Fenek ta' Bunyoro: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.3) (Bot Żieda: vi:Poelagus marjorita
m r2.7.2) (Bot Żieda: zh:中非兔
Linja 70: Linja 70:
[[sv:Centralafrikansk hare]]
[[sv:Centralafrikansk hare]]
[[vi:Poelagus marjorita]]
[[vi:Poelagus marjorita]]
[[zh:中非兔]]

Reviżjoni ta' 06:16, 25 Jannar 2013

Fenek ta' Bunyoro
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Poelagus
Speċi: S. marjorita
Isem binominali
Poelagus marjorita
(St. Leger, 1929)

Il-Fenek ta' Bunyoro jew Liebru tal-ħaxix tal-Uganda, li hu magħruf xjentifikament bħala Poelagus marjorita huwa mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) u nativa tal-kontinent ta' l-Afrika u għalkemm xi kulltant jissejjaħ "Liebru" dan huwa kkunsidrat speċi ta' fenek.

Deskrizzjoni

Il-Liebru tal-ħaxix tal-Uganda jixbah fiżikament il-Fenek domestiku, u għandu l-pil ta' lewn kannella fil-griż fuq in-naħa ta' fuq u ta' kulur bajdani qotni man-naħa ta' taħt. Dan il-leporidu għandu widnejn relattivament qosra u saqajn matnazzi meta kkumparat ma' membri oħra tal-familja Leporidae.

Fenek ta' Bunyoro adult jiżen minn 2 sa 3 kilogrammi, għandu s-saqajn ta' wara ma jaqbżux il-100 millimetru ( 10.0 ċentimetri), denb ta' bejn 45 u 50 millimetru ( 4.5 - 5.0 ċentimetri) u par widnejn ta' mhux aktar minn 65 millimetru.

Xi ħaġa kurjuża ta' dan il-fenek huwa ix-xebħ inkredibli jekk mhux l-identiċita assoluta, fl-apparenza tal-genitali tar-raġel u l-mara minn fuq barra. Iż-żewġ sessi għandhom glandoli qieshom boroż, li fir-raġel qegħdin fuq wara t-testikoli u għandu dwawar tal-pil fit-tond li jiksu l-iskrotu jew il-borża tat-testikoli ("scrotum"), li fil-mara qegħdin fl-istess pożizzjoni u jekk il-pene tar-raġel ma jkunx erett ikun ferm diffiċli biex jinaraf is-sess maskili minn dak feminili.

Distribuzzjoni

Il-Fenek ta' Bunyoro huwa speċi ta' fenek b' distribuzzjoni fil-kontinent ta' l-Afrika, b' firxa ma' bosta pajjiżi bħal Angola, Burundi, Ċad, Kongo, Repubblika ta' l-Afrika Centrali, Rwanda, Sudan u Uganda.

Poelagus marjorita hija speċi esklużiva Afrikana, bil-popolazzjoni kkonċentrata fin-Nofs in-nhar ta' l-Uganda. Il-firxa fil-kontinent ta' l-Afrika tmur mil-bogħod fil-Punent f' [[Angola sa fil-Lvant fis-Sudan. Popolazzjonijiet żagħar oħra tal-liebru tal-ħaxix ta' l-Uganda huma preżenti direttament mit-Tramuntana ta' L-Għadira Victoria għal matul il-baċir tax-xmara Uganda.

Klassifikazzjoni

Dan il-fenek huwa speċi monotipika, l-uniku speċi fil-ġeneru Poelagus.

Referenzi