David de Gea: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.2+) (Bot Żieda: my:ဒီဂီယာ
m r2.7.3) (Bot Żieda: sk:David de Gea
Linja 135: Linja 135:
[[sh:David de Gea]]
[[sh:David de Gea]]
[[simple:David de Gea]]
[[simple:David de Gea]]
[[sk:David de Gea]]
[[sr:Давид де Хеа]]
[[sr:Давид де Хеа]]
[[sv:David de Gea]]
[[sv:David de Gea]]

Reviżjoni ta' 10:32, 3 Jannar 2013

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 David de Gea Quintana (Madrid, 7 ta' Novembru 1990) huwa plejer tal-futbol Spanjol li jilgħab bħala gowlkiper ma' Manchester United. Imrobbi fl-akkademja ta' Atlético Madrid mill-età ta' 10 snin, hu ddebutta mal-ewwel tim fl-2009. Wara li sar l-ewwel għażla bejn il-lasti, il-prestazzjonijiet tiegħu laqqtu għajn il-klabb ta' Manchester United li ffirmawh magħhom fl-2011.

Karriera

Atlético Madrid

De Gea ingħaqad mal-akkademja ta' Atlético Madrid ta' 10 snin. Hu qatta' l-ewwel staġuni professjonali tiegħu ma' Atlético Madrid B (it-tim tar-riservi) fis-Segunda División B. Bil-gowlkiper tal-ewwel għażla Sergio Asenjo jiġi msejjaħ għat-Tazza tad-Dinja U-20 2009, De Gea ingħażel mal-ewwel skwadra bħala kopertura għal Roberto. Hu lagħab l-ewwel logħba tiegħu fit-30 ta' Settembru 2009, meta daħal bħala sostitut għall-imweġġa Roberto wara 26 minuta fil-partita kontra Porto mill-UEFA Champions League; De Gea sofra żewġ gowls fl-aħħar minuti biex Atlético tilfu 2–0.[1]

Il-problemi fiżiċi ta' Roberto fissru li De Gea ġie magħżul mal-ewwel ħdax tliet ijiem fil-konfront kontra Real Zaragoza mil-La Liga. Bit-tim tiegħu 1–0 minn fuq, De Gea waqqa' lil Jorge López fil-kaxxa però rnexxielu jsalva l-penalty segwenti mogħti minn Marko Babić, sabiex ħarġu rebbieħa 2–1.[1] Wara numru ta' żbalji minn Asenjo, u l-wasla ta' Quique Sánchez Flores bħala l-kowċ il-ġdid, De Gea temm l-istaġun 2009–10 bħala n-numru wieħed. Hu deher fit-tmien logħbiet tal-kampanja rebbieħa tal-UEFA Europa League, fosthom fil-finali mirbuħa kontra Fulham.

L-istaġun 2010–11 bdieh bl-aqwa mod possibbli, hekk kif għen lil Atlético jirbħu s-Super Cup Ewropea kontra l-Inter, fejn fil-finali salva wkoll penalty mogħti mill-attakkant Diego Milito.

Manchester United

L-ewwel nofs tal-2011 kien hemm għajdut kbir fuq min kellu jkun l-eredi ta' Edwin van der Sar bejn il-lasti ta' Manchester United. Wara l-logħba ta' testimonjanza f'ġieħ is-servizzi ta' Gary Neville fl-24 ta' Mejju, il-kowċ ta' United Alex Ferguson stqarr li kien hemm qbil biex jiġi akkwistat De Gea, imma din kienet miċħuda aktar tard mir-rappreżentanti ta' De Gea, b'dan tal-aħħar jistqarr li hu kien se jikkunsidra l-futur tiegħu wara l-Kampjonati Ewropej tal-U-21.[2] Wara r-rebħa ta' Spanja, De Gea deher f'Manchester jagħmel testijiet mediċi ma' United fis-27 ta' Ġunju. It-trasferiment tiegħu ġie kkonfermat fid-29 ta' Ġunju.[3]

Id-debutt kompetittiv tiegħu wasal fil-Community Shield tas-7 ta' Awwissu kontra r-rivali Manchester City, li United rebħuha bl-iskor ta' 3–2.[4]

Statistika

Statistika korretta sal-11 ta' Settembru 2011

Staġun Klabb Kampjonat Tazzi nazzjonali Tazzi interkontinentali Tazzi oħrajn Total
Komp Preż Gowls Komp Preż Gowls Komp Preż Gowls Komp Preż Gowls Preż Gowls
2009–10 Spanja Atlético Madrid LL 19 0 TR 7 0 UCL+UEL 1+8 0+0 35 0
2010–11 LL 38 0 TR 5 0 UEL 5 0 SC 1 0 49 0
Total 57 0 12 0 14 0 1 0 84 0
2011–12 Ingilterra Manchester United PL 4 0 FA+LC 0 0 UCL 0 0 CS 1 0 5 0
Total fil-karriera 61 0 12 0 14 0 2 0 89 0

Referenzi

  1. ^ a b Bryan, Paul (05-10-2009). UEFA.com (ed.). "De Gea stands tall after whirlwind bow" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ BBC Sport, ed. (26-05-2011). "De Gea denies Manchester United deal is imminent" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ BBC Sport (ed.). "Manchester United confirm signing of David de Gea" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna)
  4. ^ Bevan, Chris (07-08-2011). BBC Sport (ed.). "Man City 2-3 Man Utd" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

Mudell:Tim ta' Manchester United FC