Martin Luther King Jr.: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.3) (Bot Żieda: gn:Martin Luther King
No edit summary
Linja 30: Linja 30:
{{Link GA|de}}
{{Link GA|de}}
{{Link FA|fr}}
{{Link FA|fr}}
[[Kategorija:Politika tal-Istati Uniti tal-Amerika]]

[[af:Martin Luther King Jr.]]
[[af:Martin Luther King Jr.]]
[[an:Martin Luther King, Jr.]]
[[an:Martin Luther King, Jr.]]

Reviżjoni ta' 12:52, 11 Marzu 2013

Martin Luther King (15 ta' Jannar 1929 – 4 ta' April 1968) kien qassis Amerikan, mexxej Afro-Amerikan fil-moviment għad-drittijiet ċivili, l-iktar vuċi importanti għas-suwed tal-Istati Uniti tal-Amerika. King kien mexxej kariżmatiku, li jiġbed il-folol warajh bil-kelma mqanqla tiegħu. L-isforzi tiegħu għenu biex jitfassal is-"Civil Rights Acts" fl-1964 u l-"Voting Rights Act" sena wara. Fl-1964 ġie unurat bil-Premju Nobel għall-Paċi.

Tfulija

King twieled fil-15 ta' Jannar - mill-1983, dan il-jum sar Jum Nazzjonali fl-USA - tal-1929, f'Atlanta fl-Istati Uniti tal-Amerika. Missieru kien pastor Battista. Sa minn ċkunitu Martin beda jara l-inġustizzji kbar li kienu jeżistu kontra s-suwed. Qabel ma beda jmur l-iskola hu u oħtu kienu jilagħbu ma' żewġt itfal bojod. Meta marru l-iskola għall-ewwel darba, iż-żewġt itfal bojod marru fi skola għall-bojod waqt li Martin u oħtu marru fi skola għas-suwed. Minn dakinhar omm it-tfal bojod ma ħallithomx jilagħbu iżjed magħhom għax suwed. Fi tmiem l-ewwel sena tal-iskola, is-surmast ħadhom ħarġa. Dak iż-żmien is-suwed kien ikollhom iċedu posthom fuq il-karozza tal-linja. King jgħid li qatt ma ħass qalbu sewda daqs dakinhar. Fi tfulitu kien iħobb jisma' l-mużika sewda, l-iktar dik tal-kantanta Bessie Smith. Din il-kantanta sewda mietet wara inċident tat-traffiku għax ma ridux jagħtuha kura fi sptar tal-bojod. Dak li King kien qed jara madwaru kien l-iskjavitu tas-suwed. Il-faqar kien mifrux ħafna fosthom. Kienu jiġu mċaħħda minn impjiegi mħallsa tajjeb, edukazzjoni xierqa u djar tajbin. Ma kinux jitħallew jidħlu f'ġonna pubbliċi, ħotels jew ristoranti.

Pastor Battista

Gradwa mill-MoreHouse College u ta' 26 sena ħa d-Dottorat fit-Teoloġija mill-Università ta' Boston. Ta' 18-il sena kien diġà ġie ordnat ministru Battista u sar assistant pastor fil-knisja ta' missieru f'Atlanta. F'waħda mill-ewwel priedki tiegħu qal hekk:

"Alla huwa l-Missier ħanin tal-popli kollha, fosthom is-Suwed. Għalhekk, aħna lkoll, Bojod u Suwed, aħna aħwa. La l-kulur tal-ġilda tiegħek, lanqas ir-reliġjon tiegħek mhuma qatt ħa jkissru din il-fraternita. Għax is-Suwed għandhom ġilda skura, m'għandhomx jiġu mċaħħda mid-drittijiet fundamentali tagħhom, l-aspirazzjonijiet ġusti tagħhom, l-opportunitajiet. Dan la jagħmel ġieħ lil nazzjon kbir bħal tagħna u lanqas lil Fidi Nisranija tal-Amerikani."

Mill-1954 sa l-1960 serva bħala pastor tal-Knisja Battista ta' Montgomery. Fl-1960 reġa' mar ma' missieru bħala co-pastor, servizz li baqa' jagħti sakemm miet.

Il-Moviment għad-Drittijiet Ċivili

King kien beda jinvolvi ruħu fil-moviment għad-drittijiet ċivili fl-1955 meta mexxa l-bojkott tal-karozzi tal-linja ta' Montgomery. B'dan il-bojkott spiċċat is-segregazzjoni fuq il-karozzi tal-linja ta' dak il-post, jiġifieri spiċċaw is-seats għall-bojod u seats għas-suwed. Wara dan, King ħeġġeġ lill-Amerikani suwed biex jimxu fuq l-eżempju ta' Montgomery u jirbħu d-drittijiet tagħhom mingħajr vjolenza. Bħala mexxej tas-Southern Christian Leadership Conference li għen biex titwaqqaf fl-1957, King mexxa dimostrazzjonijiet, marċijiet, sit-ins, u bojkotts f'ħafna bliet kemm fis-sud kif ukoll fin-nord tal-Amerika, fejn ħafna drabi kien jiltaqa' ma' tgħajjar u xi drabi vjolenza. Tefgħuh il-ħabs bosta drabi għall-attivitajiet tiegħu fis-sud. Fl-1967 sar ukoll mexxej tal-moviment paċifista li ħadem biex iġib fi tmiem il-Gwerra twila tal-Vjetnam.

"I Have a Dream"

King organizza l-Marċ kbir ta’ l-1963 f'Washington, għax-xogħol u għad-drittijiet ċivili. Fit-28 t'Awissu 1963, King għamel id-diskors famuż "I Have a Dream", quddiem 200,000 ruħ:

"I have a dream that one day this nation will rise up and live out the true meaning of its creed: 'We hold these truths to be self-evident, that all men are created equal.' ... I have a dream that my four little children will one day live in a nation where they will not be judged by the colour of their skin but by the content of their character."

Maqtul

Fl-4 t'April 1968, meta kien qiegħed Memphis, Tennessee, fejn mar biex jappoġġja lill-kenniesa li kienu qed jistrajkjaw, James Earl Ray, ħabsi maħrub, sparalu tir meta King kien f'gallarija u qatlu. King kien għad kellu biss 39 sena.

Mudell:Link GA Mudell:Link FA