Wes Brown: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Bot Żieda: jv:Wes Brown
m r2.7.2) (Bot Tneħħija: uz:Wes Brown
Linja 205: Linja 205:
[[tr:Wes Brown]]
[[tr:Wes Brown]]
[[uk:Вес Браун]]
[[uk:Вес Браун]]
[[uz:Wes Brown]]
[[vi:Wes Brown]]
[[vi:Wes Brown]]
[[zh:韦斯·布朗]]
[[zh:韦斯·布朗]]

Reviżjoni ta' 13:29, 11 Diċembru 2012

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Wesley Michael "Wes" Brown (Manchester, 13 ta' Ottubru 1979) hu plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab bħala difensur mat-tim tal-Premier League Sunderland.

Karriera

Manchester United

F'età ta' tnax-il sena Brown ingħaqad mal-akkademja ta' Manchester United, wara li kien qatta' xi snin jilgħab bħala student għal Burnage High School u l-Fletcher Moss Rangers. Brown wera t-talent u l-maturità tiegħu f'età tenera, fejn iffirma l-ewwel kuntratt professjonali ma' Manchester United fl-14 ta' Novembru 1996, meta kellu biss sbatax-il sena.

Brown għamel suċċess mat-timijiet ġovanili u tar-riservi fejn irnexxielu jirbaħ l-FA Youth Cup u kif ukoll midalja mar-riservi tal-Lancashire Division One. Mal-kollezzjoni tiegħu żied ukoll l-unur tal-Plejer Żagħżugħ tas-Sena.

Fl-4 ta' Mejju 1998, Brown għamel id-debutt mal-ewwel tim fil-Premiership kontra Leeds United bħala sostitut. L-iżblokk tiegħu wasal fis-sena ta' wara, fl-istaġun 1998–99, fejn għamel diversi dehriet mal-ewwel tim bħala difensur fuq il-faxxa leminija kif ukoll fil-pożizzjoni naturali tiegħu ta' difensur ċentrali. L-istaġun ma setax jispiċċa aħjar għal Brown, hekk kif United kisbu l-famuża Tripletta.

Waqt li kien qed jitħarreġ mal-iskwadra fil-kampanja tal-1999–2000, Brown sofra mill-ewwel fost ħafna waqfiet li għamel fil-karriera tiegħu mil-logħob. Bħala riżultat, ma lagħab l-ebda logħba kompettittiva matul l-istaġun, waqt li United marru biex jirbħu s-sitt titlu tal-Premier League fi tmien staġuni.

Ir-ritorn tiegħu s-sena ta' wara kien wieħed mill-aqwa fejn ġie mfaħħar minn kulħadd tal-ħila li wera, bil-kowċ tal-klabb Sir Alex Ferguson jistqarr li Brown kien l-aqwa difensur fil-klabb.[1]

Kampanja tajba fl-istaġun 2000–01 ġiet segwita minn sena oħra mill-aqwa fl-2001–02. Ir-reputazzjoni tiegħu kibret aktar matul l-istaġun 2002–03, imma għal darb'oħra l-prestazzjonijiet tiegħu kienu mwaqqfa minn xi uġigħ li sofra. Fl-aħħar ġurnata tal-istaġun Brown ġibed ligament tal-irkoppa, u ma reġax irritorna fl-azzjoni sa nofs l-istaġun 2003–04. Brown spiċċa l-istaġun b'forma tajba, fejn irnexxielu jagħmel prestazzjoni imperjali kontra Arsenal fis-semifinali tal-FA Cup. Kien wara din il-prestazzjoni li Ferguson reġa' stqarr li Brown hu "l-aqwa difensur naturali" fl-Ingilterra.[2] Minkejja dan kollu, Brown ma sabx postu fl-iskwadra Ingliża għall-Kampjonati Ewropej tal-2004.

Wara kważi tliet snin mingħajr ma jiskorja gowl fil-Premier League għal United, Brown skorja fit-23 ta' Marzu 2008 kontra r-rivali Liverpool, fir-rebħa ta' 3–0.

Wara li għall-bidu irrifjuta offerta ta' kuntratt ġdid f'Diċembru tal-2007,[3] Brown iffirma kuntratt ġdid ta' ħames snin flimkien mad-difensur Rio Ferdinand u l-midfilder Michael Carrick f'April tal-2008, li b'hekk se jżommu mal-klabb sal-2013.[4] Fl-4 ta' Ottubru 2008, Brown skorja r-raba' gowl tal-karriera tiegħu ma' Manchester United meta skorja b'daqqa ta' ras minn passaġġ ta' Wayne Rooney fir-rebħa li United għamlu fuq Blackburn Rovers bl-iskor ta' 2–0.

F'Novembru tal-2008 Wes Brown kien imġiegħel joqgħod barra mil-logħob għal ħames ġimgħat wara operazzjoni fl-irkoppa. Wara ħafna intoppi fit-triq tiegħu biex jirkupra mill-ġdid, Brown irritorna fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat meta lagħab id-90 minuta kollha kontra Hull City.[5] Fiż-żewġ staġuni segwenti, l-involviment tiegħu mal-ewwel tim naqas ħafna fejn fl-aħħar staġun tiegħu mal-klabb tal-United beda biss ħames logħbiet.

Sunderland

Fis-7 ta' Lulju 2011, Brown iffirma kuntratt ta' erba' snin ma' Sunderland għal somma mhux magħrufa.[6] Iddebutta fl-ewwel ġurnata tal-istaġun 2011–12 fi dro ta' 1–1 kontra Liverpool, fejn ġie vvutat ukoll bħala l-plejer tal-partita.

Internazzjonali

Brown iddebutta mat-tim Ingliż kontra l-Ungerija nhar it-28 ta' April 1999. Hu ngħata post mat-tim Ingliż għat-Tazza tad-Dinja 2002.

Wara li ma ntgħażilx għat-Tazza tad-Dinja 2006, hu reġa' ġie msejjaħ mill-kowċ Steve McClaren, u lagħab fir-rebħa kontra l-Andorra nhar it-2 ta' Settembru fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008, fejn ħa post lil Rio Ferdinand li kien imweġġa biex ifforma koppja difensiva ma' John Terry.

Fabio Capello tah post mal-ewwel ħdax fl-ewwel żewġ partiti taħt il-gwida tat-tim nazzjonali kontra l-Iżvizzera u Franza. L-ewwel gowl fuq livell internazzjonali wasal kontra r-Repubblika Ċeka f'Wembley nhar l-20 ta' Awwissu.

Brown irtira mill-futbol internazzjonali fit-8 ta' Awwissu, 2010, jum biss wara li ġie magħżul għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ungerija.[7]

Unuri

Klabb

Ingilterra Manchester United

Statistika

Statistika korretta sad-29 ta' Jannar 2012[8]

Klabb Staġun Kampjonat FA Cup League Cup Ewropa Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Manchester United 1997–98 2 0 0 0 0 0 0 0 0 0 2 0
1998–99 24 0 2 0 1 0 4 0 0 0 21 0
1999–2000 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0
2000–01 28 0 1 0 1 0 11 0 0 0 41 0
2001–02 17 0 0 0 0 0 7 0 0 0 24 0
2002–03 22 0 2 0 5 0 6 1 0 0 35 1
2003–04 17 0 6 0 0 0 2 0 0 0 25 0
2004–05 21 1 6 0 3 0 7 0 0 0 37 1
2005–06 19 0 4 0 5 0 3 0 0 0 31 0
2006–07 22 0 6 0 2 0 7 0 0 0 37 0
2007–08 36 1 4 0 1 0 10 0 1 0 52 1
2008–09 8 1 0 0 1 0 2 0 2 0 13 1
2009–10 18 0 1 0 4 0 4 0 0 0 27 0
2010–11 7 0 3 1 3 0 2 0 0 0 15 1
Total 232 3 35 1 27 0 65 1 3 0 361 5
Sunderland 2011–12 20 1 1 0 1 0 22 1
Total fil-karriera 252 4 36 1 28 0 65 1 3 0 384 6

Referenzi

  1. ^ TheFA.com, ed. (01-02-2006). "Wes Brown, Manchester United" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Scott the Red (22-09-2007). The Republik of Mancunia (ed.). "The Best Natural Defender In England" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ BBC Sport, ed. (2007-12-08). "Brown snubs final contract offer" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  4. ^ BBC Sport, ed. (18-04-2008). "Ferdinand signs new Man Utd deal" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ BBC Sport, ed. (24-05-2009). "Hull 0-1 Man Utd" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ BBC Sport, ed. (07-072011). "Manchester United's Wes Brown completes Sunderland move" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  7. ^ BBC Sport, ed. (08-08-2010). "Defender Wes Brown ends England career" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  8. ^ Andrew Endlar. StretfordEnd.co.uk (ed.). "Wes Brown" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)

Ħoloq esterni

Mudell:Tim ta' Sunderland AFC