Erbivoru: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.6.5) (Bot Bidla: ru:Фитофагия
Linja 75: Linja 75:
[[qu:Yura mikhuq]]
[[qu:Yura mikhuq]]
[[ro:Erbivor]]
[[ro:Erbivor]]
[[ru:Травоядные]]
[[ru:Фитофагия]]
[[sh:Biljojedi]]
[[sh:Biljojedi]]
[[simple:Herbivore]]
[[simple:Herbivore]]

Reviżjoni ta' 19:50, 25 Novembru 2012

Iljunfant Loxodonta spp. eżempju ta' mammiferu Erbivoru tal-familja Elephantidae

Erbivoru (mil-Latin "herba" - erbi- li tfisser ħaxix u "vorare" - -voru li tfisser tibla u taħtaf l-ikel) huwa organiżmu li jiekol il-pjanti biss.

B' din id-definizjoni, ħafna fungi, uħud mil-batteri, ħafna annimali, madwar 1% tal-pjanti bil-fjuri u ftit protisti jistgħu jiġu kkunsidrati bħala Erbivori. Madankollu ħafna nies jużaw din it-termini biex jidderkrivu l-annimali biss. Fungi, batteri u protisti li jikkunsmaw pjanti ħajjin ħafna drabi jsejħulhom patoġeni tal-pjanti. Mikrobi li jikkunsmaw pjanti mejtin jgħidulhom saprotrofi. Pjanti tal-fjuri li jakkwistaw in-nutrizjoni minn pjanti oħrajn ħajjin, normalment jissejħu pjanti parasiti.

Fiż-żooloġija, Erbivoru huwa annimal li huwa addattat b' tali mod li jiekol primarjament pjanti (minflok il-laħam). Dawn it-tipi ta' annimali xi kultant jissejħu veġetarjani, għalkemm din il-kelma nużawa wkoll biex niddiskrivu nies li jagħżlu li ma' jieklux laħam, kontra l-annimali li ma jistgħux jieħdu tali deċiżjoni.

Biżonti Bison spp. eżempju ta' mammiferu Erbivoru tal-familja Bovidae

L-Erbivori jistgħu jiġu klassifikati u jinqassmu f' sottogruppi varji, bħala fruġivori, li jieklu primarjament frott; folivori, li jispeċjalizzaw billi jieklu weraq; nettarivori, li jikkunsmaw in-nettari tal-fjuri, (sustanza likwida ħelwa ħafna); fost l-insetti u l-artropodi erbivori, l-livell ta' speċjalizzazjoni jista jiġi rrfinut aktar u jinkludi l-wikkiela taż-żerriegħa granivori, l-wikkiela tal-pollini pollinivori, il-konsumaturi tal-likwidi tal-pjanti mukivori u dawk speċjalizzati biex jieklu l-injam ksilofaġi jew għeruq riżofaġi .

F'annimali oħra, l-grad ta' speċjalizzazjoni mhuwiex daqshekk avvanzat, u ħafna annimali li jieklu il-frott u l-weraq jieklu partijiet oħra mil-pjanti, ħafna drabi l-għeruq u ż-żrieragħ. Id-dieta ta' uħud mil-erbivori tvarja minn staġun għal ieħor, speċjalment f' żoni temperati, fejn partijiet differenti tal-pjanti jkunu disponibli fi żminijiet differenti tas-sena.

L-Erbivori jiffurmaw ħolqa mportanti fil-katina ta' l-ikel, għax dawn jibdlu jew jittrasformaw l-enerġija tax-xemx maħżuna fil-pjanti, f'ikel li jista jiġi kkunsmat mil-karnivori u l-omnivori. Għalhekk ngħidulhom il-konsumaturi primarji fil-katina ta' l-ikel.

Ara Ukoll

Referenzi

  • Burton, N. H. K. (2002). Red Grouse chick eaten by sheep. Brit. Birds 95: 87.
  • Furness, R. W. (1988). The predation of tern chicks by sheep. Bird Study 35: 199-202.

Link Esterni