Lady Gaga: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.2) (Bot Żieda: so:Lady Gaga
m r2.7.3) (Bot Żieda: ur:لیڈی گاگا
Linja 248: Linja 248:
[[tw:Lady GaGa]]
[[tw:Lady GaGa]]
[[uk:Леді ҐаҐа]]
[[uk:Леді ҐаҐа]]
[[ur:لیڈی گاگا]]
[[uz:Lady Gaga]]
[[uz:Lady Gaga]]
[[vi:Lady Gaga]]
[[vi:Lady Gaga]]

Reviżjoni ta' 15:20, 22 Jannar 2013

Lady Gaga
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Stefani Joanne Angelina Germanotta
Twieldet 28 ta' Marzu 1986 (1986-03-28) (38 sena)
Oriġini Stati Uniti New York
Ġeneru Pop, dance
Snin ta' attività 2006–preżent
Sit uffiċjali www.ladygaga.com

Stefani Joanne Angelina Germanotta (New York, 28 ta' Marzu 1986), magħrufa aħjar bħala Lady Gaga, hija kantanta Amerikana. Lady Gaga bdiet tesebixxi ruħha fix-xena tal-mużika rock ta' Lower East Side ġewwa New York City u daħlet f'Tisch School of the Arts, waħda fost l-iskejjel taħt l-Università ta' New York. Suċċessivament iffirmat ma' Streamline Records, kumpanija li kienet tifforma parti mill-Interscope Records. Fl-ewwel żminijiet mal-Interscope, hi ħadmet bħala liriċista għal diversi kantanti stabbiliti u laqtet għajn Akon li għaraf l-kapaċitajiet vokali tagħha, u iffirmaha mad-ditta diskografika tiegħu, Kon Live Distribution.

L-ewwel album tagħha, The Fame, li ħareġ fid-19 ta' Awwissu, 2008, wasal fl-ewwel post fir-Renju Unit, il-Kanada, l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Irlanda, u mal-ewwel għaxra f'numru ta' pajjiżi madwar id-dinja; fl-Istati Uniti, dan wasal fit-tieni post tal-klassifika Billboard 200 u fl-ewwel post tal-klassifika Dance/Electronic Albums tal-istess Billboard. L-ewwel żewġ kanzunetti tagħha, "Just Dance" u "Poker Face", miktuba u prodotti t-tnejn li huma minn RedOne, saru suċċess internazzjonali, fejn spiċċaw fil-quċċata tal-Billboard Hot 100 fl-Amerika u rebħu unuri għall-Aqwa Album Elettroniku/Dance u l-Aqwa Rikording Dance. Mal-bidu tal-2009 bdiet l-ewwel tour tagħha, The Fame Ball Tour. Mar-raba' kwart tas-sena, kienet ħarġet it-tieni album tagħha bl-isem ta' The Fame Monster, li kien jinkludu l-kanzunetta "Bad Romance", waqt li bdiet it-tieni tour tagħha, The Monster Ball Tour.

L-ispirazzjoni għal Lady Gaga huma l-kantanti glam rock David Bowie u Queen, u kif ukoll il-mużiċisti pop Madonna u Michael Jackson. Hi stqarret kif il-moda hi wkoll sors ta' ispirazzjoni għall-kitba u l-esebizzjonijiet tagħha. Sa Awwissu 2010, Gaga biegħet iktar minn 13-il miljun album u 51 miljun diska madwar id-dinja.[1] Il-magażin Time, f'Mejju tal-2010, poġġiet lil Gaga fil-lista tat-Time 100 tal-aktar persuni influwenti fid-dinja. F'Ġunju tal-2010, Forbes niżżlet lil Gaga bħala r-raba' fil-lista tal-aktar ċelebrità b'saħħithom u influwenti fid-dinja; hi wkoll tinsab fit-tieni post tal-aktar mużiċista b'saħħitha fid-dinja.[2][3]

Bijografija

1986–2004: Tfulija u l-adoloxxenza

Stefani Germanotta twieldet New York nhar it-28 ta' Marzu, 1986, l-ikbar tifla ta' Joseph Germanotta, imprenditur tal-internet Taljan Amerikan, u Cynthia Bissett.[4] Hi tgħallmet il-pjanu meta kellha erba' snin; ta' tlettax ikkomponiet l-ewwel ballata għall-pjanu u ta' erbatax bdiet tkanta f'serati fejn l-udjenza setgħet tesebixxi ruħha quddiema il-mikrofonu. Fl-età ta' ħdax-il sena, Germanotta bdiet tattendi l-Kunvent tal-Qalb ta' Ġesù, skola Kattolika privata f'Upper East Side ġo Manhattan,[5] imma sostniet fuq kif hi mhix ġejja minn xi sfond soċjali sinjur, fejn stqarret li l-ġenituri "[huma] t-tnejn ġejjin minn familji ta' klassi baxxa, u għalhekk ħdimna għal kollox — ommi kienet taħdem mit-tmienja sat-tmienja 'l bogħod mid-dar, fit-telekomunikazzjoni, u l-istess kien jagħmel missieri."[6] L-imħabba li kellha għall-palk dehret fiż-żmien li kienet tattendi l-iskola sekondarja, fejn kienet ingħatat l-irwol prinċipali ta' Adelaide f'Guys and Dolls u ta' Philia f'A Funny Thing Happened on the Way to the Forum.[7] Hi stess tistqarr fuq kif il-ħajja akkademika tagħha matul dan iż-żmien kienet waħda "ta' dedikazzjoni, ta' studju, u ta' dixxiplina" imma wkoll "b'xi ftit ta' nuqqas ta' sigurtà". Kif qalet f'intervista, "Kienu jgħadduni biż-żmien minħabba li jew kont inkun wisq provokattiva jew wisq eċċentrika, u għalhekk bdejt nillimita ruħi xi ftit. Ma kontx inħossni nappartjeni għal tal-madwar, u ħassejtni qisni skerz."[8][9] Studenta li kienet tattendi magħha l-iskola sekondarja fakkret kif "Hi kellha grupp ta' ħbieb; kienet studenta bil-għaqal. Kienet tħobb ħafna s-subien, però l-kant kien in-numru wieħed."[10]

Ta' sbatax-il sena, eżattament, nhar it-23 ta' Awwissu, 2003, Germanotta daħlet fit-Tisch School of the Arts tal-Università ta' New York. Hemmhekk hi studjat il-mużika u tejjbet l-abbilitajiet tagħha bħala liriċista fejn il-kitbiet tagħha kienu jduru madwar l-arti, ir-reliġjon, il-problemi soċjali u l-politika. Germanotta ħasset kif hi kienet iktar kreattiva minn biċċa minn sħabha tal-klassi. "Ġaladarba titgħallem fuq kif għandek taħseb dwar l-arti, tista' tgħallem lilek innifsek," stqarret. Mat-tieni semestru tat-tieni sena ta' studju hi ħalliet l-iskola sabiex tiffoka iktar fuq il-karriera mużikali tagħha.[11] Missierha kien qabel li jħallsilha l-kera għal sena, bil-patt u l-kundizzjoni li terġa' tidħol fit-Tisch jekk ma kienx se jirnexxielha.

Il-bidu tal-karriera

Gaga tkanta f'ristorant fl-ewwel snin tal-karriera tagħha

Lady Gaga għall-bidu iffirmat kuntratt ma' Def Jam, meta kellha dsatax-il sena, wara li d-diskografiku L. A. Reid kien semagħha tkanta fil-kuritur mill-uffiċċju tiegħu. Madanakollu, il-kantanta ċaħdet li hi u Reid kienu qatt iltaqgħu u l-kuntratt ġie xolt wara biss tliet xhur. Madwar sena wara ġiet skoperta mid-diskografiku Vincent Herbert li taha kuntratt mal-Interscope Records f'Jannar tal-2008. Hi rnexxielha tħalli 'l kulħadd impressjonat għall-widna lejn il-mleodija u għall-abilitajiet bħala kantawtriċi, u bdiet taħdem bħala kantawtriċi, fejn kitbet għall-Konvict Muzik, it-tikketta diskografika ta' Akon, u għal artisti bħal Fergie, Pussycat Dolls, Britney Spears u New Kids on the Block.[5] Għal Britney Spears kitbet "Quicksand" u "Amnesia", li suċċessivament ġew inklużi bħala bonus track fl-album Circus. Fl-ewwel xhur tal-2007, Jimmy Iovine, il-president tal-Interscope Records, indunat bit-talent tagħha u fuq parir ta' Akon, li kien l-ewwel fost dawk li emmnu bit-talenti vokali tagħha, iddeċieda li jagħtiha kuntratt diskografiku.[12][13]

Għall-2007 kollu, Lady Gaga ħadmet b'mod kostanti mal-ħabiba tagħha, DJ u ballerina Lady Starlight. Iż-żewġt iħbieb bdew jesebixxu flimkien f'diversi kunċerti u manifestazzjonijiet lokali bħal fil-Mercury Lounge u r-Rockwood Music Hall. L-esebizzjonijiet tagħhom, taħt l-isem ta' "The Ultimate Pop Burlesque Rock Show", kienu jagħtu ġieħ għall-varjetà tas-snin sebgħin. F'Awwissu 2007, it-tnejn li huma ġew invitati biex jipparteċipaw f'festival mużikali Lollapalooza, fejn issorprendu lill-udjenza preżenti b'esibizzjoni deskritta bħala selvaġġa.[14]

Grazzi għall-kollaborazzjoni ma' Akon, Gaga bdiet tibni l-materjal proprju tagħha, fejn ħadmet bi sħiħ għall-ewwel album tagħhom, viċin tim ta' produtturi bħal RedOne u Rob Fusari. Wara li għall-bidu bdiet tiċċentra l-mużika tagħha fuq id-dance elettronika avant-garde, sabet it-triq mużikali tagħha meta bdiet tavviċina aktar għall-pop melodiku u għall-glam rock ta' David Bowie u l-grupp Queen;

 Minn dejjem kont inħobb il-mużika u d-dinja tal-ispettaklu. Inħobb ħafna l-mużika pop, rock u mmur għal kunċerti iżda wkoll it-teatru. Meta skoprejt il-mużika tal-Queen u ta' David Bowie fhimt li stajt inwaħħad flimkien il-pop u r-rock flimkien mad-dance, għar-repertorji tiegħi.[15] 

Id-debutt: The Fame

Lady Gaga waqt esebizzjoni diretta

Nhar it-8 ta' April iddebuttat bil-kanzunetta "Just Dance", li laħqet instantanjament it-tien post fil-klassifika dance tal-Istati Uniti u fl-ewwel post f'seba' pajjiżi — l-Awstralja, l-Irlanda, il-Kanada, l-Olanda, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.[16] F'Awwissu tal-2008 ippubblikat l-album debuttanti tagħha, The Fame, fejn fih għamlet analisi ta' kull aspett tal-fama u li wieħed isir famuż. L-album jiġbor fih diversi ġeneri mużikali, li jmorru mid-dance għall-elettropop.[13] Fil-frattemp, Lady Gaga bdiet taħdem fil-proġett kollettiv imsejjaħ "Haus of Gaga", fejn ikkollaboraw ma' Gaga fuq il-ħwejjeġ tagħha, ix-xenografija u sperimentazzjoni ta' tipi ġodda ta' ħsejjes.[5] Fil-proġett ipparteċipaw stilisti u produtturi, li taw ħajja għal tim kreattiv fuq mudell tal-"Factory" ta' Andy Warhol.

It-tieni silta mużikali mill-album The Fame, "Poker Face", ħarġet fit-23 ta' Settembru, 2008, u sparat fil-quċċata ta' madwar għoxrin pajjiż, ħafna minnhom ikunu swieq mużikali kbar. "Poker Face" saret ukoll it-tieni kanzunetta konsekuttiva ta' gaga li waslet fl-ewwel post fil-Billboard Hot 100 f'April 2009.[17] Suċċessivament, il-Haus of Gaga bdiet iddawwar l-attenzjoni tagħha lejn is-suq Amerikan b'Gaga tipparteċipa fl-ewwel serje ta' kunċerti flimkien mal-kollegi tagħha fl-Interscope, New Kids on the Block, li kienu għadhom kif reġgħu ngħaqdu. Hi dehret bħala arista mistiedna fil-kanzunetta "Big Girl Now" mill-album ġdid tagħhom, The Block.[18] L-album The Fame kompla jimpressjona fil-klassifiki mondjali, fejn laħaq l-ewwel post fil-Kanada u l-Irlanda, u l-kanzunetti tiegħu ma naqsux li jidhru wkoll fil-quċċatta ta' diversi klassifiki.

Fl-2009 bdew l-ewwel rikonoxximenti tal-ħidmiet tagħhoma, bil-kanzunetta "Just Dance" tiġi nominata bħala "L-Aqwa Produzzjoni Dance" fil-51 edizzjoni tal-Grammy Awards, li suċċessivament ġie mirbuħ minn "Harder, Better, Faster, Stronger" ta' Daft Punk. Fit-18 ta' April 2009, flimkien ma' Brandon Flowers tal-grupp The Killers, esebixxiet flimkien mal-Pet Shop Boys fuq il-palk tal-BRIT Awards 2009.

Nhar it-3 ta' Frar 2009 ġiet ippubliakta t-tielet kanzunetta tal-album, "Eh, Eh (Nothing Else I Can Say)", li rċiviet ħafna rikonoxximenti fl-Awstralja, fi New Zealand u Franza, minkejja li ma rnexxilhiex tħalli l-istess marka bħad-diski preċedenti. Xahar wara ħarġet ir-raba' kanzunetta, "LoveGame" li kisbet suċċess fl-Amerika. Il-vidjo ta' din il-kanzunetta, madanakollu, qajjem ħafna polemiki f'diversi pajjiż fejn ġie ċċensurat u saħansitra, l-istazzjon televiżiv Awstraljan Network Ten irrifjuta li jdoqq dan il-vidjo minħabba kontenut sesswalment espliċitu.[19]

Nhar it-12 ta' Marzu 2009 ingħata l-bidu t-tour fl-Amerika ta' Fuq, The Fame Ball Tour, prodott fuq il-mudell tal-kollettiv Haus of Gaga, b'esebizzjonijiet multimedjali, fejn barra li dan it-tour kien jikkonċentra fuq il-mużika, ta importanza lill-moda u t-teknoloġija. Is-sett ta' kunċerti kienu jinvolvi tapep differenti, minn Los Angeles, San Diego, San Francisco u diversi postijiet oħra. Barra minnhekk, biex tippromwovi s-cd tagħha, esebixxiet f'diversi programmi televiżi kemm dawk Amerikani kif ukoll dawk barranin.

Diskografija

Albums

Sena Album Pożizzjoni fil-klassifiki[20][21] Bejgħ
USA AUS CAN FRA GER IRE NET NOR NZ UK
2008 The Fame 2 4 1 12 1 1 12 4 2 1
  • Bejgħ mondajli: 8,000,000+
2009 The Fame Monster
  • Pubblikat: 23 ta' Novembru, 2009
  • Formati: CD, LP, diġitali
5

Referenzi

  1. ^ MTV News, ed. (12-08-2010). "Spotted: Lady Gaga Celebrates Success In Los Angeles" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Pomerantz, Dorothy. Forbes (ed.). "The World's Most Powerful Celebrities" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |koawturi= injorat (għajnuna)
  3. ^ Pomerantz, Dorothy. Forbes (ed.). "The Celebrity 100: #4 Lady Gaga" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |koawturi= injorat (għajnuna)
  4. ^ "Lady GaGa - Biography" (bl-Ingliż). 16-04-2009. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ a b ċ The New York Times, ed. (14-12-2008). "Lady GaGa: the future of pop?" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ Barber, Lynn (06-12-2009). The Sunday Times (ed.). "Shady lady: The truth about pop's Lady Gaga" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  7. ^ Grigoriadis, Vanessa (28-03-2010). New York Magazine (ed.). "Growing Up Gaga" (bl-Ingliż). p. 7. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  8. ^ Bream, Jon (21-03-2009). The Star Tribune Company (ed.). "Don't Gag on Gaga" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  9. ^ Poppell, Seth (22-12-2009). In Touch Weekly (ed.). "Lady Gaga was surprisingly normal" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  10. ^ Callahan, Maureen (22-01-2010). New York Post (ed.). "Who's that lady?" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |koawturi= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  11. ^ Harris, Chris (09-06-2008). MTV Networks (ed.). "Lady GaGa Brings Her Artistic Vision Of Pop Music To New Album" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  12. ^ Cowing, Emma (20-01-2009). "Lady GaGa: Totally Ga-Ga". The Scotsman (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  13. ^ a b "Lady Gaga Overview". Allmusic (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna)
  14. ^ "Going GaGa for Lady Gaga" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna)
  15. ^ "Negli Usa tutti pazzi per Lady GaGa" (bit-Taljan). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna)
  16. ^ "Lady Gaga and Colby O'Donis - Just Dance" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  17. ^ "Lady Gaga - Poker Face" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  18. ^ "Big Girl Now (featuring Lady Gaga)". Amazon.com (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  19. ^ "Radio Gaga". Melbourne Herald Sun (bl-Ingliż). 21-06-2009. Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  20. ^ "Lady GaGa:The Fame on world charts" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  21. ^ "Lady GaGa's 'Fame' rises to No. 1". Canadian Albums Chart (bl-Ingliż). 25-01-2009. Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Markup għal tipa korsiva jew grass ma jistax jintuża: |xogħol= (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni