Kolugo: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
mNo edit summary
Linja 39: Linja 39:
Il-[[Mixodectidae]] jidher li hu fossilu tal-[[ordni]] [[Dermoptera]]. Madankollu, għalkemm hemm [[mammiferi]] oħra tal-[[Paleogene]] li ġew interpretati bħala relatati mad-dermopteri, l-evidenza turi li hemm inċertezzi u ħafna minn dawn il-fossili ma għadhomx interpretati aktar bħala [[mammiferi]] planarji.
Il-[[Mixodectidae]] jidher li hu fossilu tal-[[ordni]] [[Dermoptera]]. Madankollu, għalkemm hemm [[mammiferi]] oħra tal-[[Paleogene]] li ġew interpretati bħala relatati mad-dermopteri, l-evidenza turi li hemm inċertezzi u ħafna minn dawn il-fossili ma għadhomx interpretati aktar bħala [[mammiferi]] planarji.


Il-[[kolugo|kolugi]] darba kienu jagħmlu parti ma' l- [[ordni]] [[Insectivora]], madankollu, l-aħħar studji tal-[[Filogenija molekulari|filogenija molekulari]] urew li l-kolugi għandhom jiġu klassifikati f'[[ordni (bioloġija)|ordni]] għalihom [[Dermoptera]] u flimkien ma l-[[ordni]]jiet [[Primates]] u [[Scandentia]] jiffurmaw il-clade [[Euarchonta]]. Il-clade [[Euarchonta]] tiġi oħt il-clade [[Glires]] u din iffurmata mill-[[ordni]]jiet [[Lagomorpha|Lagomorpha]] u [[Rodentia|Rodentia]], u ż-żewġ gruppi jiffurmaw l-[[Euarchontoglires]].
Il-[[kolugo|kolugi]] darba kienu jagħmlu parti ma' l-[[ordni]] [[Insectivora]], madankollu, l-aħħar studji tal-[[Filogenija molekulari|filogenija molekulari]] urew li l-kolugi għandhom jiġu kklassifikati f'[[ordni]] għalihom id-[[Dermoptera]] u flimkien ma' l-[[ordni]]jiet [[Primates]] u [[Scandentia]] jiffurmaw il-klad [[Euarchonta]]. Il-klad [[Euarchonta]] jiġi ħu l-klad [[Glires]] li huwa ffurmat mill-[[ordni]]jiet [[Lagomorpha|Lagomorpha]] u [[Rodentia|Rodentia]], u ż-żewġ kladi flimkien jiffurmaw is-[[superordni]] [[Euarchontoglires]].


[[Euarchontoglires]]
[[Euarchontoglires]]
Linja 52: Linja 52:
├─[[Plesiadapiformes]] (estinti)
├─[[Plesiadapiformes]] (estinti)
└─primati ([[Primates]])
└─primati ([[Primates]])



==Sinonimi==
==Sinonimi==

Reviżjoni ta' 11:36, 21 Frar 2007

Mudell:Isem taxbox
Klassifikazzjoni xjentifika
Firxa tal-Kolugi. Il-Kolugo tal-Filippini Cynocephalus volans bl-aħmar u l-Kolugo ta' Sunda Galeopterus variegatus bl-iswed
Stampa:448px-Cobego-met-jong.jpg
Kolugo tal-Filippini Cynocephalus volans bil-ferħ

Il-Kolugi huma mammiferi erbivori notturni ta' daqs żgħir mifruxin mal-foresti tropikali fin-naħa tax-xlokk ta' l-Asja. Jeżistu biss 2 speċi f'2 ġeneri, li jiffurmaw il-familja Cynocephalidae u l-ordni Dermoptera. Għalkemm huma l-aktar mammiferi kapaċi mill-mammiferi li jipplanaw, dawn xorta ma jistgħux itiru ta' vera. Il-kolugi jissejħu ukoll kobegi jew lemuri li jtiru (għalkemm, dawn la huma lemuri u l-anqas itiru).

Il-kolugi għalkemm ta' daqs żgħir, huma pjutost kbar bħala mammiferi tas-siġar: b'bejn 35 u 40ċm fit-tul u minn 1 sa 2 kilogrami fil-piż. Is-saqajn u l-idejn huma irqaq, ta' tul moderat bl-istess qies, denb ta' daqs medju u korporatura ħafifa. Ir-ras ċkejkna, b'par għajnejn kbar iħarsu 'l quddiem b' viżjoni binokulari u b'par widnejn żgħar u tondi.

Dawn il-mammiferi għandhom membrana ta' ġilda mifruxa bejn il-vojt ta' l-appendiċi kollha li f'l-ebda mammiferu ieħor ma laħqet din il-firxa. Din il-membrana jew pataġjum mifruxha ukoll bejn is-swaba tal-idejn u tas-saqajn, bejn id-denb u s-saqajn u saħansitra bejn l-idejn u l-għonq. Ġeometrikament din il-membrana mhux possibli tkun akbar jew aktar mifruxa minn hekk.

Klassifikazjoni

Il-Mixodectidae jidher li hu fossilu tal-ordni Dermoptera. Madankollu, għalkemm hemm mammiferi oħra tal-Paleogene li ġew interpretati bħala relatati mad-dermopteri, l-evidenza turi li hemm inċertezzi u ħafna minn dawn il-fossili ma għadhomx interpretati aktar bħala mammiferi planarji.

Il-kolugi darba kienu jagħmlu parti ma' l-ordni Insectivora, madankollu, l-aħħar studji tal-filogenija molekulari urew li l-kolugi għandhom jiġu kklassifikati f'ordni għalihom id-Dermoptera u flimkien ma' l-ordnijiet Primates u Scandentia jiffurmaw il-klad Euarchonta. Il-klad Euarchonta jiġi ħu l-klad Glires li huwa ffurmat mill-ordnijiet Lagomorpha u Rodentia, u ż-żewġ kladi flimkien jiffurmaw is-superordni Euarchontoglires.

Euarchontoglires
    ├─Glires
    │    ├─ġrieden (Rodentia)
    │    └─fniek (Lagomorpha)
    └─Euarchonta
         ├─tupaja (Scandentia)
         └─N.N.
              ├─kolugi (Dermoptera)
              └─N.N.
                   ├─Plesiadapiformes (estinti)
                   └─primati (Primates)

Sinonimi

L-ismijiet Colugidae, Galeopithecidae u Galeopteridae huma sinonimi tà Cynocephalidae. Colugo, Dermopterus, Galeolemur, Galeopithecus, Galeopus, u Pleuropterus huma sinonimi tà Cynocephalus.

Referenzi

  • Stafford, Brian J. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 110.

Links Esterni