Fażijiet lunari: Differenza bejn il-verżjonijiet
Linja 20: | Linja 20: | ||
=== It-tlugħ u l-inżul tal-qamar === |
=== It-tlugħ u l-inżul tal-qamar === |
||
* Meta jkun hemm Qamar mitluf, il-Qamar ikun |
* Meta jkun hemm Qamar mitluf, il-Qamar ikun qiegħed bejn id-Dinja u x-Xemx: jitla' filgħodu u jinżel fil-għaxija. |
||
* Fil-kwarti (l-ewwel kwart u t-tieni kwart), il-linji li jgħaqqdu d-Dinja mal-Qamar u l-Qamar max-Xemx jagħmlu angolu ta' 90°. Fl-ewwel kwart il-Qamar jitla' f' |
* Fil-kwarti (l-ewwel kwart u t-tieni kwart), il-linji li jgħaqqdu d-Dinja mal-Qamar u l-Qamar max-Xemx jagħmlu angolu ta' 90°. Fl-ewwel kwart il-Qamar jitla' f'nofsinhar u jinżel f'nofsillejl, fl-aħħar kwart jitla' f'mofsillejl u jinżel f'nofsinhar. |
||
* Meta l-Qamar ikun mimli id-Dinja tkun bejn ix-Xemx u l-Qamar. |
* Meta l-Qamar ikun mimli id-Dinja tkun bejn ix-Xemx u l-Qamar. |
||
Reviżjoni ta' 11:11, 18 Jannar 2013
Il-fażijiet lunari jew fażijiet qamrin jiddeskrivu kif jidher il-Qamar matul il-moviment tiegħu. Kif jidher jiddependi mill-orjentament tiegħu b'rispett ix-Xemx. Il-fażijiet lunari jirrepetu ruħhom f'intervall ta' żmien imsejjaħ "xhar sinodiku", ta' madwar 29 jum u nofs. Ix-xhar tal-kalendarju tagħna ġej minnu. Il-fażijiet lunari ġejjin mit-tidwir tal-Qamar u t-tibdil ċikliku tal-pożizzjoni b'rispett id-Dinja u x-Xemx li jiġi minnu .
Il-qmura
Il-qmura jew fażijiet jirrappreżentaw il-parti tal-qamar imdawla mix-Xemx.
Hemm erba' pożizzjonijiet fundamentali, rappreżentati fil-figura ta' taħt bit-titli ta' fuq, u erba' intermedji:
- Qamar mitluf
- Qamar ġdid
- L-ewwel kwart
- Qamar mużqaq
- Qamar kwinta jew Qamar mimli
- Qamar muqsar
- L-aħħar kwart
- Qamar xiħ
It-terminu "kwart" jirreferi għall-pożizzjoni tal-Qamar fl-orbita madwar id-Dinja. Meta jkun f'waħda minn dawn iż-żewġ pożizzjonijiet mid-dinja jidher biss nofs emisferu.
It-tlugħ u l-inżul tal-qamar
- Meta jkun hemm Qamar mitluf, il-Qamar ikun qiegħed bejn id-Dinja u x-Xemx: jitla' filgħodu u jinżel fil-għaxija.
- Fil-kwarti (l-ewwel kwart u t-tieni kwart), il-linji li jgħaqqdu d-Dinja mal-Qamar u l-Qamar max-Xemx jagħmlu angolu ta' 90°. Fl-ewwel kwart il-Qamar jitla' f'nofsinhar u jinżel f'nofsillejl, fl-aħħar kwart jitla' f'mofsillejl u jinżel f'nofsinhar.
- Meta l-Qamar ikun mimli id-Dinja tkun bejn ix-Xemx u l-Qamar.
Il-qamar jagħmel dawra sħiħa madwar id-dinja f'27 jum, 7 sigħat, 43 minuta u 11-il sekonda (xhar siderali). Waqt li x-xhar lunari jew sinodiku (jiġifieri l-perjodu bejn żewġ qmura mitlufin) idum 29 jum, 12-il siegħa, 44 minuta u 3 sekondi. Id-differenza ġejja mill-fatt li sistema Dinja-Qamar qiegħda torbita madwar ix-xemx fl-istess ħin li l-Qamar qiegħed jorbita madwar id-Dinja.