Papa Ljun XIII: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.2) (Bot Żieda: scn:Liuni XIII
m r2.7.2) (Robot: Bidla f'tl:Leo XIII għal tl:Leon XIII
Linja 80: Linja 80:
[[sw:Papa Leo XIII]]
[[sw:Papa Leo XIII]]
[[th:สมเด็จพระสันตะปาปาลีโอที่ 13]]
[[th:สมเด็จพระสันตะปาปาลีโอที่ 13]]
[[tl:Leo XIII]]
[[tl:Leon XIII]]
[[uk:Лев XIII]]
[[uk:Лев XIII]]
[[vi:Giáo hoàng Lêô XIII]]
[[vi:Giáo hoàng Lêô XIII]]

Reviżjoni ta' 18:42, 17 Jannar 2013

Stampa:463px-LeoXIII1900.jpg

Papa Ljun XIII (2 ta' Marzu 1810 – 20 ta' Lulju 1903), imwieled Vincenzo Gioacchino Raffaele Luigi Pecci f'familja aristokratika Taljana, kien il-256 Papa tal-Knisja Kattolika, u serva bejn l-1878 u l-1903. Kien l-ixjeħ Papa (miet ta' 93 sena), u kellu t-tielet l-itwal Pontifikat, wara l-predeċessur immedjat tiegħu Piju IX u Ġwanni Pawlu II. Magħruf l-iktar għat-tagħlim soċjali tiegħu, l-iktar bl-enċiklika tiegħu Rerum Novarum. Kien l-ewwel Papa li twieled fis-seklu 19 u l-ewwel wieħed li miet fis-seklu 20.

Saċerdot, Gvernatur, Nunzju u Arċisqof

Wara li lesta l-istudji tieghu fil-Kullegg Ruman u fl-Accademia dei nobili ecclesiastici, gie ordnat sacerdot fl-1937 u dahal mill-ewwel fis-servizz tal-Kurja Pontificja. Meta kien gvernatur ta’ Benevento u Perugia wera li kien jinqala’ hafna bhala politiku u anke bhala amministratur. Fiz-zmien li ghamel bhala Nunzju fil-Belgju, spikkat fih il-kapacità diplomatika li kellu. Wara gie nominat Arċisqof ta’ Perugia fejn wettaq hafna attività pastorali u li minhabba fiha sar wiehed mill-aktar isqfijiet mahbuba fl-Italja.

Papa

Mhux ta’ b’xejn, ghalhekk, illi fil-Konklav ta’ Frar tal-1878 (l-ewwel konklav li sar minn mindu s-Santa Sede tilfet is-setgha temporali taghha), gie elett mat-tieni jum. Huwa ghazel l-isem ta’ Ljun f’ġieħ Ljun XII, li lilu kien jammira ghall-isforzi tieghu favur l-ghaqda, kif ukoll ghall-hidma ekumenika tieghu u ghall-imhabba li kellu ghal-letteratura u x-xjenzi. Dawn kienu fil-fatt il-linji gwida li fuqhom mexa Ljun XIII matul il-pontifikat twil tieghu.

L-ewwel hidma tieghu kienet dik li jtejjeb ir-relazzjoni tal-Vatikan mal-qawwiet Ewropej, tant li rnexxielu jikkonvinci lill-Germanja biex tirrevedi l-ligijiet antiklerikali taghha. Huwa ha hsieb ukoll li jaghti rwol gdid lill-Knisja fid-dinja moderna, billi hajjar lill-Kattoliċi sabiex johorgu mill-izolament taghhom u jistinkaw sabiex jaghtu sens lill-hidma umana permezz tal-ispirtu Nisrani taghhom. Kien f’dan id-dawl li nkitbu l-enciklici tieghu fuq is-setgha civili, fuq il-kuncett ta’ liberta’ u gustizzja u fuq kollox l-aqwa opra tal-pontifikat tieghu, ir-Rerum Novarum. Fiha huwa waqaf ghad-drittijiet tal-haddiema u b’hekk niseg l-aktar dokument socjali importanti tas-Santa Sede.

Ljun XIII ħadem ukoll bis-shih sabiex itaffi l-firdiet bejn il-Knejjes Insara u matul is-sena tal-Gublew tal-1900 ikkonsagra lill-umanita’ kollha lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.

B'differenza mill-Papiet kollha ta' warajh hu ma riedx jindifen fil-Bażilika ta' San Pietru fil-Vatikan imma fil-Lateran.