Gonzalo Higuaín: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.3) (Bot Żieda: ckb:گۆنزالۆ ھیگوەین
Linja 94: Linja 94:
[[bg:Гонзало Игуаин]]
[[bg:Гонзало Игуаин]]
[[ca:Gonzalo Gerardo Higuaín]]
[[ca:Gonzalo Gerardo Higuaín]]
[[ckb:گۆنزالۆ ھیگوەین]]
[[cs:Gonzalo Higuaín]]
[[cs:Gonzalo Higuaín]]
[[da:Gonzalo Higuaín]]
[[da:Gonzalo Higuaín]]

Reviżjoni ta' 20:11, 20 Jannar 2013

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Gonzalo Gerardo "El Pipita" Higuaín (Brest, 10 ta' Diċembru 1987) huwa plejer tal-futbol Arġentin, imwieled Franċiż, li attwalment jilgħab bħala attakkant mal-klabb Spanjol ta' Real Madrid u t-tim nazzjonali Arġentin. Hu hu t-tifel tal-eks-plejer Jorge "El Pipa" Higuaín, u ħu l-futboler Federico Higuaín.

Karriera

River Plate

Wara d-doppjetta kontra r-rivali eterni Boca Juniors nhar it-8 ta' Ottubru 2006, il-kowċ ta' River Plate Daniel Passarella iddikjara li quddiem il-plejer kien se jkun hemm "futur kbir" u kien "iddestinat lejn ħwejjeġ kbar."[1]

Real Madrid

Real Madrid iffirmaw lil Higuaín għal somma ta' 13-il miljum, wara li preċedentament River Plae kienu rrifjutaw offer ta' €10 miljuni għall-attakkant ta' dsatax-il sena.

Fl-iffirmar tal-kuntratt ta' sitt snin u nofs, l-attakkant stqarr:

"Hija opportunità kbira li jkolli ċans nilgħab ma' klabb daqshekk importanti bħal Real Madrid. Inħossni kburi li Real Madrid saru jafu bija."[2]

2006–07

L-ewwel logħba ta' Higuaín għal Real Madrid kienet fl-14 ta' Jannar kontra Real Zaragoza. F'din il-partita Higuaín ibrilla bil-ħafna ċansijiet li ħoloq li sħabu tat-tim u kien hu li assista l-gowl tar-rebħa kruċjali ta' 1–0. L-ewwel gowl tiegħu wasal fit-62 minuta tal-partita kontra r-rivali lokali Atlético Madrid fl-24 ta' Frar 2007, bil-partita tintemm 1–1. Ġewwa l-Santiago Bernabéu, hu sab għall-ewwel darba ix-xibka fl-aħħar minuti tal-konfront kruċjali kontra RCD Espanyol fit-12 ta' Mejju 2007. Bil-partita tkun fuq 3–3, Higuaín rebaħ il-ballun qabel ma għamel trijangolazzjoni ma' José Antonio Reyes u tefa' l-ballun ġewwa x-xibka. Kien dan il-gowl li dritta t-triq ta' Real Madrid għat-tletin titlu, meta ħadu post Barcelona fl-ewwel post tal-klassifika.

2007–08

Fl-4 ta' Mejju 2008, b'Real Madrid 1–0 minn taħt kontra Osasuna, u fil-bżonn ta' tliet punti biss mill-aħħar erba' partiti sabiex jassiguraw titlu ieħor, Higuaín ħa post Javier Saviola fis-76 minuta u minn frikik, hu assista l-gowl tal-pari ta' Arjen Robben fit-88 minuta. Higuaín żewġ minuti wara skorja l-gowl tar-rebħa sabiex ta l-31 titlu tal-kampjonat lil Real Madrid.

Minkejja li kien l-eroj ta' Real Madrid fil-konkwista t-titlu, Higuaín sab ruħu fil-bank għall-partita ġewwa darhom kontra Barcelona erbat ijiem wara. Però, mad-dħul tiegħu fil-partita Higuaín reġa' ħalla impressjona kbira, meta fl-ewwel minuta wara l-introduzzjoni tiegħu hu skorja u għen lit-tim jirbaħ bl-iskor ta' 4–1.

2008–09

Nhar l-24 ta' Awwissu 2008, il-gowl ta' Higuaín fid-89 minuta ta lil Real Madrid rebħa fuq Valencia fis-Supercopa de España, it-tmien waħda fl-istorja tal-klabb. Grazzi għal numru ta' prestazzjonijiet eċċellenti, hu żamm postu mal-ewwel ħdax kemm fil-kampjonat kif ukoll fil-UEFA Champions League.

Fir-rebħa ta' 4–3 kontra Málaga tat-8 ta' Novembru 2008, Higuaín skorja l-erba' gowls li huma.[3] Bil-mod il-mod, hu sar magħruf għall-veloċità tiegħu, id-dribbling u x-xuttijiet b'saħħithom. L-istaġun għal Higuaín intemm bi 22 gowl fil-kampjonat, u 24 f'kull kompetizzjoni, biex kien l-aqwa skorer f'isem Real Madrid għal dan l-istaġun.

2009–10

Higuaín f'partita matul l-istaġun 2009–10.

L-ewwel gowl għal Higuaín fiċ-Champions League wasal fil-15 ta' Settembru 2009, meta skorja t-tielet gowl fir-rebħa ta' 5–2 fuq FC Zürich, minn passaġġ ta' Raúl. Qabel, kien hu wkoll li assista l-gowl tat-2–0 momentanju ta' Raúl.

Il-vena ta' gowls ta' Higuaín fil-kampjonat kompliet tiffjorixxi meta fil-partita kontra Real Valladolid tas-17 ta' Ottubru, minn passaġġ ta' Xabi Alonso, hu rnexxielu jqabbeż il-ballun fuq il-gowlkiper ta' Valladolid li kien barra mil-linja. Doppjetta kontra Getafe, ġiet solidifikata bi prestazzjoni oħra eċċelenti kontra r-rivali lokali ta' Atlético Madrid fil-Vicente Calderón, fejn wara li seraq il-ballun lil Luis Perea hu skorja t-tielet gowl ta' Real Madrid. Mat-total tal-istaġun żied ukoll gowl kontra Racing de Santander fir-rawnd ta' partiti ta' ritorn.

Fil-25 ta' Novembru, Higuaín skorja t-tieni gowl tiegħu fiċ-Champions League kontra Zürich, fejn skorja l-uniku gowl u assigura post fil-fażi suċċessiva. Fil-partita kontra Almería tal-5 ta' Diċembru, hu skorja gowl u pprova assist lil Cristiano Ronaldo hekk kif Real Madrid ħarġu b'rebħa importanti ta' 4–2. Higuaín żied żewġ gowls mat-total tiegħu tal-istaġun fir-rebħa ta' 3–2 kontra Valencia ġewwa l-Mestalla. Żewġ gowls oħra, li wassluh għal total ta' 10 gowls fl-istaġun, waslu kontra kontra Real Zaragoza—l-ewwel wieħed minn passaġġ ta' Marcelo u t-tieni wieħed minn xutt mill-ajru.

Lura fl-azzjoni, wara li kien weġġa' u kien barra mil-logħob għal tliet partiti, hu skorja t-tielet gowl kontra Espanyol fis-6 ta' Frar, wara li daħal bħala sostitut fl-74 minuta. Wara li fil-partita ta' wara naqas li jsib ix-xibka, fiż-żewġ konfronti li segwew skorja erba' gowls, tnejn kontra Villarreal fir-rebħa ta' 6–2 u tnejn oħra fir-rebħa ta' 5–1 kontra Tenerife. Fl-14 ta' Marzu 2010, Higuaín irnexxielu jiskorja t-tieni tripletta tiegħu ma' Real Madrid fir-rebħa kbira ta' 4–1 kontra Real Valladolid. L-20 gowl tal-istaġun wasal fir-rebħa ta' 3-1 kontra Sporting Gijón.

L-istaġun intemm bih jiskorja 27 gowl fil-kampjonat, fejn spiċċa t-tieni wara l-kompatrijott Lionel Messi fil-klassifika finali tal-aqwa skorers. Fis-7 ta' Ġunju, 2010, Real Madrid estenda l-kuntratt ta' Higuain li se jżommu mal-ġganti Spanjoli sal-2016.

Referenzi

  1. ^ International Herald Tribune, ed. (09-10-2006). "Passarella predicts River's 18-year-old Higuain has "enormous future"" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Higuain nearing move to Real Madrid SportsNews24h.com.
  3. ^ RealMadrid.com, ed. (26-12-2008). "Happy Christmas from Higuaín" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

Mudell:Tim ta' Real Madrid CF