12 Years a Slave: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Paġna ġdida: '''12 Years a Slave'''''Tipa korsiva'' huwa film storiku epiku Ingliż-Amerikan tal-2013 u huwa adattament ta' bijografija tal-1853 bl-istess isem ta' Solomon Northup, iswed ta' Ne...
 
No edit summary
Linja 1: Linja 1:
'''12 Years a Slave'''''Tipa korsiva'' huwa film storiku epiku Ingliż-Amerikan tal-2013 u huwa adattament ta' bijografija tal-1853 bl-istess isem ta' Solomon Northup, iswed ta' New York State li twieled ħieles iżda nħataf f'Washington fl-1841 u nbigħ bħala lsir. Ħadem fi pjantaġġuni ta' Louisiana għal tnax -il sena qabel ma nħeles. Film mibni fuq storja vera u maħdum b’sengħa kbira, juri l-kefrija li l-ilsiera suwed kellhom jgħaddu minnha sakemm inħelsu tant snin wara.
'''''12 Years a Slave''''' huwa film storiku epiku Ingliż-Amerikan tal-2013 u huwa adattament ta' bijografija tal-1853 bl-istess isem ta' Solomon Northup, iswed ta' New York State li twieled ħieles iżda nħataf f'Washington fl-1841 u nbigħ bħala lsir. Ħadem fi pjantaġġuni ta' Louisiana għal tnax -il sena qabel ma nħeles. Film mibni fuq storja vera u maħdum b’sengħa kbira, juri l-kefrija li l-ilsiera suwed kellhom jgħaddu minnha sakemm inħelsu tant snin wara.


Il-film, li fih sagħtejn u kwart, huwa dirett minn [[Steve McQueen]] fuq kitba ta' [[John Ridley]]. Chiwetel Ejiofor jagħmel il-parti ewlenija ta' Northup. Michael Fassbender, Benedict Cumberbatch, Paul Dano, Paul Giamatti, Lupita Nyong'o, Sarah Paulson, [[Brad Pitt]] u Alfre Woodard jieħdu sehem fil-film. Inġibed l-iktar fi New Orleans, Louisiana, fis-sajf tal-2012, u ġie jiswa madwar 20 miljun dollaru.
Il-film, li fih sagħtejn u kwart, huwa dirett minn [[Steve McQueen]] fuq kitba ta' [[John Ridley]]. Chiwetel Ejiofor jagħmel il-parti ewlenija ta' Northup. Michael Fassbender, Benedict Cumberbatch, Paul Dano, Paul Giamatti, Lupita Nyong'o, Sarah Paulson, [[Brad Pitt]] u Alfre Woodard jieħdu sehem fil-film. Inġibed l-iktar fi New Orleans, Louisiana, fis-sajf tal-2012, u ġie jiswa madwar 20 miljun dollaru.

Reviżjoni ta' 20:06, 1 Marzu 2014

12 Years a Slave huwa film storiku epiku Ingliż-Amerikan tal-2013 u huwa adattament ta' bijografija tal-1853 bl-istess isem ta' Solomon Northup, iswed ta' New York State li twieled ħieles iżda nħataf f'Washington fl-1841 u nbigħ bħala lsir. Ħadem fi pjantaġġuni ta' Louisiana għal tnax -il sena qabel ma nħeles. Film mibni fuq storja vera u maħdum b’sengħa kbira, juri l-kefrija li l-ilsiera suwed kellhom jgħaddu minnha sakemm inħelsu tant snin wara.

Il-film, li fih sagħtejn u kwart, huwa dirett minn Steve McQueen fuq kitba ta' John Ridley. Chiwetel Ejiofor jagħmel il-parti ewlenija ta' Northup. Michael Fassbender, Benedict Cumberbatch, Paul Dano, Paul Giamatti, Lupita Nyong'o, Sarah Paulson, Brad Pitt u Alfre Woodard jieħdu sehem fil-film. Inġibed l-iktar fi New Orleans, Louisiana, fis-sajf tal-2012, u ġie jiswa madwar 20 miljun dollaru.

12 Years a Slave tfaħħar mill-kritika fl-2013, u ssemma bħala l-aqwa film tas-sena. Fl-2014, il-film rebaħ il-Golden Globe Award għall-Aqwa Film – Drama, u kien innominat għal disa' Oscars (Academy Awards) fosthom l-Aqwa Film, l-Aqwa Direttur għal McQueen, l-Aqwa Attur għal Ejiofor, l-Aqwa Supporting Actor għal Fassbender, u l-Aqwa Supporting Actress għal Nyong'o.

Trama

Il-film jeħodna fis-sena 1841 fejn insibu lil Solomon Northup, bniedem iswed iżda ħieles, tant li kien jaħdem bħala mastrudaxxa u jdoqq ukoll il-vjolin. Kien jgħix kuntent ma' martu u ż-żewġ uliedu ġewwa Saratoga Springs, New York.

Jum wieħed żewg irġiel offrewlu kuntratt ta' gimagħtejn bħala mużiċista. Iżda l-pjan tagħhom kien li jaħtfuh u jbigħuh bħala skjav. Fil-fatt Solomon isib ruħu ġewwa New Orleans u jingħata isem ġdid ta’ “Platt” identità ta’ lsir minn Georgia li kien ħarab.

Imsawwat kontinwament, fl-aħħar jinxtara minn William Ford li kien proprjetarju ta’ pjantaġġun. Ford ma kienx raġel ħażin u Solomon kellu relazzjoni tajba ħafna miegħu tant li Ford lil Solomon tah anke vjolin. Iżda sfortunatament, ir-relazzjoni ta’ Solomon ma’ John Tibeats, li kien mastrudaxxa u kien jieħu ħsieb ix-xogħlijiet, xejn ma kienet tajba, u Tibeats spiss kien joħloq diffikultajiet kbar għal Solomon.

Minħabba f’hekk, Ford kellu jbigħ lil Solomon lil Edwin Epps li kien l-oppost ta’ Ford għax kien jemmen li hu kellu kull setgħa fuq l-ilsiera għax kien jinterpreta l-Bibbja li kienet tgħid hekk. Epps ukoll kien jabbuża minn ilsiera żagħżugħa bl-isem ta’ Pasey li wkoll ġibdet l-għira fuqha ta’ mart Epps.

Meta fuq il-pjantaġġun waqgħet marda fuq il-pjanta tal-qotton, Epps għal staġun jikri l-ilsiera li kellu lil proprjetarju ieħor. Solomon hawn sab appoġġ mill-proprjetarju li għalih idoqq il-vjolin waqt festini u l-flus li jdaħħal seta' jżommhom għalih. Meta Solomon reġa' sab ruħu għand Epps, bil-flus li kien qala’ mid-daqq tal-vjolin, talab il-għajnuna ta’ wieħed li darba kien solveljant fuq ix-xogħol biex jimpustalu ittra għall-ħbieb tiegħu ġewwa New York iżda dan tradieh.