Psikoloġija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Bot: Migrating 147 interwiki links, now provided by Wikidata on d:q9418 (translate me)
m Robot: is:Sálfræði is a good article; kosmetiċi bidliet
Linja 30: Linja 30:
[[Kategorija:Xjenzi soċjali]]
[[Kategorija:Xjenzi soċjali]]
[[Kategorija:Xjenzi tal-imġiba]]
[[Kategorija:Xjenzi tal-imġiba]]

{{Link GA|is}}

Reviżjoni ta' 19:04, 5 April 2014

Il-Psikoloġija (Grieg antik: psyche = "ruħ" jew "moħħ", logos/-oloġija = "studju ta") hija xjenza akkademika u applikata li tinvolvi l-istudju tal-menti, tal-moħħ u tal-imġiba, kemm dik umana u le. Il-psikoloġija tapplika dan l-għerf f'bosta oqsma tal-ħajja tal-bniedem, bħal ngħidu aħna, fil-problemi li jiltaqa' magħhom fil-ħajja ta' kuljum u fit-trattament ta' mard mentali.

Il-psikoloġija hija differenti mis-soċjoloġija, antropoloġija, ekonomija u x-xjenzi politiċi għax tinvolvi l-istudju tal-proċessi mentali u l-imġiba ta' individwi (kemm waħidhom kif ukoll fi gruppi) minflok l-imġiba tal-gruppi innifishom. Il-psikoloġija hija differenti wkoll mill-bijoloġija u n-newroxjenza għax hija konċernata primarjament ma' l-interazzjoni bejn proċessi mentali, l-imġiba u l-proċessi tas-sistema, mhux sempliċiment il-proċessi bijoloġiċi jew newroloġiċi innifishom (avolja il-fergħa newropsikoloġija tgħaqqad l-istudju tal-proċessi newroloġiċi ma' l-istudju ta' l-effetti mentali li dawna joħolqu).

Ħoloq esterni

Mudell:Link GA