Politiku: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Bot Tneħħija: diq:Siyasetkari (deleted)
m Bot: Migrating 60 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q82955
Linja 42: Linja 42:


[[Kategorija:Politiċi| ]]
[[Kategorija:Politiċi| ]]

[[als:Politiker]]
[[an:Politico]]
[[ar:سياسي]]
[[az:Siyasətçi]]
[[be:Палітык]]
[[be-x-old:Палітык]]
[[bs:Političar]]
[[ca:Polític]]
[[cs:Politik]]
[[cy:Gwleidydd]]
[[da:Politiker]]
[[de:Politiker]]
[[el:Πολιτικός]]
[[en:Politician]]
[[eo:Politikisto]]
[[es:Político]]
[[et:Poliitik]]
[[eu:Politikari]]
[[fa:سیاست‌مدار]]
[[fi:Poliitikko]]
[[fr:Personnalité politique]]
[[he:פוליטיקאי]]
[[hr:Političar]]
[[ht:Politisyen]]
[[id:Politikus]]
[[it:Politico]]
[[ja:政治家]]
[[kk:Саясаткер]]
[[ko:정치가]]
[[ku:Siyasetmedar]]
[[la:Politicus]]
[[li:Politicus]]
[[ln:Moí-politíki]]
[[lv:Politiķis]]
[[mhr:Политик]]
[[ms:Ahli politik]]
[[nah:Cemitqui]]
[[nl:Politicus]]
[[nn:Politikar]]
[[no:Politiker]]
[[pl:Polityk]]
[[pt:Político]]
[[qu:Kawpaq runa]]
[[ro:Om politic]]
[[ru:Политик]]
[[rue:Політік]]
[[sh:Političar]]
[[simple:Politician]]
[[sk:Politik]]
[[sl:Politik]]
[[sq:Politikani]]
[[sv:Politiker]]
[[szl:Politiker]]
[[ta:அரசியல்வாதி]]
[[th:นักการเมือง]]
[[uk:Політик]]
[[ur:سیاست دان]]
[[vec:Połitego]]
[[vi:Chính trị gia]]
[[zh:政治人物]]

Reviżjoni ta' 21:52, 2 April 2013

Politiku jew kap politiku huwa individwu li huwa involut fl-influwenzar tal-politika pubblika, ta' kif soċjetà hi mmexxiha u fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Dan jinkludi nies li jkopru dawn ir-rwoli fil-gvern, u nies li jakkwistaw dawn il-pożizzjonijiet, kemm permezz ta' elezzjoni, kolp ta' stat, ħatra, frodi elettorali, konkwista, dritt ta' suċċessjoni, jew mezzi oħra.

Min hu politiku?

  • Xi ħadd li huwa involut b'mod attiv fil-politika tal-partit.
  • Xi ħadd li għandu l-poter li jinfluwenza l-opinjoni pubblika.
  • Fi stat, membru tal-fergħa eżekuttiva tal-gvern, jew l-uffiċċju tal-kap tal-istat, kif ukoll tal-fergħa leġiżlattiva, u livelli reġjonali u lokali tal-gvern.
  • Jista' jiġi kkunsidrat ukoll xi ħadd li jimmanipola l-influwenzza politika u l-opinjoni ta' grupp partikulari favurih.

Min mhuwiex politiku?

  • Membri tal-gvern li jservu rwoli purament funzjonali, bħal burokrati u konsulenti tekniċi.
  • Membri tal-fergħa ġudizzjarja, tal-infurzar tal-liġi, u tal-militar mhumiex ikkunsidrati bħala politiċi minħabba li ġeneralment huma qegħdin jesegwixxu jew jiġġudikaw il-liġijiet u l-użanzi.
  • Ċittadini komuni bid-dritt tal-vot mhumiex eżattament ikkunsidrati politiċi, minkejja li jiffurmaw opinjoni pubblika.

Karigi politiċi

Xi karigi politiċi huma:

Kandidat għal kwalunkwe minn dawn il-pożizzjonijiet huwa kkunsidrat bħala politiku.

Kritika

G20.

Minkejja li storikament il-pożizzjoni ta' politiku kienet ikkunsidrata bħala professjoni ta' unur, illum il-ġurnata ħafna nies, anke f'pajjiżi demokratiċi, għandhom opinjoni negattiva dwar il-politiċi bħala klassi. Ħafna drabi jidhru bħala nies bla skrupli, li l-wegħdiet tagħhom qatt ma jseħħu. Xi drabi jiġu wkoll akkużati għal abbuż tal-fondi għal skopijiet personali u mhux għall-interess tal-pubbliku. Fil-fatt, każijiet ta' korruzzjoni fil-kamp politiku mhumiex rari.

F'numru ta' pajjiżi l-klassi politika hi komposta min-nies sinjuri, jew dawk li jiddependu mill-klassi s-sinjura tas-soċjetà sabiex jiġu eletti. Dan il-fatt mhuwiex ristrett għal partit politiku, sistema tal-gvern jew pajjiż partikulari; din hija problema diffuża fil-politika ta' ħafna mill-pajjiżi demokratiċi, u hi kkunsidrata minn ħafna bħala problema.

Kritika oħra għall-politiċi hi għal dawk li jissejjħu "politiċi professjonisti", politiċi li jużaw il-politika bħala sors ta' qliegħ u li jkollhom jaffaċjaw elezzjoni mill-ġdid wara ċertu snin huma inqas probabbli li jieħdu deċiżjonijiet kuraġġjużi jew jaqblu ma' abbozz li mhuwiex popolari.

Ħoloq esterni