Hiroshima: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.3) (Robot: Bidla f'uk:Хірошіма għal uk:Хіросіма
Linja 63: Linja 63:
[[mr:हिरोशिमा]]
[[mr:हिरोशिमा]]
[[ms:Hiroshima]]
[[ms:Hiroshima]]
[[my:ဟီရိုရှီးမားမြို့]]
[[mzn:هیروشیما (شهر)]]
[[mzn:هیروشیما (شهر)]]
[[nl:Hiroshima (stad)]]
[[nl:Hiroshima (stad)]]

Reviżjoni ta' 07:23, 15 Diċembru 2012

Hiroshima (広島市) hija l-ikbar belt fir-reġjun Chūgoku fil-Punent ta' Honshū, l-ikbar gżira tal-Ġappun. Kienet l-ewwel belt fl-istorja tad-dinja li nqerdet b'bomba nukleari meta l-Istati Uniti tal-Amerika tefgħet fuqha bomba atomika fit-8:15am tas-6 t'Awissu, 1945, lejn l-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-bomba msejħa "Little Boy" intefgħet minn bomber Amerikan B-29, Enola Gay, u stmat li qatlet direttament 80,000 ruħ. Sal-aħħar tas-sena, il-ġrieħi u r-radjazzjoni tellgħu l-ammont ta' vittmi għal 90,000-140,000 ruħ. Iktar minn żewġ terzi tal-bini tal-belt inqered kompletament. Jumejn wara, l-Amerikani tefgħu bomba oħra fuq il-belt Ġappuniża ta’ Nagasaki.

Il-kontroversja fuq l-attakk nukleari

L-użu tal-bombi atomiċi, ordnati mill-President Amerikan Harry Truman għadu sal-lum suġġett ta’ kontroversja kbira. Fuq naħa hemm min isostni li l-użu ta’ dawn il-bombi salvaw il-ħajja ta’ eluf ta’ suldati Amerikani, Ingliżi u alleati oħra. Dan għax wara l-bombi l-Ġappun ċeda u ma kienx hemm bzonn invażjoni tal-Ġappun. Min isostni din il-pożizzjoni jsemmi l-ġlied fi gżejjer Ġappuniżi jew okkupati mill-Ġappuniżi bħall-Filippini, Saipan, Iwo Jima u oħrajn fejn id-difensuri Ġappuniżi ġġieldu bl-aħrax kontra t-truppi Amerikani. U ġġieldu sakemm mietu għax kien it-twemmin tal-Ġappuniżi, skond il-kodiċi Bushido, kien diżunur mill-ikbar li ċċedi u tispiċċa priġunier. Huwa fatt li l-Ġappun kien qieghed jiehu mizuri estremi biex iwaqqaf l-avvanzata tal-alleati, fosthom l-attakki suwicida bl-ajruplani, human torpedos. Sistema “militari” li daħlet fil-vokabolarju dinji l-kelma “kamikaze”.

Min-naħa l-oħra hemm min isostni li min ordna u min wettaq l-attakki b’dawn il-bombi qerrieda ghandu jitqies bhala “kriminali tal-gwerra”. Kien zmien meta l-ajruplani Amerikani B-29, bl-uzu ta’ bombi konvenzjonali u tan-nar, kienu qeghdin jeqirdu bliet shah tal-Gappun. Kien zmien meta l-flotta merkantili Gappuniza kienet spiccat f’qiegh il-bahar u l-Gappun kien wasal f’qaghda fejn ma kienx se jifdallu petrol, materja prima u anke ikel biex jibqa’ jirrezisti. Dak iz-zmien ukoll l-Unjoni Sovjetika ddikjarat gwerra kontra l-Gappun u baghtet armati vasti biex kaxkru l-unika armata kbira li kien fadallu l-Gappun u li kienet fil-Manchuria u l-Korea. Dawn jghidu li l-iskuza li l-bombi atomici ntefghu ghax Truman beza’ li tintilef il-hajja ta’ miljun Amerikan giet imgiddba anke minn kapijiet militari Amerikani bhall-Ammiral Nimitz u l-General Eisenhower li kienu tal-fehma li l-Gappun kien digà tilef il-gwerra u li kienu ilhom jipprovaw icedu minn Mejju 1945, meta l-bombers Amerikani qerdu l-parti l-kbira ta’ Tokjo. Fil-fatt il-Gappunizi kienu bdew kuntatti mal-mexxej Sovjetiku Stalin biex tintemm il-gwerra. Kollox kien juri li l-Gappunizi ma kellhom ebda cans li jwettqu rezistenza fit-tul. U r-rekords storici juru li d-dhul ta’ l-Unjoni Sovjetika fil-gwerra kellu effett ikbar fuq il-mexxejja Gappunizi biex icedu milli kellhom il-bombi atomici. L-Amerikani kienu qerdu kwazi kull belt hlief hamsa jew sitta li thallew mhux mittiefsa ghal tal-apposta. Tnejn minn dawn kienu Hiroshima u Nagasaki. Hafna jemmnu li l-Amerikani ma kellhomx ghalfejn “jipprovaw” l-effett devastanti ta’ dawn il-bombi ghax dan kien evidenti u car mill-provi li ghamlu. Ghalhekk, isostnu hafna, dawn il-bombi ntefghu fuq Hiroshima u Nagasaki bhala twissija lil pajjizi ohrajn. Fuq kollox lill-Unjoni Sovjetika u l-forzi Komunisti fic-Cina li bdew offensiva kontra l-forzi Nazzjonalisti. Ghax digà kien hemm fost il-militar tal-Istati Uniti li beda jippjana attakk nukleari biex jeqred lill-Unjoni Sovjetika. Li gara zgur huwa li l-uzu ta’ l-armi mill-Amerikani wera li dawn kienu lesti juzaw armi tant qerrieda u b’hekk bdiet tellieqa li wasslet ghal zewg blokki militari jiffaccjaw lil xulxin u sikwit tefghu lid-dinja f’xifer il-qerda shiha.