Ħinduiżmu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 58: Linja 58:
(Gavin Flood. L'induismo. Torino, Einaudi, 2006, pagg. 7-8)
(Gavin Flood. L'induismo. Torino, Einaudi, 2006, pagg. 7-8)



<includeonly>== Origini, genesi e sviluppo storico dell'Induismo ==
== Oriġni, ġenesi u żvilupp storiku tal-Ħinduiżmu ==
=== La religione della [[Civiltà della valle dell'Indo]] ===
=== Ir-reliġjon taċ-[[Ċiviltà tal-wied tal-Indus]] ===
[[File:Shiva Pashupati.jpg|150px|right|thumb|Sigillo raffigurante la divinità della [[Civiltà della valle dell'Indo]] oggi da alcuni studiosi<ref>Cfr., tra questi, [[John Hubert Marshall]]. ''Mohenjo-Daro and the Indus Civilization''. Londra, Probsthain, 1931.</ref> identificato come proto-[[Paśupati]] (Signore degli animali), epiteto della successiva divinità induista di [[Śiva]]. Questo sigillo raffigura la divinità [[Paśupati]] in forma antropomorfica, con il pene eretto, forse in una postura "[[yoga|yogica]]" e il volto a tre facce munito di una acconciatura a forma di corna. Tale figura, posta su una pedana, è circondata da un bufalo, un rinoceronte, un elefante e una tigre, sotto la pedana sono poste due capre (o forse cervi).]]
<includeonly>
[[Stampa:Shiva Pashupati.jpg|150px|right|thumb|Sigillo raffigurante la divinità della [[Civiltà della valle dell'Indo]] oggi da alcuni studiosi<ref>Cfr., tra questi, [[John Hubert Marshall]]. ''Mohenjo-Daro and the Indus Civilization''. Londra, Probsthain, 1931.</ref> identificato come proto-[[Paśupati]] (Signore degli animali), epiteto della successiva divinità induista di [[Śiva]]. Questo sigillo raffigura la divinità [[Paśupati]] in forma antropomorfica, con il pene eretto, forse in una postura "[[yoga|yogica]]" e il volto a tre facce munito di una acconciatura a forma di corna. Tale figura, posta su una pedana, è circondata da un bufalo, un rinoceronte, un elefante e una tigre, sotto la pedana sono poste due capre (o forse cervi).]]
[[File:CiviltàValleIndoMappa.png|150px|left|thumb|L'area della [[Civiltà della valle dell'Indo]]. Si ritiene che questa civiltà si sia sviluppata intorno al [[2500 a.C.]] tramontando intorno al [[1800 a.C.]] Molti studiosi ritengono che elementi della sua cultura religiosa siano poi riverberati nell'Induismo.]]
[[File:CiviltàValleIndoMappa.png|150px|left|thumb|L'area della [[Civiltà della valle dell'Indo]]. Si ritiene che questa civiltà si sia sviluppata intorno al [[2500 a.C.]] tramontando intorno al [[1800 a.C.]] Molti studiosi ritengono che elementi della sua cultura religiosa siano poi riverberati nell'Induismo.]]
[[File:Statuette Mehrgarh.jpg|150px|left|thumb|Statuetta della Dea della [[Civiltà della valle dell'Indo]] rinvenuta a [[Mehrgarh]] (oggi in [[Pakistan]]) risalente al [[3000 a.C.]] e oggi conservata presso il [[Museo Guimet]] di [[Parigi]].]]
[[File:Statuette Mehrgarh.jpg|150px|left|thumb|Statuetta della Dea della [[Civiltà della valle dell'Indo]] rinvenuta a [[Mehrgarh]] (oggi in [[Pakistan]]) risalente al [[3000 a.C.]] e oggi conservata presso il [[Museo Guimet]] di [[Parigi]].]]

Reviżjoni ta' 23:11, 21 Novembru 2013

Il-Ħinduiżmu[1] tradizzjonalment imsejjaħ Sanātanadharma (devanāgarī सनातन धर्म, lett. "Liġi/Reliġjon Eterna"), hi waħda mir-reliġjonijiet ewlenin tad-dinja u fosthom għandha l-oriġini l-iżjed antika; għandha madwar biljun fidil, 828 miljun minnhom l-Indja.

Diffiċli li wieħed jagħti definizzjoni unitarja tal-Ħinduiżmu, billi mhuwiex reliġjon waħda fis-sens dejjaq, imma jista' jitqis bħala sensilea ta' kurrenti reliġjużi, devozzjonali u/jew metafiżiċi u/jew teoloġiko-spekulattivi, modi ta' mġiba, drawwiet ta' kuljum spiss eterogenji, li waqt li għandhom nukleu komuni ta' valuri u twemminijiet reliġjużi, huma differenti minn xulxin skont il-mod kif jinterpretaw it-tradizzjoni u l-letteratura reliġjuża, u skont liema aspett jikkonċentraw fuqu.[2].

Etimoloġija

Stampa:Raja Ram Mohan Roy.jpg
Ram Mohan Roy (1772-1833), riformatur Ħindu, li x'aktarx kien l-ewwel wieħed li uża fl-1823 it-terminu Hinduism[3], li mbagħad ixxerred mill-Ingliżi u ġie adattat f'lingwi oħra tal-Punent.
Id-daħla tat-tempju Paxupatināth (Mulej tal-imrieħel) iddedikat lil Xiva f'Kathmandu. Fit-tempju jistgħu jidħlu biss l-Indjani li jappartienu għal varṇa ikun x'ikun it-twemmin tagħhom waqt li l-viżitaturi l-oħra huma strettament projbiti anke jekk jipprofessaw bil-ħerqa fid Ħinduwija.

Il-terminu Malti "Ħinduiżmu", ġej mit-terminu Ingliż Hinduism imxerred mill-Ingliżi fl-epoka moderna[4], magħmul biż-żieda tas-suffiss ism mal-għerq hindu. Dan l-aħħar terminu ħindu kienu jużawh it-Torok Misilmin mis-seklu 13 għal dawk li ma kinux tat-twemmin tagħhom[5] waqt li t-terminu Għarbi al-Ħind, jidher fit-testi Għarab biex ifisser il-poplu sħiħ tal-Indja[6].

It-terminu Ħindu, fil-bidu kien biss ġeografiku billi kien il-kelma antika Persjana użata, sa xi r-raba' seklu WK, biex tfisser ix-xmara Indus u r-reġjun tas-seba' affluwenti tagħha[7] u l-abitanti tiegħu.[8] Ix-xmara u r-reġjun min-naħa l-oħra kienu magħrufin min-nies tal-post bis-Sanskrit Vediku bħala Sapta Síndhu u Síndhu. Ir-reġjun fil-Lvant tax-xmara Indus sar l-Ħindustan u l-abitanti tiegħu saru jissejħu "Ħindu" mill-Persjani u, aktar tard, mill-Griegi[9] u mir-Rumani[10].

Matul il-kolonizzazzjoni Brittanika, it-terminu Hinduism kien jintuża għall-ġabra ta' fatti kulturali u reliġjużi li kien hemm fis-subkontinent Indjan u mbagħad ġie tradott fil-lingwi Ewropej prinċipali.

Wara l-Indjani stess bdew jużaw it-terminu maħluq mill-Ingliżi, hinduism biex jindikaw l-identità nazzjonali tagħhom stess b'kuntrast ma' dik tal-kolonizzaturi[11]. Però it-terminu ħindu kien diġà deher fis-seklu 16 fit-testi reliġjużi tal-Vixnuiżmu b'kuntrast mat-terminu javana (mislem)[12].

Imma wara kollox il-fidili Ħinduwin ma jsejħux il-fidi tagħhom "Ħinduiżmu", imma Sanātanadharma (Ordni, Norma, Reliġjon eterna) billi s-sisien tagħha mhumiex il-frott tal-esperjenza umana imma tar-rivelazzjoni divina, mill-istess Veda li deher fil-bidu taż-żmien lill-profeti msejħin Ṛṣi.

Jew isejħulha Varṇāśramadharma jew id-Dharma li tmexxi kull ħlejqa skont il- pożizzjoni tagħha (varṇa) billi tassenjalha doveri speċjali għaliha (āśrama) ta' ordni soċjali, reliġjuż u morali[13].

Il-"Ħinduiżmu" tradizzjonalment jissejjaħ Arjadharma, ir-Reliġjon tal-Arjani [14], u Vajdikadharma, ir-reliġjin tal-Veda[15].

Definizzjoni tal-Ħinduiżmu

It-terminu "Ħinduiżmu" inħoloq riċentement u tferrex mill-orjentalisti Punentin u mill-istudjużi Indjani mis-seklu 19 'l hawn. Mhux biss hekk, imma dan il-proċess affettwa n-natura tiegħu infisha:

"Importanti li wieħed jiftakar li l-formazzjoni tal-Ħinduiżmu kif nifhmuh illum, beda biss fis-seklu 19, meta it-terminu intuża mir-riformaturi Ħinduwin u mill-orjentalisti Punentin."

—Gavin Flood. L'induismo. Torino, Einaudi, 2006, p. 7

Min-naħa l-oħra it-terminu hu diffiċli li wieħed jiddefinih:

"It-terminu "Ħindu" jirreferi għal moltepliċità tant kbira ta' tradizzjonijiet u kunċetti li jirriżulta li hu diffiċli għall-aħħar li wieħed jagħti definizzjoni. [...] Il- problema tad-definizzjoni ġejja mill-fatt li l-Ħinduiżmu, bil-kontra ta' ħafna reliġjonijiet oħra, m'għandux fundatur wieħed storiku, m'għandux sistema unitarja ta' twemmin kodifikat jew stqarrija tal-fidi, m'għandux sistema soterjoloġika waħda u awtorità ċentrali jew struttura burokratika."

—Gavin Flood. L'induismo. Torino, Einaudi, 2006, p. 5

Stefano Piano jemmen li t-terminu "Ħinduiżmu" jista' jfisser:

B'din il-kelma nfissru mhux tant reliġjon imma aktarx kultura sħiħa, viżjoni tad-dinja u tal-ħajja, mod ta' mġiba, sensiela ta' drawwiet ta' kuljum li ntirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra għal millenji sħaħ b'tenaċità skrupluża fi ħdan ċiviltà estremament fidila għall-passat tagħha u li fiha jippredomina kunċett "reliġjuż" tal-bniedem u l-univers."

—Stefano Piano. Op. cit., p. 374

Piano, jfakkarna f' Heinrich von Stietencron[26], u jisteddina nitkellmu pjuttost fuq "reliġjonijiet Ħinduwin" bħal vaiṣnava, śaiva o quella śākta.

F'dan ir-rigward Mario Piantelli jinnota li: "Barra minn hekk, dawn it-tiketti jiċħduhom l-intellettwali Indjani ta' formazzjoni mhux punentija, u speċjalment il-membri tal-ortodossija smārta, li ma jarawx mottivi validi biex jiżolaw għalihom dawk li sempliċement jqisu xi mumenti jew aspetti ftit jew wisq sinjikattivi f'realtà spiritwali komuni, fiha nfisha eterna u atemporali, imsejħa bl-isem ta' "Dharma perenni" (is-Sanātanadharma)" (Mario Piantelli in Hinduismo (ed. Giovanni Filoramo). Bari, Laterza, 2007, pag. 12)

Francesco Sferra, waqt li jfakkkar li d-definizzjoni ta' Ħinduiżmu: "tiġbor fiha, fir-realtà, kollezzjoni varjegata ta' reliġjonijiet u viżjonijiet tad-dinja li jistgħu jkunu kontradittorji" (Francesco Sferra. Hinduismo antico. Milano, Mondadori, 2010)

jikkonkludi li t-terminu Ħinduiżmu jista' mela jfisser "il-kultura Indjana sħiħa, li tesprimi ruħha qabel kollox fil-fedeltà lejn ordni soċjo-kulturali, lejn ġabra ta' normi, drawwiet u mġiba ta' oriġni antikissima li jistabilixxu fid-dettal kif wieħed jgħix u jifhem il-ħajja, kemm tal-individwu u kemm tas-soċjetà. U hu il-fatt li wieħed ikun imwieled f'kasta (jāti) Ħinduwija u qatt ma jikkonverti għal tradizzjoni li mhijiex Ħinduwija (Ġainiżmu, Buddiżmu, Iżlam, Kristjaneżmu eċċ.) li jagħmel persona Ħindija. Jekk strettament, wieħed jista' jkun hekk mingħajr ma neċessarjament isegwi triq reliġjuża, fl-ebda każ - almenu skont il-formulazzjoni l-iżjed komuni u ortodossa - ma jista'jsir Ħindu għax is-sħubija tiddependi qabel kollox minn fattur etniku. -appa Se a stretto rigore, si può essere tali senza necessariamente seguire un percorso religioso, in nessun caso - stando almeno alla più comune e ortodossa delle formulazioni - si può diventare hindū perché l'appartenenza all'hindūismo dipende innanzitutto da un fattore etnico." (Francesco Sferra. Op. cit.)

Dil-bażi etnika tidher ċara mill-fatt li fis-santwarji prinċipali tal-Ħinduiżmu, pereżempju fit-Tempju ta' Krixna f'Puri (Orissa) jew f'dak ta' Xiva f'Kathmandu in-Nepal,[27], santwarji li jappartienu għal darśana differenti, jistgħu jidħlu biss l-Indjani li jappartienu għal varna, tkun xi tkun it-twemmin reliġjuż tagħhom [28], u ma jistgħux jidħlu nies li mhumiex Indjani anki jekk ikun jipprofessaw fidi 'Ħinduwija'.

Minkejja li d-definizzjoni tiegħu mhux faċli, biex nifhmu t-terminu Ħindu f'kuntest ta' sinjifikat iħjed wiesgħa, iwissi Michel Delahoutre: "Mhux biżżejjed kif kienu jaħsbu darba b'mod faċli ħafna, inkunu nafu s-Sanskrit, lanqas nafdaw fit-tradizzjonijiet tal-Brahmin li flimkien jissejħu Brahmaniżmu. Issa huma meħtieġ l-għarfien tal-lingwi moderni u l-istudji soċjoloġiċi u etnoloġiċi, li jħarsu anki lejn il-fenomeni riċenti u attwali u l-kuntatt mal-Punent. Hemm bżonn nieħdu kont tal-fenomeni ta' adattament tal-Ħinduiżmu għall-ambjenti Punentin bid-dehra ta' setti ġodda, ta' guruwiet u swami ġodda." (Michel Delahoutre. Op. cit.)

Mela l-"Ħinduiżmu" mhux biss "invenzjoni"[29] tal-orjentalisti punentin[30] imma wkoll l-awtorappreżentazzjoni, moderna, ta' elementi diġà preżenti fil-passat Indjan: "Mill-punto di vista tiegħi l-"Ħinduiżmu" mhux biss, kif sostnew xi studjużi, kostruzzjoni mill-orjentalisti punentin, li ppruvaw jagħtu isem lil-pluralità ta' fenomeni reliġjużi li jinstabu fl-erja ġeografika vasta tal-Asja t'Isfel. Il-Ħinduiżmu hu wkoll il-manifestazzjoni tal-awtorappreżentazzjoni mill-Ħinduwin u t-trasformazione moderna ta' elementi diġà preżenti fl-imgħoddi." (Gavin Flood. L'induismo. Torino, Einaudi, 2006, pagg. 7-8)


Oriġni, ġenesi u żvilupp storiku tal-Ħinduiżmu

Ir-reliġjon taċ-Ċiviltà tal-wied tal-Indus

Il-Ħinduiżmu (सनातन धर्म; Sanatana Dharma, li tfisser Reliġjon Infinita/Liġi Eterna) huwa reliġjon antika, li għadha pprattikata minn miljuni ta' nies sallum. Din kienet l-ewwel reliġjon li kellha l-idea ta' reinkarnazzjoni (jiġifieri li n-nies jistgħu jitwieldu mill-ġdid wara li jmutu), karma (kawża u effett), u ideat oħra. Il-Ħinduiżmu huwa federazzjoni ta' numru ta' twemminijiet li evolvew fost in-nies li għexu fis-Sottokontinent Indjan. Hija taħlita komposta ta' twemminijiet. Grupp wieħed jaċċetta l-Varna, ieħor le; grupp wieħed jaċċetta l-Veda, ieħor le; grupp wieħed jaċċetta li hemm alla, ieħor jiċħad l-eżistenza ta' alla. Imma dawn kollha jissejħu Ħindu. Skont il-kostituzzjoni Indjana, id-definizzjoni ta' Ħindu huwa kulmin jgħix l-Indja u mhux Mislem jew Nisrani.

  • Fil-Ħinduiżmu l-prattika spiritwali (bħat-talb) hi importanti ħafna .
  • Il-Ħinduiżmu jinkoraġġixxi t-tolleranza għal dak li jemmnu nies oħra. L-Indu jemmnu li ma hemmx għarfien korrett wieħed biss ta' Alla wieħed veru.
  • Mhux in-nies kollha jaqblu dwar jekk il-Ħinduiżmu huwiex politeistiku jew monoteistiku. Ħafna nies jaħsbu li l-Ħinduwin jemmnu f'ħafna allat. Oħrajn huma tal-fehma li hemm alla wieħed biss fil-Ħinduiżmu u dan l-alla wieħed (imsejjaħ Brahman) jidher f'modi differenti. Nirguna Brahman hu Alla mingħajr forma, jew Alla mingħajr attributi personali. Il-forom kollha personali ta' Alla fil-Ħinduiżmu, bħal Vixnu jew Xiva, huma partijiet differenti ta' Alla fil-forma personali jew Alla b'attributi. Ħafna Indu jemmnu li d-differenza bejn politeiżmu u monoteiżmu mhijiex kbira daqs kemm jaħsbu n-nies tal-Punent, għax jemmnu li hemm modi differenti ta' kif wieħed jista' jħares lejn il-verità.[16]

L-enerġija t'Alla hi Devi, l-Omm Divina. Għall-veneraturi ta' Vixnu (jew Vajxnavas) li jsegwu l-filosofija ta' Ramunġaċaraja, Devi hi Lakxmi, Omm Kulħadd, li taqbeż għall-umanità ma' Vixnu. Għall-veneraturi ta' Xiva (jew Xajvas), Devi hi Parvati. Għax-Xaktas, jiġifieri, il-veneraturi ta' Devi, Devi huwa l-forma personali ta' Alla biex jilħaq l-Assolut impersonali, Alla. Għalihom, Xiva hi personifikata bħala Alla mingħajr attributi.

Ħarsa ġenerali qasira

Il-Ħinduiżmu jieħu ideat mill-Veda, mill-Upanishads, kif ukoll mit-tagħlim ta' ħafna guruwijiet Ħinduwin matul iż-żmien. Ħafna tipi differenti ta' filosofija ġejjin minn sitt skejjel Vediċi/Ħinduwin ewlenin. Setet Bhaktin u skejjel Tantriċi Agamiċi huma komuni ħafna fi ħdan l-Induiżmu.

It-triq eterna

"It-Triq Eterna" (bis-Sanskrit सनातन धर्म, Sanatana Dharma), jew il-"Filosofija/Armonija/Fidi ta' dejjem", huwa l-isem li dejjem irrappreżenta l-Ħinduiżmu għal eluf ta' snin. Skond il-Ħinduwin dan jesprimi l-idea li ċerti prinċipji spiritwali huma validi għal kull żmien, jaqbżu t-twemmin maħluq mill-bniedem, u jirrappreżentaw xjenza pura tal-konxju. Il-konxju mhuwiex biss dak tal-ġisem jew tal-moħħ, iżda tar-ruħ 'l fuq mill-moħħ u jeżisti fi ħdan u lil hinn mill-eżistenza tagħna, il-Jien pur ta' kulħadd. Ir-reliġjon għall-Indu huwa t-tfittxija għad-divin fil-Jien, it-tfittxija għall-verità Waħda li infatti qatt ma ntilfet. Skont dan it-twemmin, jekk xi ħadd ifittex il-verità, ikun min ikun, se jsibha. Dak kollu li jeżisti, mill-ħxejjex u l-annimali sal-bnedmin, hu suġġett u oġġett tad-Dharma Eterna. Din il-fidi ġewwenija, għalhekk, tissejjaħ ukoll Arja/Dharma Nobbli, Veda/Dharma tal-Għarfien, Joga/Dharma tal-Għaqda, Dharma Ħinduista jew, sempliċement, id-Dharma.

Dak li nistgħu ngħidu li hu komuni fost il-Ħinduwin hu twemmin fid-Dharma, reinkarnazzjoni, karma, u mokxa (ħelsien) ta' kull ruħ permezz ta' varjetà ta' joga morali, attiva u meditattiva. Hemm prinċipji li huma wkoll iżjed bażiċi, fosthom "ahimsa" (nuqqas ta' vjolenza), l-importanza tal-Guru, il-Kelma Divina ta' Aum u l-qawwa tal-mantra, l-imħabba tal-Verità f'ħafna manifestazzjonijiet bħala allat, il-fehim li x-xrara essenzjali tad-Divin (Atman/Brahman) tinsab f'kull bniedem, u hekk hemm ħafna toroq spiritwali li jwasslu għall-Verità Waħdanija.

Wieħed mill-eżempji tal-ispiritwalità Ħinduista fil-ħajja ta' kuljum huwa l-bindi, tikka li ħafna nisa Indu jkollom fuq ġbinhom. Din tista' tfisser ħafna affarijiet differenti. Għal xi wħud din tirrappreżenta "it-tielet għajn" li tgħin lin-nies jiksbu l-għarfien. Il-Ħinduwin kollha jaħsbu li hu importanti li wieħed jitgħallem permezz tal-meditazzjoni. Jaħsbu li din tagħtihom intwizzjoni lil hinn mill-moħħ u l-ġisem, xi ħaġa spiss assoċjati mal-alla Xiva. L-irġiel ukoll ġieli jqiegħdu marka msejħa Tilak fuq ġbinhom, is-soltu fil-festi reliġjużi. L-għamla tagħha tista' tfisser devozzjoni lejn ċertu alla prinċipali: l-għamla ta' 'U' tfisser lejn Vixnu, grupp ta' tliet linji lejn Xiva. Xi minn daqqiet jagħaqduhom flimkien biex ifissru Hari-Hara ( Vixnu-Xiva indissolubbli).

  • Suċċess

Il-Ħinduiżmu jgħid li s-suċċess jista' jinkiseb biss permezz bl-isforz.

  • Joga Dharma

Il-Ħinduiżmu jagħti mod partikolari ta' ħajja li Ħindu għandu jsegwi. Dan isir permezz ta' Jogi (prattiki spiritwali), prinċipalment dawn:

  1. Bhakti Joga (Joga tad-Devozzjoni u l-Imħabba)
  2. Karma Joga (Joga tal-Azzjoni)
  3. Raġa Joga (Joga tal-Meditazzjoni) u
  4. Ġnana Joga (Joga tal-Għarfien u t-Twettiq)

Il-mod kif wieħed jagħmel dan kollu hu deskritt fiż-żewġ testi ewlenin tal-Joga Induista: il-Ġita Bhagavad u l-Joga Sutra. L-Upanixad ukoll fihom testi importanti dwar il-joga.

  • L-erba' għanijiet tal-ħajja

Il-Ħinduiżmu jemmen fl-erba' għanijiet ewlenin tal-ħajja. Dawn huma Kama, Artha, Dharma u Mokxa. Il-Ħinduwin jgħidu li l-bnedmin kollha jfittxu 'l Kama (pjaċir, fiżiku jew emozzjonali) u Artha (qawwa , fama u l-ġid ), iżda mal-maturità malajr jitgħallmu jrażżnu dawn ix-xewqat leġittimi fi ħdan il-qafas pragmatiku ogħla, ta' Dharma, jew armonija morali f'kollox.

  • L-erba' stadji tal-ħajja

Fl-Induiżmu, il-ħajja ta' bniedem maqsuma f'erba' stadji. Kull wieħed minn dawn l-istadji hu msejjaħ Axrama. L-erba' stadji huma:

  1. Brahmaċarja, l-ewwel kwart tal-ħajja bħala ġuvni - li jintużaw għat-tagħlim, bini tal-ġisem u l-moħħ .
  2. Grihasthja, it-tieni kwart tal-ħajja bħala persuna bil-familja jaħdem għall-għajxien.
  3. Vanaprastha, it-tielet fażi tal-ħajja, wieħed jgħaddija fil-foresti u fil-meditazzjoni.
  4. Sanjasa, l-aħħar fażi tal-ħajja, wieħed għandu jgħaddiha mingħajr rabta mad-dinja.

Festi

Il-festa tad-dwal- Diwali, hu ċċelebrata mill-Ħinduwin mad-dinja kollha.

Il-festi tal-Ħinduwin (Sanskrit: Utsava; letteralment "tgħolli 'l fuq") huma meqjusa bħala ritwali simboliċi li jinsġu b'mod sabiħ il-ħajja individwali u soċjali f'dharma. L-Ħinduiżmu għandu ħafna festi matul is-sena. Il-kalendarju Ħindu s-soltu jiffissa d-dati.

Il-festi tipiċi jiċċelebraw ġrajjiet mill-mitoloġija Ħinduwija u spiss jaqblu mal-bidliet tal-istaġuni. Hemm festi li huma primarjament iċċelebrati minn ċerti setti jew f'ċerti reġjuni tas-sottokontinent Indjan.

Fost il-festi Ħinduwin osservati f'ħafna reġjuni insibu:

  • Maha Xivaratri
  • Pongal
  • Holi
  • Vasant Panċami
  • Thaipusam
  • Ram Navami
  • Krixna Ġanmastami
  • Ganex Ċaturthi
  • Xigmo
  • Dussera
  • Durga Puġa
  • Diwali
  • Gudi Padwa
  • Ugadi
  • Bihu
  • Bonalu
  • Rath Jatra
  • Guru Purnima
  • Rakxa Bandhan
  • Onam
  • Gowri Ħabba
  • Ċħath
  • Vixu


It-Twemmin Induist

Skond l-Induisti alla hu wieħed li ma jistax jigi deskritt (spjegazzjoni ghala hawn hafna tipi ta’ allat Indu). Hu ħalaq kollox u għalekk hu jissejjaħ Brahman-l-assolut. Fost il-ħafna allat meqjuma insibu lill Brahma-il-kreatur, Vishnu – li jaghti l-ħajja u Shiva-li se jkisser l-univers.

Ir-Rinkarnazzjoni

Il-hsieb ewlieni ta’ l-g]ajxien Induist hu li wiehed jehles mi`-`iklu tar-rinkarnaazzjoni, jigifieri li wara l-mewt ter[a titwieled mill-gdid, u ghalekk min jirnexxielu je]les mir-rabta madin id-dinja materjali ikun kiseb il-moksha. Dan isir billi il-bniedem jikseb gharfien profond, u paci u armonija tal-qalb.


Il-kasti socjali

Fl-Induismu il-kasti so`jali ghandhom importanza kbira. Meta titwieled f’kasta socjali trid tibqa fiha sa ma tmut, tghix ma dawk ta’ l-istess kasta tieg]ek u kif ukoll tizzewweg lill xi hadd ta’ l-istess kasta so`jali tieg]ek. Tibdil fil-kasti socjali isir biss bir-rinkarnazzjoni fejn int tista titla jew tinzel fis-socjeta, skond kif tkun ghext fil-hajja ta’ qabel, jew sahan sitra tirrinkarna b]ala animal. Tradizzjonalment hemm hames kasti:

 Il-qassisin- L-indu jemmnu li hargu minn halq Brahman

  • Il-mexxejja- Dawn hargu minn idejn Brahman
  • Il-merkanti u dawk ta’ sengha- dawn hargu minn qghadd Brahman
  • Is-servjenti u dawk qieghda- dawn hargu minn saqajn Brahman
  • Il-moqzieza- il-morda u l-mahmugin li mhumiex meqjusa b]ala parti mis-socjeta.

Moksha- tinkiseb wara li wiehed jehles mic-ciklu tar-reinkarnazzjoni, paci u armonija.

  1. ^ bl-ilsien Ħindi jsejħulu Ħindudharma, bid-devanāgarī: हिन्दू धर्म.
  2. ^ Cfr., Michel Delahoutre f' Dictionnaire des Religions (ed. Jacques Vidal). Pariġi, Presses universitaires de France, 1984
  3. ^ X'aktarx l-ewwel awtur li uża t-terminu Hinduism kien Ram Mohan Roy (1772-1833) fl-1823. Cfr. Michel Delahoutre fid-Dictionnaire des Religions (ed. Jacques Vidal). Pariġi, Presses universitaires de France, 1984.
  4. ^ X'aktarx l-ewwel awtur li uża t-terminu Hinduism kien Ram Mohan Roy (1772-1833) fl-1823. Cfr. Michel Delahoutre fid-Dictionnaire des Religions (ed. Jacques Vidal). Pariġi, Presses universitaires de France, 1984.
  5. ^ Cfr. Stefano Piano. Dizionario delle religioni (ed. Giovanni Filoramo. Torino, Einaudi, 1993, paġni 373-4.
  6. ^ Cfr. Romila Thapar. Interpreting Early India. Delhi, Oxford University Press, 1993, p. 77
  7. ^ Illum il-Punġab.
  8. ^ Cfr. Mario Piantelli, f' Hinduismo (ed. Giovanni Filoramo. Bari, Laterza, 2007, p. 6
  9. ^ Hawn it-terminu tilef l-aspirazzjoni tal-bidu u sar Ἰνδός, Índos.
  10. ^ Indi, Indōrum, deriv. mill-Grieg.
  11. ^ Robert Eric Frykenberg. The Emergency of Modern Hinduism; f' Hinduism Reconsidered (ed. Gunther Dietz Sontheimer u Hermann Kulke). Delhi, Manohar, 1991, pagg. 30-1.
  12. ^ Joseph T. O'Connel. The word "Hindu" in Gaudiya Vaiṣṇava Text. Journal of the American Oriental Society 1973, XCIII,3, 340-4
  13. ^ Cfr. Michel Delahoutre. Op. cit., pag. 912.
  14. ^ Cfr. Dizionario sanscrito-italiano Pisa, ETS, 2009.
  15. ^ Cfr. Kaus K. Klostermaier. Induismo. Una introduzione. Fazi, 2004, pag. 9.
  16. ^ http://www.religionfacts.com/hinduism/beliefs/theism.htm

Mudell:Link FA