Valletta: Differenza bejn il-verżjonijiet
m r2.7.2+) (Bot Bidla: uk:Валлетта |
|||
Linja 24: | Linja 24: | ||
Il-Belt Valletta għandha karattru [[Barokk]]. Madanakollu, għandha elementi ta' [[Manneriżmu]], [[Arikettura Neoklassika|Neoklassiku]] b'xi partijiet ikollhom ukoll xejra ta' [[arkitettura moderna]]. Il-Belt Valletta sofriet mill-attakki tat-[[Tieni Gwerra Dinjija]]; minkejja li l-belt baqgħet fuq karattru Barokk, il-gwerra ħalliet ferita kbira fil-belt. Fl-1980 il-Belt Valletta kienet imsemmija mill-[[UNESCO]] bħala [[Patrimonju tal-umanità]].<ref>[http://whc.unesco.org/en/list/131 Daħla dwar il-Belt Valletta fuq is-sit uffiċjali tal-UNESCO]</ref> |
Il-Belt Valletta għandha karattru [[Barokk]]. Madanakollu, għandha elementi ta' [[Manneriżmu]], [[Arikettura Neoklassika|Neoklassiku]] b'xi partijiet ikollhom ukoll xejra ta' [[arkitettura moderna]]. Il-Belt Valletta sofriet mill-attakki tat-[[Tieni Gwerra Dinjija]]; minkejja li l-belt baqgħet fuq karattru Barokk, il-gwerra ħalliet ferita kbira fil-belt. Fl-1980 il-Belt Valletta kienet imsemmija mill-[[UNESCO]] bħala [[Patrimonju tal-umanità]].<ref>[http://whc.unesco.org/en/list/131 Daħla dwar il-Belt Valletta fuq is-sit uffiċjali tal-UNESCO]</ref> |
||
== |
== Hara == |
||
L-isem uffiċjali li l-[[Ordni ta' San Ġwann]] ta lill-belt kien ''Humilissima Civitas Valletta'' — 'L-Aktar Belt [[Umiltà|Umli]] ta' Valletta'. Madanakollu, bil-bini ta' swar u ta' fortifikazzjonijiet, u flimkien mas-sbuħija tal-bini Barokk mat-toroq tagħha, din saret magħrufha bħala ''Superbissima'' — 'L-Aktar Kburija', fost is-sovrani tal-Ewropa. Fost il-Maltin il-Belt Valletta hi sempliċiment magħrufha bħala "Il-Belt". |
L-isem uffiċjali li l-[[Ordni ta' San Ġwann]] ta lill-belt kien ''Humilissima Civitas Valletta'' — 'L-Aktar Belt [[Umiltà|Umli]] ta' Valletta'. Madanakollu, bil-bini ta' swar u ta' fortifikazzjonijiet, u flimkien mas-sbuħija tal-bini Barokk mat-toroq tagħha, din saret magħrufha bħala ''Superbissima'' — 'L-Aktar Kburija', fost is-sovrani tal-Ewropa. Fost il-Maltin il-Belt Valletta hi sempliċiment magħrufha bħala "Il-Belt". |
||
Reviżjoni ta' 15:41, 1 Novembru 2012
Mottu: Città umilissima | |
Isem uffiċjali: | Il-Belt Valletta |
Stat: | Malta |
Isem tal-abitanti: | Beltin |
Latitudni: | 35°54' N |
Lonġitudni: | 14°31' E |
Erja: | 0.55 km² |
Popolazzjoni: – Total: – Densità: |
7,650 1461 |
Konfini: | Il-Furjana |
Sindku: | Alexiei Dingli (PN) |
Qaddis patrun: – Ġurnata: |
Papa San Piju V Dumnikan 28 ta' Mejju |
Sit elettroniku: | www.cityofvalletta.org |
“ Jekk għandkom widnejn biex tisimgħu, Valletta għandha ħafna stejjer xi tgħid. ”
Valletta, magħrufa b'mod kollokjali bħala Il-Belt Valletta (jew Città Umilissima) hi l-belt kapitali ta' Malta. Il-belt għandha popolazzjoni ta' 6,315 persuna (sa l-2005). Din il-lokalità tinsab fil-parti tal-Lvant-ċentrali tal-gżira ta' Malta.
Il-Belt Valletta għandha karattru Barokk. Madanakollu, għandha elementi ta' Manneriżmu, Neoklassiku b'xi partijiet ikollhom ukoll xejra ta' arkitettura moderna. Il-Belt Valletta sofriet mill-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija; minkejja li l-belt baqgħet fuq karattru Barokk, il-gwerra ħalliet ferita kbira fil-belt. Fl-1980 il-Belt Valletta kienet imsemmija mill-UNESCO bħala Patrimonju tal-umanità.[1]
Hara
L-isem uffiċjali li l-Ordni ta' San Ġwann ta lill-belt kien Humilissima Civitas Valletta — 'L-Aktar Belt Umli ta' Valletta'. Madanakollu, bil-bini ta' swar u ta' fortifikazzjonijiet, u flimkien mas-sbuħija tal-bini Barokk mat-toroq tagħha, din saret magħrufha bħala Superbissima — 'L-Aktar Kburija', fost is-sovrani tal-Ewropa. Fost il-Maltin il-Belt Valletta hi sempliċiment magħrufha bħala "Il-Belt".
Gvern
Dr. Alexiei Dingli huwa is-sindku tal-Belt Valletta li ilu jmexxi l-Kunsill Lokali tal-Belt sa mill-2008. Alexiei Dingli ġie elett mill-Partit Nazzjonalista (PN), li hu partit affiljat mal-Partit Popolari Ewropew, li jżomm il-maġġoranza tal-Kunsill.
Storja
L-ewwel ġebla tal-Belt Valletta tpoġġiet fit-28 ta' Marzu 1566, mill-Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann, Jean Parisot de La Valette. L-Ordni (li kienet ilha għal ħafna żmien tmexxi kemm lill-belt u anki lill-gżira) iddeċidiet li tibni l-belt il-ġdida fil-peniżola ta' Xiberras ftit wara t-tmiem tal-Assedju l-Kbir tal-1565, biex b'hekk tibni ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ordni f'Malta, fejn effettivament assigura l-permanenza tal-Kavallieri fuq il-gżira. L-arkitett li ddiżinja l-pjanta tal-belt kien Francesco Laparelli li ntbagħat mill-Papa Piju V. Meta Laparelli ħalla l-Belt, xogħlu komplieh l-assistent tiegħu, Ġlormu Cassar li pproġetta wkoll il-Kon-Katidral ta' San Ġwann u parti mill-fortifikazzjonijiet.
Fit-25 ta' Marzu 1566, ġie inawgurat il-bini tal-Belt, b'La Valette stess ipoġġi l-ewwel ġebla, fejn illum hemm il-knisja tal-Vitorja. Il-pjanta tal-belt kienet kemxejn ġdida għall-gżejjer Maltin, hekk kif waqt li l-bliet u l-irħula l-oħra Maltin kellhom toroq irregolari u sqaqien, il-belt il-ġdida kellha disinn rettangulari taħt forma ta' gradilja, mingħajr ebda Collacchio, li hi żona ristretta biss għal bini importanti. It-toroq kienu wiesgħa u dritti, b'dik tan-nofs li tibda minn Putirjal u tispiċċa fil-Forti Sant'Iermu fuq in-naħa l-oħra.
Sfortunatament, La Valette qatt ma ra l-belt kompluta, hekk kif miet f'età ta' 74 sena, fil-21 ta' Awwissu 1568. Hu kien ġie midfun fil-knisja tal-Vitorja, imma wara li nbena l-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-fdalijiet tiegħu tpoġġew hemmhekk. It-tebut tiegħu hu mdawwar minn diversi twiebet oħra tal-Gran Mastri.
Wara l-Kavallieri u perjodu qasir taħt il-Franċiżi, il-wasla tal-Ingliżi ra għal darb'oħra jiffjorixxi l-bini. Ħafna bini ġie demolit u mibni għal darb'oħra, id-djar ġew imkabbrin u ġew installati proġetti ċiviċi; madanakollu, il-belt kollha u l-infrastruttura tagħha sofrew ħafna ħsara kawża tal-bombi li ntefgħu matul it-Tieni Gwerra Dinjija, fejn fosthom iġġarraf it-Teatru Rjal li nbena fid-daħla tal-belt fis-seklu 19.
Illum il-ġurnata, il-Belt Valletta tilqa' fi ħdanha għadd ta' dipartimenti u ministeri governattivi, kif ukoll eluf ta' ħaddiema minħabba l-konċentrazzjoni ta' uffiċini u ħwienet li hemm. F'din il-belt, tinsab ukoll il-Berġa ta' Kastilja minn fejn jopera l-Prim Ministru kif ukoll il-Palazz tal-Gran Mastru, fejn jiltaqa' l-Parlament.
Ġeografija
Il-peniżola ta' Valletta, li hi mdawra minn żewġ portijiet naturali ta' Marsamxett u l-Port il-Kbir, hu l-port l-iktar importanti ta' Malta, bil-baċiri fil-Marsa li jservu biex tinħatt il-merkanzija. F'dawn l-aħħar snin inbena terminal għal-kruċieri fl-istess Port il-Kbir.
Il-belt għandha diversi binjiet ta' importanza storika, u fost dawn insibu l-Kon-Katidral ta' San Ġwann, magħruf qabel bħala l-Knisja Konventwali tal-Kavallieri ta' Malta u d-dar tal-ikbar xogħol waħdieni ta' Michelangelo Merisi da Caravaggio, l-uniku xogħol iffirmat tiegħu, u kollezzjoni imprezzabli ta' arazzi tas-seklu sbatax matul Triq ir-Repubblika; il-Berġa ta' Kastilja u León, li qabel kienet issevi bħala d-dar tal-Kavallieri ta' Malta li kienu provenjenti mill-komunità awtonoma ta' Kastilja u León, fejn illum insibu l-uffiċċju tal-Prim Ministru ta' Malta; il-Palazz Maġisterjali, mibni bejn l-1571 u l-1574, li qabel kienet ir-residenza tal-Gran Mastru tal-Kavallieri ta' Malta, waqt li llum jospita l-Parlament Malti u l-uffiċini tal-President ta' Malta (faċċata ta' Pjazza tal-Palazz matul Triq ir-Repubblika); il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, palazz fuq stil rokokò li jmur lura għas-snin 1570, li serva bħala residenza uffiċjali tal-Kmandant tal-Flotta Mediterranja matul l-era Brittanika, mill-1789 'il quddiem (fi Triq in-Nofsinhar); il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, magħrufa qabel bħala l-Berġa ta' Provenza (fi Triq ir-Repubblika); it-Teatru Manoel, li kien inbena f'għaxar xhur biss fl-1731, b'ordni mill-Gran Mastru Antonio Manoel de Vilhena, u wieħed mill-eqdem teatri fl-Ewropa; Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, magħruf qabel bħala s-Sacra Infermeria, mibni fl-1574, fejn kien wieħed mill-aktar sptarijiet rinomati matul iż-żmien tal-Kavallieri ta' Malta; u l-istess fortifikazzjoni, mibnija mill-Kavallieri bħala serje ta' bastjuni u ravellini, b'għoli ta' madwar 100 metru, iddiżinjati biex jiddefendu lill-belt mill-attakki.
Żona fejn in-nies li ma jistgħux jifilħu jħallsu għal residenza tagħhom tinsab l-ħitan tal-Belt Valleta. Fil-pjanijiet oriġinali, l-Ordni riedu qala magħmula mill-bnedmin biex tospita lill-qawwa navali, madanakollu din ma tkomplietx, u b'hekk din ż-żona saret magħrufa bħala "Il-Mandraġġ", li ġiet f'idejn in-nies mingħajr saqaf, biex irriżulta f'diversi bini b'passaġġi mudlama u b'kundizzjonijiet sanitarji ħżiena. Il-Mandraġġ kien ġie demolit parzjalment fis-snin ħamsin biex tinbena żona għad-djar fil-Belt Valleta. Din il-parti xorta baqgħet mhux rispettabli, minkejja li hi aħjar milli kif kienet qabel.
Demografija
Il-popolazzjoni tal-Belt Valletta naqset drastikament matul is-snin, u illum il-ġurnata l-kwota naqset għal madwar terz mill-perjodu bl-aktar popolazzjoni. Dan il-proċess aċċelera aktar wara t-Tieni Gwerra Dinjija hekk kif żvilupp ġdid fis-subborgi ra lill-popolazzjoni timxi 'l barra mill-belt kapitali, però l-Belt xorta baqgħet u għadha bħala ċ-ċentru amministrattiv u kummerċjali ta' Malta.
Toroq prinċipali
- Misraħ Kastilja
- Misraħ Sant'Iermu
- Triq il-Fran
- Triq il-Lanċa
- Triq il-Lvant
- Triq il-Punent
- Triq il-Mediterran
- Triq ir-Repubblika
- Triq it-Teatru l-Antik
- Triq l-Assedju l-Kbir
- Triq Marsamxett
- Triq Melita
- Triq San Bastjan
- Triq San Kristofru
- Triq San Mark
- Triq Spur
- Xatt il-Barriera
- Triq San Pawl
- Triq San Duminku
Postijiet ta' interess
Knejjes
- Knisja Kolleggjata San Pawl Nawfragu
- Bażilka u Parroċċa Matriċi San Duminku
- Knisja tal-Vitorja
- Kon-Katidral ta' San Ġwann
- Katidral Anglikan ta' San Pawl
- Knisja ta' San Franġisk t'Assisi
- Knisja tal-Ġiżwiti
- Knisja ta' Santu Wistin
- Knisja ta' Kristu Redentur
- Knisja Franġiskana ta' Santa Marija ta' Ġesù, jew Ta Ġieżu
Palazzi
- Palazz tal-Gran Mastru – residenza tal-Parlament Malti
- Berġa ta' Kastilja – residenza tal-uffiċċju tal-Prim Ministru ta' Malta
- Berġa t'Aragona – residenza tal-Ministeru tal-Finanzi
- Berġa tal-Italja – residenza tal-Awtorità tat-Turiżmu
- Berġa ta' Provenza – residenza tal-Mużew tal-Arkeoloġija Nazzjonali
- Berġa ta' Baviera – residenza tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni
- Casa Rocca Piccola – residenza pubblika miftuħa għall-pubbliku
- Palazzo Francia – dar għal numru ta' uffiċini u ħwienet
- Palazzo Parisio – residenza tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin
- Mużew Nazzjonali tal-Arti
Teatri
Ġonna
Forti
Oħrajn
Referenzi
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Valletta |