Sqallija: Differenza bejn il-verżjonijiet
ċ |
No edit summary |
||
Linja 28: | Linja 28: | ||
Bħad-Dhimmis, l-Insara nattivi (L-ortodossi tal-lvant) kellhom l-għażla libera li jagħżlu r-reliġjon li riedu jipprattikaw huma, iżda l-poplu maħkum ta' Sqallija ried jħallas taxxa speċjali, Il-Ġiżja, u kellu diversi limitazzjonijiet impoġġija fuq l-okkupazzjonijiet tiegħu, l-ilbies u fuq l-abilità li jipparteċipa f'sitwazzjonijiet pubbliċi. Imbagħad l-Emirat ta' Sqallija beda jinqasam fi gruppi intra-dinastiku u għalhekk dan l-avveniment immarka t-tmiem tar-renju Musulman. Matul dan il-perjodu ta' amalgamazzjoni kulturali kien hemm il-preżenza minuri ta' xi Lhud ukoll. |
Bħad-Dhimmis, l-Insara nattivi (L-ortodossi tal-lvant) kellhom l-għażla libera li jagħżlu r-reliġjon li riedu jipprattikaw huma, iżda l-poplu maħkum ta' Sqallija ried jħallas taxxa speċjali, Il-Ġiżja, u kellu diversi limitazzjonijiet impoġġija fuq l-okkupazzjonijiet tiegħu, l-ilbies u fuq l-abilità li jipparteċipa f'sitwazzjonijiet pubbliċi. Imbagħad l-Emirat ta' Sqallija beda jinqasam fi gruppi intra-dinastiku u għalhekk dan l-avveniment immarka t-tmiem tar-renju Musulman. Matul dan il-perjodu ta' amalgamazzjoni kulturali kien hemm il-preżenza minuri ta' xi Lhud ukoll. |
||
==Lingwa== |
|||
==Diviżjonijiet Amministrattivi== |
|||
L-'''Isqalli''' (''sicilianu'', jew ''lingua siciliana'') huwa [[lsien Rumanz]] mitkellem minn madwar 5 miljun ruħ fi [[Sqallija]], il-[[Kalabrja]], [[Salentu]] (Pulja meridionali), [[Ċilentu]] (Kampania meridionali), u minn total xi 10 miljun ruħ madwar id-dinja (diàspora: [[USA]], [[Awstralja]], [[Kanada]], [[Arġentina]], [[Franza]], [[Belġju]]). |
|||
{| class="wikitable" style="text-align:right" |
|||
=== Numri === |
|||
{{col-begin}} |
|||
{{col-break}} |
|||
{| class="wikitable" |
|||
! Malti |
|||
! Sqalli (sicilianu) |
|||
! IPA<sup>[[IPA]]</sup> |
|||
|- |
|- |
||
|Wieħed || ''unu'' || {{IPA|/ˈunu/}} |
|||
!Provinċja |
|||
!Żona (km<sup>2</sup>) |
|||
!Popolazzjoni<ref>[http://demo.istat.it/bilmens2011gen/index.html Population May 2011, data from Demo Istat]. Demo.istat.it. Retrieved on 2012-12-18.</ref> |
|||
!Densità (inh./km<sup>2</sup>) |
|||
|- |
|- |
||
|Tnejn || ''dui'' || {{IPA|/ˈdui/}} |
|||
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Agrigento]] |
|||
|3,042 |
|||
|453,594 |
|||
|149.1 |
|||
|- |
|- |
||
|Tlieta || ''tri'' || {{IPA|/ʈɽi/}} |
|||
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Caltanissetta]] |
|||
|2,128 |
|||
|271,168 |
|||
|127.4 |
|||
|- |
|- |
||
|Erbgħa || ''quattru'' || {{IPA|/ˈkwaʈʈɽu/}} |
|||
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Katanja]] |
|||
|3,552 |
|||
|1,090,620 |
|||
|307.0 |
|||
|- |
|- |
||
|Ħamsa || ''cincu'' || {{IPA|/ˈʃiŋku/}} |
|||
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Enna]] |
|||
|2,562 |
|||
|172,159 |
|||
|67.2 |
|||
|- |
|- |
||
|Sitta || ''sei'' || {{IPA|/ˈsɛi/}} |
|||
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Messina]] |
|||
|3,247 |
|||
|652,742 |
|||
|201.0 |
|||
|- |
|- |
||
|Sebgħa || ''setti'' || {{IPA|/ˈsɛtti/}} |
|||
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Palermo]] |
|||
|4,992 |
|||
|1,249,744 |
|||
|250.3 |
|||
|- |
|- |
||
|Tmienja || ''ottu'' || {{IPA|/ˈɔttu/}} |
|||
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Ragusa]] |
|||
|1,614 |
|||
|318,980 |
|||
|197.6 |
|||
|- |
|- |
||
|Disgħa || ''novi'' || {{IPA|/ˈnɔvi/}} |
|||
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Sirakuża]] |
|||
|2,109 |
|||
|403,559 |
|||
|191.3 |
|||
|- |
|- |
||
|Għaxra || ''deci'' || {{IPA|/ˈdɛʃi/}} |
|||
| style="text-align:left;"|[[Il-Provinċja ta' Trapani]] |
|||
|2,460 |
|||
|436,240 |
|||
|177.3 |
|||
|} |
|} |
||
{{col-break}} |
|||
{| class="wikitable" |
|||
! Malti |
|||
! Sqalli (sicilianu) |
|||
! IPA |
|||
|- |
|||
|Ħdax || ''ùnnici'' || {{IPA|/ˈunniʃi/}} |
|||
|- |
|||
|Tnax || ''dùdici'' || {{IPA|/ˈdudiʃi/}} |
|||
|- |
|||
|Tlettax || ''trìdici'' || {{IPA|/ˈʈɽidiʃi/}} |
|||
|- |
|||
|Erbatax || ''quattòrdici'' || {{IPA|/kwatˈtɔrdiʃi/}} |
|||
|- |
|||
|Ħmistax || ''chìnnici'' || {{IPA|/ˈkinniʃi/}} |
|||
|- |
|||
|Sittax || ''sìdici'' || {{IPA|/ˈsidiʃi/}} |
|||
|- |
|||
|Sbatax || ''dicisetti'' || {{IPA|/diʃiˈsɛtti/}} |
|||
|- |
|||
|Tmintax || ''diciottu'' || {{IPA|/diˈʃɔttu/}} |
|||
|- |
|||
|Dsatax || ''dicinovi'' || {{IPA|/diʃiˈnɔvi/}} |
|||
|- |
|||
|Għoxrin || ''vinti'' || {{IPA|/ˈvinti/}} |
|||
|} |
|||
{{col-break}} |
|||
{| class="wikitable" |
|||
! Malti |
|||
! Taljan |
|||
! IPA |
|||
|- |
|||
|Wieħed u għoxrin || ''vintunu'' || {{IPA|/vintˈunu/}} |
|||
|- |
|||
|Tnejn u għoxrin || ''vintidui'' || {{IPA|/vintiˈdui/}} |
|||
|- |
|||
|Tlieta u għoxrin || ''vintitrì'' || {{IPA|/vintiˈʈɽi/}} |
|||
|- |
|||
|Erbgħa u għoxrin || ''vintiquattru'' || {{IPA|/vintiˈkwaʈʈɽru/}} |
|||
|- |
|||
|Ħamsa u għoxrin || ''vinticincu'' || {{IPA|/vintiˈʃiŋku/}} |
|||
|- |
|||
|Sitta u għoxrin || ''vintisei'' || {{IPA|/vintiˈsɛi/}} |
|||
|- |
|||
|Sebgħa u għoxrin || ''vintisetti'' || {{IPA|/vintiˈsɛtti/}} |
|||
|- |
|||
|Tmienja u għoxrin || ''vintottu'' || {{IPA|/vintˈɔttu/}} |
|||
|- |
|||
|Disgħa u għoxrin || ''vintinovi'' || {{IPA|/vintiˈnɔvi/}} |
|||
|- |
|||
|Tletin || ''trenta'' || {{IPA|/ˈʈɽɛnta/}} |
|||
|} |
|||
{{col-end}} |
|||
=== Ġranet tal-ġimgħa === |
|||
{| class="wikitable" |
|||
== Kulligament == |
|||
! Malti |
|||
* [[Lingwa Sqallija]] |
|||
! Sqalli |
|||
! IPA |
|||
|- |
|||
[[Kategorija:Sqallija| ]] |
|||
| It-Tnejn || ''lunidìa'' || {{IPA|/luniˈdia/}} |
|||
[[Kategorija:Gżejjer tal-Italja]] |
|||
|- |
|||
[[Kategorija:Gżejjer Mediterranji]] |
|||
| It-Tlieta || ''martidìa'' || {{IPA|/martiˈdia/}} |
|||
|- |
|||
{{Link FA|hr}} |
|||
| L-Erbgħa || ''mercuridìa'' || {{IPA|/mɛrkuriˈdia/}} |
|||
{{Link FA|it}} |
|||
|- |
|||
| Il-Ħamis || ''jovidìa'' || {{IPA|/jɔviˈdia/}} |
|||
|- |
|||
| Il-Ġimgħa || ''venniridìa'' || {{IPA|/vɛnniriˈdia/}} |
|||
|- |
|||
| Is-Sibt || ''sabbatudìa'' || {{IPA|/sabbatuˈdia/}} |
|||
|- |
|||
| Il-Ħadd || ''duminicadìa'' || {{IPA|/duminikaˈdia/}} |
|||
|} |
Reviżjoni ta' 12:10, 12 Awwissu 2013
Sqallija
Sqallija hija l-ikbar gżira fil-baħar Mediterran, flimkien mal-gżejjer minuri tal-madwar. Din il-gżira hija awtonoma però Sqallija tifforma parti mill-peniżola Taljana, allura nistgħu ngħidu li tista' titqies bħala wieħed mir-reġjuni tal-Italja minkejja l-fatt li hija gżira b'kultura kemxejn differenti. Sqallija tinsab fiċ-ċentru tal-baħar Mediterran, il-gżira testendi mill-ponta tal-peniżola ta' Apennini, li hija separata biss mit-triq id-dejqa li taqsam il-lokalità ta' Messina, u tibqa' sejra lejn il-kosta tat-tramuntana tal- kontinent Afrikan.
L-iktar aspett monumentali ta' dan il-pajjiż huwa mingħajr ebda dubju, il-vulkan tal-Etna, li huwa 3,320 metru 'l fuq mil-livell tal-art, vulkan grandjuż li jġorr it-titlu bħala l-iktar vulkan attiv fl-Ewropa u fid-dinja. Il-gżira tipposjedi klima tipikament Mediterranja. L-eqdem evidenza arkeoloġika ta' abitazzjoni umana tmur lura għat-8,000 sena QK. Madwar is-sena 750 QK, Sqallija saret kolonja Griega u hija fruntiera li rat bosta battalji storiċi, hawnhekk qiegħed nirreferi direttament għall-gwerer Griegi-Puniċi u Rumani-Puniċi li ġew miġġielda tul medda ta' 600 sena. Il-vittorja ta' dawn il-gwerer Puniċi kienet tar-Rumani, rebħa li wasslet għad-distruzzjoni tal-belt ta' Kartaġni. Wara l-waqgħa tal-imperu Ruman fil-ħamest seklu wara kristu, Sqallija ġiet maħkuma minn bosta ġnus barranin, u matul il-medju-evu din il-gżira ġiet maħkuma mill-Vandali,mill-Ostrogoti,mill-Biżantini, mill-Għarab u fl-aħħar mill-aħħar min-Normanni.
Iktar 'il quddiem ġie fformat, dak li beda jissejjaħ ir-renju ta' Sqallija, li dam bejn l-1130 u l-1816. Dan issubordina l-kuruni ta' Aragona, ta' Spanja, tal-imperu Ruman sakemm fl-aħħar ingħaqdu taħt il-Burboni ma' Napli bħala r-renju taż-żewġ Sqallijiet. Flimkien ma' espedizzjoni ta' elf ruħ, Giuseppe Garibaldi ddirieġa r-rivolta matul il-proċess tal-unifikazzjoni Taljana, u minn dakinhar Sqallija bdiet tiġi kkunsidrata bħal parti mill-Italja, proprju fl-1860 eżattament wara li ġie żvelat ir-riżultat tar-referendum. Wara t-twelid tar-Repubblika Taljana fl-1946, Sqallija ngħatat l-istatus speċjali bħala reġjun awtonomu. Sqallija għandha kultura unika u rikka, speċjalment f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-arti, mal-mużika, mal-letteratura, mal-kċina u mal-arkitettura. Sqallija tagħti importanza lis-siti qodma kif ukoll dawk arkeoloġiċi, ngħidu aħna bħan-Nekropoli ta' Pantalica, il-wied tat-tempji u Selinunte.
Storja
Tribujiet Qodma
L-abitanti oriġinali ta' Sqallija kienu maqsumin fi tliet gruppi tal-poplu pre-istoriku tal-Italja. L-iktar grupp prominenti u prekarju minn dawn kien dak tas-Sikani, li kienu miġbura minn Thucydides, jingħad li kien ġej mill-peniżola tal-Iberja. Evidenza storika li hija ta' ċerta importanza hija l-iskoperta tat-tpinġijiet impinġija mis-Sikani fl-għerien li kienu jgħixu fihom. Tpinġijiet li jmorru lura sa tmiem l-epoka tal-Pleistocene, għall-ħabta tas-sena 8,000 QK. Il-miġja tal-ewwel umani hija assoċjata mal-estinzjoni tal-ippopotami nani u tal-iljunfanti nani. Il-poplu Elimjan, maħsub li kien ġej mill-baħar Aġeju, kien dak il-poplu, li kien missu jingħaqad fi tribù sabiex jemigra lejn Sqallija u jitħallat mal-popolazzjoni ta' din il-gżira hekk maġġuri fil-Mediterran.
L-iskoperti riċenti tad-dolmens li jinsabu fuq din il-gżira (dawn imorru lura għat-tieni nofs tat-tielet millenju qabel kristu), jidhru li sejrin jiftħu orizzonti ġodda fuq il-panorama kulturali u komposta ta' Sqallija primittiva. Huwa magħruf b'eżattezza li dan ir-reġjun kien għadda minn pre-istorja pjuttost diffiċli, tant li hija missjoni antipatka li timxi wara l-passi tal-popli diversi li segwew 'il xulxin. L-impatt taż-żewġ influwenzi huwa ċar però l-influwenza Ewropea dehret li kienet ġejja mill-majjistral, u l-oħra, influwenza Mediterranja ta' oriġni orjentali.
Għalkemm m'hemm l-ebda prova ta' xi gwerer li setgħu nqalgħu bejn dawn iż-żewġ tribujiet, meta l-Elmjani qagħdu fil-kantuniera majjistra tal-gżira, Is-Siċanjani mxew lejn il-lvant. Mill-art prinċipali tal-Italja, li fuqha kienu jgħixu nies li kienu ġejjin mil-Ligurja, oriġinaw is-Siċili fl-1200 QK, qawwa liema bħala li nfurzat lill-Isqallin jmorru lura lejn Sqallija u joqogħdu f'nofs il-gżira. Gruppi minuri oħra ġewwa l-Italja li qagħdu fi Sqallija kienu l-Awsoni (Gżejjer ta' Aeolian, Milazzo) u l-Morgeti (Morgantina) Hemm bosta studji ta' rekordji ġenetiċi li jirrappreżentaw lill-abitanti li kienu ġejjin minn pajjiżi varji li jmissu mar-reġjun tal-baħar Mediterran, imħallta mal-eqdem abitanti ta' Sqallija. Fosthom kien hemm l-Eġizzjani, il-Feniċi u l-Iberjani. Il-Feniċi kienu abitanti prekarji li ġew qabel il-miġja Griega wkoll.
Medju-Evu
Il-Perjodu Għarbi (827-1091)
Il-miġja Għarbija fi Sqallija ġabet magħha bosta riformi lill-uċuħ tal-artijiet tar-raba, dan sabiex tkun tista' tiżdied il-produttività u biex jiġi nkoraġġat iż-żamm tal-affarijiet żgħar f'idejn in-nies, toqba għad-dominanza tal-istati llandjati. L-Għarab komplew itejbu s-sistemi tal-irrigazzjoni. Deskrizzjoni ta' Palermo kienet mogħtija minn Ibn Ħawqal, negozjant Għarbi li żar 'il Sqallija fis-sena 950. Lokalità mdawra b'ħitan felħana li ġġib l-isem ta' Al-Ksar (Il-palazz) hija magħrufa bħala ċ-ċentru tal-provinċja ta' Palermo u dan il-fatt għadu jgħodd sal-lum. F'Al-Ksar wieħed jista' jsib il-Moskea ta' nhar il-Ġimgħa fuq is-sit tal-Kon-katidral Ruman. Fil-lokalità ta' Al-Khalisa (Kalsa) wieħed seta' jsib il-palazz, il-banjijiet, il-moskea, l-uffiċċji tal-gvern u l-priġunerija privata. Ibn Ħawqal saħaq li f'dawk iż-żminijiet kien hemm madwar 7,000 biċċier individwali, li kienu qed jbigħu l-prodotti tagħhom f'150 ħanut. Palermo kien maħkum mill-Għarab Aglabiti, però mbagħad beda jiġi meqjus bħala ċ-ċentru tal-emigranti ta' Sqallija, malli waqgħet għal taħt il-palju tal-Fatmidi.
Matul dan ir-renju, seħħew bosta rivolti mill-Isqallin-Biżantini, speċjalement fil-lvant u allura partijiet mill-gżira kienu okkupati mill-ġdid, qabel ma ġew megħluba. Prodotti Agrikoli bħalma huma l-larinġ, il-lumi, il-pistaċċju u l-qasba taz-zokkor inġiebu lejn Sqallija. Taħt il-ħakma Għarbija, il-gżira kienet allejenata fi tliet reġjuni amministrittivi, jew "vals", fejn bejn wieħed u ieħor ikkorrespondew għat-tliet ponot ta' Sqallija: Val ta' Mażara li tinsab lejn il-punent; Val Demone lejn il-Grigal; u Val ta' Noto lejn l-ilbiċ.
Bħad-Dhimmis, l-Insara nattivi (L-ortodossi tal-lvant) kellhom l-għażla libera li jagħżlu r-reliġjon li riedu jipprattikaw huma, iżda l-poplu maħkum ta' Sqallija ried jħallas taxxa speċjali, Il-Ġiżja, u kellu diversi limitazzjonijiet impoġġija fuq l-okkupazzjonijiet tiegħu, l-ilbies u fuq l-abilità li jipparteċipa f'sitwazzjonijiet pubbliċi. Imbagħad l-Emirat ta' Sqallija beda jinqasam fi gruppi intra-dinastiku u għalhekk dan l-avveniment immarka t-tmiem tar-renju Musulman. Matul dan il-perjodu ta' amalgamazzjoni kulturali kien hemm il-preżenza minuri ta' xi Lhud ukoll.
Lingwa
L-Isqalli (sicilianu, jew lingua siciliana) huwa lsien Rumanz mitkellem minn madwar 5 miljun ruħ fi Sqallija, il-Kalabrja, Salentu (Pulja meridionali), Ċilentu (Kampania meridionali), u minn total xi 10 miljun ruħ madwar id-dinja (diàspora: USA, Awstralja, Kanada, Arġentina, Franza, Belġju).
Numri
|
|
|
Ġranet tal-ġimgħa
Malti | Sqalli | IPA |
---|---|---|
It-Tnejn | lunidìa | /luniˈdia/ |
It-Tlieta | martidìa | /martiˈdia/ |
L-Erbgħa | mercuridìa | /mɛrkuriˈdia/ |
Il-Ħamis | jovidìa | /jɔviˈdia/ |
Il-Ġimgħa | venniridìa | /vɛnniriˈdia/ |
Is-Sibt | sabbatudìa | /sabbatuˈdia/ |
Il-Ħadd | duminicadìa | /duminikaˈdia/ |