Don Pino Puglisi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.6.4) (Bot Żieda: pl:Pino Puglisi
m r2.7.3) (Bot Żieda: fr:Giuseppe Puglisi
Linja 48: Linja 48:
[[de:Giuseppe Puglisi]]
[[de:Giuseppe Puglisi]]
[[en:Pino Puglisi]]
[[en:Pino Puglisi]]
[[fr:Giuseppe Puglisi]]
[[it:Pino Puglisi]]
[[it:Pino Puglisi]]
[[pl:Pino Puglisi]]
[[pl:Pino Puglisi]]

Reviżjoni ta' 19:09, 28 Ġunju 2012

Dun Giuseppe Puglisi magħruf iktar bħala Pino, (Palermo, 15 ta' Settembru 1937Palermo, 15 ta' Settembru 1993) kien qassis Taljan, maqtul mill-mafja fis-56 anniversarju minn twelidu ħabba l-impenn evanġeliku u soċjali tiegħu, bla heda. Nhar il-15 ta' Settembru 1999, il-Kardinal ta' Palermo Salvatore De Giorgi fetaħ uffiċjalment il-kawża ta' beatifikazzjoni tiegħu.

Kappillan ta' Brancaccio, kwartier żgħir u mitluq ta' Palermo fi Sqallija, li għax ma beżax jeħodha kontra l-mostru tal-Mafja, safa vittma tal-kritika, imtela bid-djun u fl-aħħar dabbar tir ta' pistola f'għonqu. Don Puglisi ma kienx simbolu pubbliku tal-ġlieda kontra l-Mafja, iżda qassis trankwill li saħansitra mill-pulptu kien stieden lill-għedewwa moħbija tiegħu: "Ejjew nitkellmu u niddiskutu..."

L-istorja ta' ħajtu hija ta' qassis "komuni".

Il-Bidu

Iben skarpan u omm devota, Giuseppe kien il-fustani bejn żewġ aħwa subien. Ħuh il-kbir stennieh isir qassis biex iżewġu hu. Imbagħad il-"karriera" tiegħu fi ħdan il-knisja: qassis fil-kwartier mafjuż ħafna ta' Settecannoli, għalliem fis-seminarju, kappillan ta' istitut għall-orfni tal-ħaddiema, viċi-kappillan ta' Valdesi u fl-aħħar ta' 34 sena ingħata l-ewwel kariga "importanti": kappillan ta' Godrano fejn dam seba' snin.

Kienu seba' snin importanti għal don Giuseppe li fil-parroċċa żgħira tiegħu, li bil-kemm taqbeż l-elf ruħ, għamel ħafna esperjenzi li iktar tard kellu jiżviluppa fuq livell ogħla meta sar responsabbli miċ-ċentru Djoċesan tal-Vokazzjonijiet, professur tar-reliġjon fil-liċeo klassiku ta' Palermo u fl-aħħarnett kappillan ta' Brancaccio.

Meta wasal Godrano, il-knisja kienet għadha mħarbta minħabba terremot li seħħ tliet snin qabel, fl-1968. Ftit ftit, irranġaha bil-paga li kien jaqla' ta' għalliem. Kien hemm żmien fejn l-unika ikla ċerta tiegħu kienet ħobża waħda li l-furnar kien iġiblu fil-bidu tal-ġimgħa. L-unika ħaġa li kellu tiegħu kien artal li kien għamlu hu stess, bħala bażi l-artal kellu kartell tal-inbid, li ġarru miegħu anke Brancaccio.

Brancaccio

Nhar id-29 ta' Settembru 1990 inħatar kappillan ta' San Gaetano, fi Brancaccio di Palermo, kontrollat mill-kriminalità organizzata permezz tal-aħwa Graviano, kapi-mafia marbuta mal-familja tal-boss Leoluca Bagarella. Hawn bdiet il-ġlieda kontra l-mafja minn Don Pino Puglisi. Hu ma ppruvax idawwar lil min kien diġà daħal fix-xibka tal-mafja imma pprova jipproteġi lit-tfal, li kienu jqisu lill-mafjużi bħala idoli u nies li jixirqilhom rispett, milli jidħlu magħhom. Permezz tal-attivitajiet u tal-logħob ikkonvinċihom li wieħed jista' jikseb ir-rispett tal-oħrajn mingħajr il-bżonn li jsir kriminal, u dan jagħmlu sempliċiment billi jħaddan ideat u valuri tajba. Don Puglisi neħħa mit-toroq ħafna tfal li mingħajru kienu jibdew b'xi serqa żgħira u kienu jispiċċaw jitraffikaw id-droga. B'hekk sar ostaklu għall-mafja għax kien joħdilhom it-tfal, u għalhekk wara li heddewh bosta drabi, iddeċidew li joqtluh.

Fl-1991, akkwista dar biex jilqa' liż-żgħażagħ emarġinati ta' Brancaccio. L-isem taċ-ċentru diġà deċiż: isemmieh Padre Nostro" bħat-talba favorita tiegħu (Il-Missierna). Meta ġie biex jixtri l-post, il-propjetarju għolla l-prezz għax qassis "u allura tħallas il-Knisja għax għandha minn fejn!" Il-prezz kien 75,000 liri Maltin. Żewġ terzi minnhom ġew mid-donazzjonijiet tan-nies u kontribut modest mill-Kurja. It-terz l-ieħor ġab taħbit kbir għal Don Puglisi. Fil-bidu tal-1993, iċ-ċentru gie inawgurat u beda jaħdem b'erba' sorijiet. Meta kienu jistaqsuh fuq id-dejn, kien iwieġeb "Taħseb il-Providenza". Il-paga tiegħu saret rata fissa biex iħallas ftit ftit dan id-dejn. Qatt ma ttallab flus mingħand in-nies, għalkemm kienu jidħlu ħafna. Ma ried lil ħadd iħossu obbligat jew imbarazzat. Kien jorganizza lotteriji bi premijiet zgħar regalati minn ħbieb tiegħu negozjanti u kien iħallas it-taxxa fuq il-ftit qligħ li kien jagħmel, xi ħaġa mhux daqstant komuni fl-Italja.

Karattru

Don Puglisi kellu fama ta' saċerdot mhux tas-soltu. Kien iħobb jiċċajta l-aktar bil-logħob tal-kliem. Kellu risposta f'waqtha li qatt ma kienet tkun fini fiha nnifisha. Meta kienu jistaqsuh "Kif int", kien iwegibhom "Bil-wieqfa" jew "Bil-qiegħda" bħallikieku irid jgħid "kif ninsab jien mhux daqstant importanti." Meta darba iltaqa' mal-viċi-parroku u nduna li kellu flokk bhal tiegħu, qallu b'ton ċajtier "Conparroco, mela qed nilagħbu fl-istess tim?" Sejjaħlu conparroco għax kien jagħmel l-istess xogħol tiegħu, xejn inqas, allavolja hu l-kappillan. U meta kien hemm xi hadd li sellimlu biċ-ċajt "Bonġu monsinjur", wiegbu lura "Monsignore a me? Ma vallo a dire a tuo padre". Ried jurieh biċ-ċar li ma kellu l-ebda ambizzjoni għat-titli.

Don Pino kien qed jaħseb ukoll biex jorganizza skola sekondarja li ma teżistix fi Brancaccio, bħalma ma jeżistux klinika tal-first-aid, servizz tajjeb ta' trasport pubbliku u istituzzjonijiet oħra importanti. Waqqaf ukoll assoċjazzjoni biex tagħfas fuq l-amministrazzjoni komunali ħalli jsiru t-tibdiliet meħtieġa.

Qtil

Qatluh f'għeluq sninu, nhar il-15 ta' Settembru 1993 meta ċċelebra is-56 sena ta' ħajtu. Instab mejjet quddiem l-għatba ta' daru, maqtul minn bullet mafjuż sparat f'għonqu. Qabel miet huwa tbissem lill-qattiel tiegħu u qallu: "Kont qed nistennieha!" (me lo aspettavo) Il-mewt tiegħu reġgħet qajmet lill-belt ta' Palermo mill-illużjoni li kienet rebħet lill-Mafja wara l-arresti ta' Totò Riina u kapijiet oħra tal-mafja.

F'Ġunju 1997 kien arrestat f'Palermo Salvatore Grigoli, akkużat b'diversi omiċidji fosthom dak ta' Don Pino Puglisi. Stqarr li lil Puglisi qatlu flimkien ma' Gaspare Spatuzza. Grigoli u Spatuzza nidmu minn għemilhom u bdew it-triq tal-konverżjoni. L-aħwa Graviano, il-mandanti tal-qtil, kienu arrestati fl-1994, u ġew ikkundannati għmomorhom il-ħabs għall-qtil ta' Puglisi. Magħhom ġew ikkundannati ukoll għal għomorhom Gaspare Spatuzza, Nino Mangano, Cosimo Lo Nigro u Luigi Giacalone.

Fuq il-qabar tiegħu fiċ-Ċimiterju ta' Sant'Ursula f'Palermo, hemm minquxa l-kliem mill-Evanġelju ta' San Ġwann: "Ħadd m'għandu mħabba akbar minn dik li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu." (Ġwanni 15,13).

Il-Kardinal Ersilio Tonini qal hekk fuq Puglisi: "Dan il-qassis Palermitan inqatel għax ried jeduka liż-żgħażagħ biex jirrispettaw il-liġi, lil xulxin, u l-valuri tas-sewwa. Missjoni bħal din dejjem tbeżża' lil min hu ħażin, jistgħu ikunu mafjużi jew faxxisti, dan ma jagħmilx differenza."

Ħoloq esterni