solveljant fuq ix-xogħol biex jimpustalu ittra għall-ħbieb tiegħu ġewwa New York iżda dan jikxfu ma' Epps. Platt jikkonvinċi lil Epps li din kienet gidba, u wara bid-dmugħ f’għajnejh jaħraq l-ittra.

L-abbuż fuq Patsey tant jiżdied, li din tkun tixtieq tmut u titlob lil Platt joqtolha iżda hu ma jkunx irid. Darba Epps ma jsibx lil Patsey u jinfexx f’rabja kbira. Meta tiġi lura, tgħidlu li marret iġġib sapuna mingħand Mistress Shaw, għax bdiet timrad mill-intiena tagħha nnifisha billi mart Epps ma riditx ittiha sapuna. Epps jordna li jneżżgħuha u jsawtuha. Epps iġiegħel lil Platt isawwat lil Patsey. Platt kontra qalbu jobdieh iżda mbagħad Epps joħodlu l-frosta minn idu u jibda jsawwatha bla ħniena.

Platt jibda jgħin fil-bini ta’ gażebo ma’ ħaddiem abjad Kanadiż jismu Bass. Bass jargumenta ma’ Epps kontra l-jasar, u dan iġiegħel lil Platt jirrakkonta lil Bass fuq il-ħtif tiegħu. Platt jitolbu joħodlu ittra f’Saratoga Springs. Bass, b’riskju għal ħajtu, iwiegħdu li jeħodha.

Darba Platt waqt li jkun qed jagħżaq fl-għelieqi, isejjaħlu x-sheriff tal-post, li jkun wasal f’karozella ma’ raġel ieħor. Ix-sheriff jistaqsih numru ta’ mistoqsijiet biex jara jekk huwiex Solomon Northup. Northup jagħraf lir-raġel li kien mas-sheriff bħala sid ta’ ħanut li kien jaf f’Saratoga. Ir-raġel kien ġie jeħilsu, u ż-żewġ irġiel jitgħannqu flimkien. Epps jipprova jirreżisti u Patsey tiġġennen, iżda Northup wara li jgħannaqha miegħu jitlaq minnufih.

Wara tnax-il sena lsir, Northup jerġa’ jingħata l-ħelsien u jingħaqad mal-familja. Northup jipprova jipproċedi kontra dawk li bigħuh ilsir iżda bla suċċess. Mhux magħruf fejn u meta miet Northrup.

Mudell:Link GA