Liebru l-ġebel aħmar ta' Natal: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.2) (Bot Żieda: eu:Pronolagus crassicaudatus
m r2.7.3) (Bot Żieda: de:Natal-Wollschwanzhase
Linja 56: Linja 56:
[[af:Natalse rooihaas]]
[[af:Natalse rooihaas]]
[[ca:Conill roquer de Natal]]
[[ca:Conill roquer de Natal]]
[[de:Natal-Wollschwanzhase]]
[[en:Natal Red Rock Hare]]
[[en:Natal Red Rock Hare]]
[[es:Pronolagus crassicaudatus]]
[[es:Pronolagus crassicaudatus]]

Reviżjoni ta' 14:42, 29 Ġunju 2012

Liebru l-ġebel aħmar ta' Natal
Liebru l-ġebel aħmar ta' Natal, Pronolagus crassicaudatus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Pronolagus
Speċi: P. crassicaudatus
Isem binominali
Pronolagus crassicaudatus
I. Geoffroy, 1832
Sottospeċi


Il-Liebru l-ġebel aħmar ta' Natal jew Liebru l-ġebel aħmar il-kbir jew Fenek aħmar ta' Natal li huwa magħruf xjentifikament bħala Pronolagus crassicaudatus, huwa mammiferu plaċentat notturn u solitarju tal-familja Leporidae fl-ordni Lagomorpha mifrux fil-kontinent Afrikan. Dan il-leporidu bħaż-żewġ speċi l-oħra tal-ġeneru Pronolagus, għalkemm jissejjaħ "Liebru l-ġebel" huwa speċi ta' fenek.

Dan il-liebru huwa l-ikbar fost it-tliet speċi ta' liebri l-ġebel u għandu pil ta' lewn griż imnaqqax bil-kannella man-naħa tad-dahar, filwaqt dak tas-sider, id-denb u l-erba' saqajn huma ta' lewn ħamrani kulur is-sadid. Liebru adult jista' jkun bejn 42 u 50 ċentimetru eskluż id-denb li jista' jkun minn 6 sa 14-il ċentimetru twil.

Il-Liebru l-ġebel aħmar il-kbir għandu firxa f'abitat kollu ġebel u rdum mal-ġnub ta' għoljiet u muntanji u fil-madwar u din hija r-raġuni minn fejn oriġina l-isem komuni ta' din l-ispeċi.

Riproduzzjoni

Ftit hemm informazzjoni dwar kif jirriproduċi l-liebru l-ġebel aħmar ta' Natalż. L-unika tagħrif fiċ-ċert huwa li boton minn żarmuġ 1 sa 2 jitwieldu għomja, bi ftit jew xejn pil u totalment dipendenti fuq l-omm bħall-fniek kollha l-oħra wara tqala jew ġestazzjoni ta' madwar 30 jum.

Distribuzzjoni

Il-liebru l-ġebel aħmar ta' Natal jinsab jgħix lejn in-Nofsinhar tal-kontinent tal-Afrika u huwa mifrux fil-Lvant tar-Repubblika tal-Afrika t'Isfel minn Natal sal-provinċa ta' Kap, fil-Lvant ta' Lesoto, fin-Nofsinhar ta' Sważiland u fit-tarf estrem tan-Nofsinhar tal-Możambikk.

Klassifikazzjoni

Referenzi